Mdina

Kunvent tal-Imdina

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


Premju għall-Kunvent tal-Imdina

Mdina

Nhar il-11 ta’ Diċembru 2009 tħabbar li l-Kunvent tal-Karmelitani fl-Imdina rebaħ il-Prix d’Honneur u l-medalja tal-fidda minn Din l-Art Ħelwa, bħala eżempju ta’ bini tas-17-il seklu li ġie restawrat bi standard għoli, u li issa huwa miftuħ għall-pubbliku, bħala tieqa għall-ħajja reliġjuża tal-Karmelitani, u wkoll bħala aċċess għall-pubbliku għal parti żgħira minn diversi oġġetti t’arti. Ir-restawr tal-kunvent sar mill-koperattiva Recoop, taħt it-tmexxija mis-Sur Paul Muscat.