Il-Verità Teħliskom
Dan l-aħħar għadu kif ġie ppubblikat ktieb ġdid ta' Patri Damjan Cachia O.Carm., li jiġbor fih xi wħud mill-programmi tiegħu li nstemgħu fuq Radju Marija.
Villaġġ Missjunarju

Fl-okkażjoni tal-Ġurnata Missjunarja, bejn il-11 u t-18 t'Ottubru 2009, fi Pjazza Ħelsien fil-Belt Valletta, qiegħed jittella' Villaġġ Missjunarju, bl-għan li kull min iżurha jsir jaf aktar dwar il-ħidma tal-missjunarji Maltin. Il-Provinċja Karmelitana Maltija qiegħda tieħu sehem permezz ta' stand li fih tagħrif dwar il-preżenza u l-ħidma tal-Karmelitani fil-Bolivja.
Vokazzjonijiet Karmelitani

XVI-il Kunsill tal-Provinċji
Bejn it-3 ta’ Settembru u t-12 ta’ Settembru 2009, l-Ordni Karmelitan permezz tal-Kunsill Ġenerali, il-Pirjoli Provinċjali, il-Kummissarji Ġenerali u l-Kummissarji Provinċjali ltaqgħu fid-Dar u Santwarju Karmelitan f’San Felice del Benaco fuq il-Lago di Garda fl-Italja, biex jiddiskutu t-tema “Embracing His Gospel: Carmelite Community in Faith, Hope and Love’. Il-Kunsill tal-Provinċji nfetaħ b’diskors mill-Pirjol Ġenerali Patri Fernando Millan Romeral dwar l-importanza tal-ħajja komunitarja u x-xhieda ta’ kull karmelitan mibnija fuq dak li tgħallem ir-Regola Karmelitana. Għal dan il-Kunsill tal-Provinċji ħadu sehem il-Provinċjal Patri Michael Farrugia u Patri Mark Attard bħala traduttur.



