Biex il-messaġġ jasal aħjar

Biex inwasslu l-messaġġ Karmelitan u vokazzjonali tagħna, għadhom kemm ġew stampati erba' stands li jitkellmu dwar l-istorja u l-esperjenza tal-Karmelitani. Barra minn hekk, ġew stampati wkoll fuljetti żgħar b'informazzjoni dwar l-Ordni Karmelitan u l-Għaqda Vokazzjonijiet Karmelitani.
Nhar it-Tlieta 10 ta' Novembru 2009, l-Għaqda Vokazzjonijiet Karmelitani ħadet sehem fil-Vocations Expo Day li saret fil-Giovanni Curmi Higher Secondary fin-Naxxar. Flimkien ma' għaqdiet vokazzjonali oħrajn, ittellgħu stands u diversi diskussjonijiet mal-istudenti.
