Arti

Letteratura



POEŻIJA

LILL-MADONNA TAL-KARMNU

mill-Kan. Dun Nikola Vella Apap

O ħelwa Madonna
Ta’ ġmiel u tjubija,
Tixraqlek il-qima,
U kliem ta’ foħrija.

Ta’ dejjem Omm Alla,
Setgħan kollu mħabba,
U l-għadu tal-qedem,
Lil Ismek qatt tabba’.

Bambin kollu ħlejju,
Ferħan fuq idejk,
Jistieden biex niġu,
Ilkoll, issa ħdejk.

Għax Int Omm setgħana,
Tal-Karmnu kull ġieh,
Kulħadd sema’ b’ismek,
U qiemu qatiegħ.

Il-Labtu l-Imqaddes,
Newwiltu lil Xmun,
Għax kien iben veru,
Ta’ l-Ordni kien tmun.

U naf bis-setgħa,
Tal-Labtu qaddis,
Imżejjen b’tas-sema,
Għax hu wisq għaziz.

O sbejħa Madonna,
Il-ġieh tal-Maltin,
Mhux inqas ta’ Għawdex,
Titlissen f’kull ħin.

Rabat - Għawdex
30 t’April 1993

(Din il-poeżija kienet pubblikata fi Soċjetà Mużikali tal-Karmnu Balluta - Programm tal-Festa tal-Madonna tal-Karmnu 1993, p.39.)


© Provinċja Karmelitana Sant'Elija, Malta.
Webmaster | Homepage