Attivitajiet Vokazzjonali - Lulju 2010
Matul ix-xahar ta' Lulju 2010 saru 3 live ins vokazzjonali fiċ-Ċentru tal-Irtiri tas-Sacred Heart, f'San Ġiljan. L-ewwel live in sar bejn it-12 u l-14 ta' Lulju, u li fih ħadu sehem 11-il student minn Form 4 'il fuq. Ilkoll stqarrew li kienet esperjenza sabiħa ħafna!
Bejn id-19 u l-21 ta' Lulju sar live in għall-istudenti tal-Forms 2 u 3,
filwaqt li bejn is-26 u t-28 ta' Lulju sar live in ieħor għall-istudenti tal-Form 1, bis-sehem ta' 13-il student kull darba. Fil-live ins kien hemm ħin għat-talb, laqgħat ta' formazzjoni u diskussjoni, u attivitajiet oħrajn.
Nhar is-17 ta' Lulju 2010, kien organizzat BBQ fil-Qawra għall-istudenti li qegħdin minn Form 4 'il fuq, u li fih ħadu sehem 17-il student.


