Il-Verità Teħliskom

The Beautiful Maiden of Shunnem

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

CD Cover

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


Oratorio - The Beautiful Maiden of Shunnem

Missjoni1

Oratorio

Fl-okkażjoni tal-Ġublew Karmelitan 2007, nhar it-13 ta’ Diċembru 2007, fil-knisja parrokkjali ta’ San Ġwann tas-Salib f’Ta’ Xbiex, kien esegwit l-oratorio The Beautiful Maiden of Shunnem, kompożizzjoni ta’ Patri Daniel Sammut O.Carm., ispirat mill-Għanja tal-Għanjiet. Ħa sehem il-kor Collegium Musicum taħt id-direzzjoni ta’ Mro Dion Buhagiar, bis-sehem tas-soprani Claire Caruana u Lorraine Debono, it-tenur Frans Mangion, il-baritonu James Vella Bondin, u l-organista Romina Morrow. Ippresieda l-okkażjoni l-E.T. Mons. Pawl Cremona O.P., Arċisqof ta’ Malta.

Live recording tal-oratorio jinsab fuq 2 CDs li jinstgħu jinkisbu għall-prezz ta’ €15 mingħand Patri Jürgen Cucciardi O.Carm., Kunvent tal-Karmnu, Triq il-Parroċċa, Santa Venera SVR 1261.

CD 1

CD 2

 1. Introduction followed by Love’s Desires             10:20

2. Duet Between Lovers                                          07:31

3. Shulamite Maiden’s Dream                                 16:28

4. King Solomon’s Bed                                             04:27

5. The Shepherd Lover’s Song                                 06:40

1. The Shulamite Maiden’s Song                              09:00

2. King Solomon’s Wooing                                       07:58

3. An Enchanting Image                                           09:43

4. Finale:  The Return Meeting of the Lovers          18:06

 

Missjoni1

 

Patri Daniel Sammut O.Carm. - kompożitur

Patri Daniel Sammut twieled Tas-Sliema nhar is-6 ta’ Novembru 1924. Huwa studja fl-iskola tal-Istat, fl-Iskola Santu Wistin, u fil-Kulleġġ Stella Maris. Fis-sena 1940, Patri Daniel ingħaqad mal-Patrijiet Karmelitani, u wara n-novizzjat fil-kunvent tal-Imdina, għamel il-Professjoni Sempliċi nhar is-6 t’Ottubru 1941. Wara s-snin tal-formazzjoni fil-kunventi tal-Imdina u tal-Balluta, huwa għamel il-Professjoni Solenni nhar id-9 ta’ Diċembru 1945. Matul dawn is-snin, huwa studja l-Filosofija u t-Teoloġija. Nhar it-3 t’Awwissu 1947, Patri Daniel kien ordnat presbiteru fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta.

Patri Daniel beda l-istudji mużikali tiegħu ma’ Patri Tonin Vidal O.Carm., Mro Joseph Abela Scholaro, u Mro Carmelo Pace. Bejn is-snin 1956 u 1957, Patri Daniel studja fi Trinity College u fil-Guildhall School of Music f’Londra, minn fejn kiseb il-gradi A.Mus., LCM, L.Mus., TCL, L.Mus., GCM, u speċjalizza bħala kompożitur, direttur u għalliem tal-mużika, u organista. Għal tul ta’ żmien, Patri Daniel kien ukoll Kappillan tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Għalkemm dan kien ix-xogħol prinċipali tiegħu, huwa dejjem sab il-ħin biex ikkompona numru kbir ta’ xogħlijiet mużikali.