Attivitajiet Vokazzjonali

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


Attivitajiet Vokazzjonali - Frar 2010

Nhar is-Sibt 13 ta' Frar 2010, madwar 25 student bejn il-Form 1 u l-Form 3 attendew għal Quddiesa fil-knisja tal-Karmelitani fl-Imdina, u wara mxew sal-Buskett fejn kellhom ħin ta' logħob.

Bejn id-9 u l-14 ta' Frar 2010, fil-Parroċċa tal-Fgura sar talb għall-Vokazzjonijiet Karmelitani. Għal din l-okkażjoni, id-Direttur tal-Vokazzjonijiet Patri Jürgen Cucciardi u Patri Daniel Galea mexxew laqgħa għat-tfal li jattendu l-klassijiet tal-katekiżmu u lill-abbatini. Id-Direttur tal-Vokazzjonijiet mexxa wkoll adorazzjoni u Quddiesa fil-knisja parrokkjali. F’dawn il-jiem, barra milli saret promozzjoni vokazzjonali, in-nies ġiet imħeġġa sabiex fil-familji jsir talb għal aktar vokazzjonijiet fl-Ordni Karmelitan.

Nhar is-Sibt 20 ta' Frar 2010, disa' studenti li qegħdin fil-Forms 5 u 6 ħadu sehem f'Quddiesa li saret fil-kappella tal-adorazzjoni ta’ Santa Venera u wara huma komplew b’ħarġa flimkien.

Bejn is-26 u t-28 ta' Frar 2010, 15-il student tal-Form 1 ħadu sehem f'live in vokazzjonali fiċ-Ċentru tal-Irtiri tas-Sacred Heart f’San Ġiljan. L-istudenti ħadu sehem f’ħinijiet ta’ talb u f’diversi attivitajiet, fosthom laqgħa ta’ formazzjoni u logħob flimkien. Il-live in intemm biċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa tal-Ħadd bis-sehem tal-ġenituri u l-aħwa tal-istudenti.