Karmelitan Bolivjan jibda n-novizzjat

Fil-jiem li ġejjin, Marco Antonio Gomez Limachi, Bolivjan, se jibda n-novizzjat f’Lima, fil-Perù, flimkien ma’ seba’ kandidati oħrajn minn diversi pajjiżi tal-Amerka t’Isfel.
Marco Antonio Gomez Limachi twieled fis-17 ta’ Jannar 1978 fil-belt ta’ La Paz, fil-Bolivja. Ilu f`kuntatt mal-Karmelitani f’La Paz mis-sena 1995, b’mod speċjali ma’ Patri Valerian Mercieca. Din is-sena, huwa spiċċa l-istudji fl-inġinerija elettronika, bil-preżentazzjoni tat-teżi li ġiet aċċettata mill-Università Statali tal-Bolivja.
Fil-2007 Marco beda esperjenza formali magħna l-Karmelitani, filwaqt li fl-2008 ngħaqad bħala aspirant u fis-sena 2009 bħala prenovizz. F’La Paz, huwa beda wkoll l-istudju tal-Filosofija. Nawguraw lil Marco Antonio u nitolbu għalih, filwaqt li nitolbu għal aktar vokazzjonijiet fil-Provinċja Karmelitana Maltija.
