Arti
Pittura
KWADRI TAL-MADONNA TAL-KARMNU FIL-KNEJJES U KAPPELLI
Malta
Attard, Knisja Parrokkjali
Attard, Kappella ta’ l-Isptar Monte Carmeli
B’Kara, Knisja Kolleġġjata
B’Kara, Knisja ta’ Santa Tereża
Balluta (San Ġiljan), Knisja Parrokkjali
Balzan, Knisja Parrokkjali
Balzan, Knisja Parrokkjali, Sagristija
Birgu, Knisja tal-Karmnu
Bormla, Knisja ta’ Santa Tereża
Fgura, Knisja Parrokkjali
Fgura, Knisja l-antika
Fleur-de-lys (B’Kara), Knisja Parrokkjali
Għargħur, Knisja Parrokkjali
Għargħur, Knisja ta' Santa Marija taż-Żellieqa
Għaxaq, Knisja Parrokkjali
Gudja, Knisja Parrokkjali
Gżira, Knisja Parrokkjali
Ħamrun, Knisja Parrokkjali San Gejtanu
Isla, Knisja Parrokkjali Kolleġġjata
Isla, Knisja ta’ San Filippu
Lija, Knisja Parrokkjali
Marsa, Knisja Parrokkjali tas-SS.ma Trinità
Marsaxlokk, Knisja Parrokkjali
Mdina, Knisja tal-Karmnu
Mdina, Oratorju tal-Kunvent tal-Karmnu
Mosta, Knisja Arċipretali
Msida, Knisja Parrokkjali
Msida, Knisja tal-Kunċizzjoni
Naxxar, Knisja Arċipretali
Qormi, Knisja Parrokkjali ta’ San Ġorġ
Qrendi, Knisja Parrokkjali
Rabat, Knisja tal-Lunzjata
Rabat, Oratorju tal-Knisja Parrokkjali
S. Pawl il-Baħar, Knisja Madonna tal-Karmnu
S. Pawl il-Bahar, Knisja Parrokkjali, sagristija
Santa Venera, Knisja l-qadima
Siġġiewi, Knisja Parrokkjali
Siġġiewi, Kappella tal-Fawwara
Sliema, Knisja Parrokkjali ta’ Stella Maris
Sliema, Knisja Parrokkjali tas-Sacro Cuor
Valletta, Knisja tal-Ġiżwiti
Valletta, Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu
Żabbar, Knisja Parrokkjali
Żebbuġ, Knisja Parrokkjali
Żejtun, Knisja ta’ San Girgor
Żurrieq, Knisja Parrokkjali
Għawdex
Għajnsielem, Knisja l-qadima
Għarb, Knisja Parrokkjali, sagristija
Għarb, Knisja tal-Viżitazzjoni
Għasri, Knisja Parrokkjali
Ħamet (Xewkija), Knisja tal-Karmnu
Kerċem, Knisja Parrokkjali
Mġarr, Knisja ta' Sant'Antnin
Munxar, Knisja Parrokkjali
Nadur, Knisja Parrokkjali
Qala, Knisja Parrokkjali
Rabat, Knisja tal-Patrijiet Agostinjani
Sannat, Knisja Parrokkjali, sagristija
Xagħra, Kappella
Xlendi, Knisja tal-Karmnu
Nota tal-Webmaster: F’din il-lista jinsabu dawk il-kwadri li nafu bihom aħna. Jekk min qed jaqra jaf b’oħrajn, nieħdu gost jekk jgħidilna bihom u jibgħatilna xi tagħrif dwarhom. Grazzi.
 |
Valletta, Santwarju
tal-Madonna tal-Karmnu
Hu maħsub li l-pittur tal-kwadru tal-Madonna tal-Karmnu kien Sqalli minħabba li fil-pittura oriġinali kienu jidhru Sant’ Agata u Santa Luċija, patruni ta’ Katanja u Sirakuza. Ma hux magħruf meta tpitter. Xi dokumenti juru li kien diġà għand il-Karmelitani meta bnew il-knisja fl-1570. Il-kwadru oriġinali kien akbar milli hu llum, iżda lejn tmiem is-seklu 19 ġie mċekken u fil-proċess inqatgħet barra Santa Luċija. Illum il-kwadru juri lill-Madonna bil-qiegħda fuq il-qamar, b’Ġesù tarbija għeri fi ħdanha, żewġ anġli jinkurunawha u għadd ta’ erwieħ taħtha. Fuq naħa tal-Madonna jidher San Xmun Stock jirċievi l-labtu filwaqt li fuq in-naħa l-oħra tidher Sant’Agata. L-inkurunazzjoni tal-kwadru saret fil-15 ta’ Lulju 1881. (Ara)
|
 |
Mġarr, Knisja ta' Sant'Antnin
Il-Patrijiet Franġiskani
Minuri fetħu l-kunvent tagħhom fl-Imġarr, Għawdex, fl-1899. Wara li
tlesta l-bini tal-knisja, kienet iddedikata lil Sant'Antnin f’Jannar 1905. Fi
żmien sentejn il-knisja kienet diġa armata b’kollox. Fost
l-oħrajn insibu artal iddedikat lill-Madonna tal-Karmnu. Il-kwadru, xogħol
il-pittur Fortunato Venuti, alliev ta' Gagliardi, qam ħmistax-il lira li tħallsu
mill-arġentier Carmelo Testa, mill-belt Valletta. L-artal ta' l-irħam
inġieb mill-knisja ta' Santa Marija ta' Ġesù tal-belt fejn qabel kien
l-artal ta' Sant'Antnin. Ir-restawrar u t-tqegħid f'postu ġew jiswew
għaxar liri, li tħallsu mill-ġbir li għamel patri Benjamin Galea.
|
 |
Mosta, Knisja Arċipretali
Xogħol sabieħ ieħor tal-pittur Ġużeppi Calì (1846-1930). Matul is-sena dan il-kwadru jkun fis-sagristija imma matul l-Erbgħat tal-Madonna tal-Karmnu (is-seba’ Erbgħat fuq l-Għid) jiġi armat fil-knisja fuq l-artal tar-rużarju.
|
 |
Fgura, Knisja Parrokkjali
Il-kwadru titulari sar mill-pittur Rafel Bonnici Calì u moghti lill-knisja minn omm l-istess pittur. In-naħa t’isfel tal-kwadru tidher il-Fgura fil-bidu tagħha, li l-pittur ried ipoggiha sa minn tfulitha taħt il-ħarsien tal-Madonna tal-Karmnu.
|
 |
Ħamet (Xewkija),
Knisja tal-Karmnu
Il-kwadru titulari tal-kappella sar mill-pittur Tomaso Madiona fl-1837 u kien miġjub mill-Kapitlu tal-Kattidral f'purċissjoni solenni mill-knisja tax-Xewkija fit-22 ta' Lulju 1838. Juri l-Verġni Marija u l-Bambin bil-labtu tal-Karmnu f’idejhom filwaqt li huma mdawrin minn sħaba ta’ anġli. Il-kwadru (bħal dak tal-Fgura) jpoġġi l-inħawi ta’ Ħamet taħt il-ħarsien tal-Madonna, u jurina kif kienet il-kappella oriġinali.
|
 |
Siġġiewi, Knisja Parrokkjali
Il-kwadru tal-Madonna tal-Karmnu huwa xogħol il-pittur Ġużeppi Calì (1846-1930).
|
 |
Ħamrun, Knisja Parrokkjali San Gejtanu
Dan il-kwadru, xogħol il-pittur Ġużeppi Calì (1846-1930), huwa oriġinali fil-preżentazzjoni tal-Madonna għax f'xena waħda kellu l-ħila jurina żewġ verita-jiet: il-Konċepiment Immakulat ta' Marija (bis-simboli tal-ġilju, il-qamar u s-serp) u l-imħabba tagħha lejna l-bnedmin fl-għoti tal-Labtu tal-Karmnu, żewġ veritajiet li nsibuhom minsuġin ma' l-istorja ta' l-Ordni Karmelitan. |
|