Attivitajiet Vokazzjonali

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


Attivitajiet Vokazzjonali f’Jannar 2010

Bejn il-15 u s-17 ta’ Jannar 2010, 17-il student tal-Form 2 ltaqgħu fiċ-Ċentru tal-Irtiri tas-Sacred Heart f’San Ġiljan għal live in vokazzjonali. L-istudenti ħadu sehem f’ħinijiet ta’ talb u f’diversi attivitajiet, fosthom laqgħa ta’ informazzjoni dwar il-Karmelitani u logħob flimkien. Il-live in intemm biċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa tal-Ħadd bis-sehem tal-ġenituri u l-aħwa tal-istudenti.

Jiem Vokazzjonali fil-Parroċċa tal-Balluta 

Bejn it-18 u l-24 ta’ Jannar 2010, fil-Parroċċa tal-Balluta sar talb għall-Vokazzjonijiet Karmelitani. Għal din l-okkażjoni, id-Direttur tal-Vokazzjonijiet Patri Jürgen Cucciardi u Patri Daniel Galea mexxew laqgħa lit-tfal li jattendu l-klassijiet tal-katekiżmu. Id-Direttur tal-Vokazzjonijiet mexxa wkoll il-Quddiesa fil-Kappella Ġesù l-Ħabib u fil-knisja parrokkjali. F’dawn il-jiem, barra milli saret promozzjoni vokazzjonali, in-nies ġiet imħeġġa sabiex fil-familji jsir talb għal aktar vokazzjonijiet fl-Ordni Karmelitan.

Nhar is-Sibt 30 ta’ Jannar 2010, 13-il student tal-Form 4 ħadu sehem f’Quddiesa li saret fil-kappella tal-adorazzjoni ta’ Santa Venera u wara huma komplew b’ħarġa flimkien.

Xi jmiss ... 

... Hike għall-istudenti tal-Forms 1, 2 u 3 nhar is-Sibt 13 ta’ Frar 2010; Quddiesa u ħarġa għal dawk li qegħdin minn Form 5 ’il fuq nhar is-Sibt 20 ta’ Frar 2010; u Live in Vokazzjonali għall-istudenti tal-Forms 3 u 4 bejn is-26 u t-28 ta’ Frar 2010. Għal aktar informazzjoni, ikkuntattjana.