Pubblikazzjoni ġdida

Id-dar tal-pubblikazzjoni Elledici, ta’ Turin fl-Italja, għada kif ippubblikat il-ktieb Lectio Divina sui Vangeli festivi per l’anno liturgico C, biex b’hekk, għandna f’idejna t-tieni volum minn sensiela ta’ kotba bit-taħriġ tal-Lectio Divina għal kull jum tas-sena liturġika. Il-Lectio Divina huwa metodu ta’ talb bil-Kelma t’Alla, liema metodu jsib l-eku tiegħu fir-Regola Karmelitana li tħeġġeġ lill Karmelitan sabiex jaħseb lejl u nhar fil-liġi tal-Mulej u jishar fit-talb (ara Regola, 10). Dan il-volum huwa frott ta’ diversi snin ta’ ħidma, u t-twelid tiegħu kien fuq il-website tal-Ordni Karmelitan - www.ocarm.org - u issa għandna f’idejna l-istess testi ppubblikati. Dan ix-xogħol kien f’idejn Patri Anthony Cilia O.Carm.
Huwa ktieb tajjeb għal kull min għandu għal qalbu l-Kelma t’Alla. Min jixtieq jakkwista kopja ta’ dan il-volum jikkuntattja lil Patri Anthony Cilia O.Carm.