Familja Karmelitana
L-Ewwel Ordni
KUNVENTI U RELIĠJUŻI MALTIN
Rabat (1418-1659) (1990)
Dar tat-Talb Lunzjata,
Reliġjużi Karmelitani, Rabat RBT 14, Malta.
Tel: 21459021; 21451345; Fax: 21451345
Il-kunvent tal-Karmelitani tal-Lunzjata, Rabat, hu l-benniena ta' l-Ordni Karmelitan f'Malta. Is-sena tal-wasla tal-Karmelitani f'Malta hi miżmuma bħala 1418, ukoll jekk xi wħud jagħtu snin aktar bikrin. Il-Karmelitani damu hawn sas-sena 1659 meta talbu u qalgħu l-permess biex imorru joqgħodu fl-Imdina, u hekk il-knisja u l-kunvent għaddew minn żmien ta' abbandun.
Il-Konċilju Vatikan II ġab miegħu qawmien ġdid biex ir-reliġjużi jirritornaw għall-għejjun oriġinali tal-kariżma tagħhom. Dan ġab ukoll ix-xewqa ta' ritorn fiżiku u wara snin ta' ħidma l-post tal-Lunzjata ġie rranġat u beda jservi bħala Dar ta' l-Irtiri. Fis-sena 1990 inbniet u nfetħet parti ġdida biex taqdi aħjar il-ħtiġijiet ta' dawk li jitilgħu għall-irtiri.
Mal-kumpless attwali, li jinsab f'ambjent tassew sabiħ u ta' ġabra, hemm ukoll l-Għar ta' San Anard li jmur lura għal mijiet ta' snin u ċimiterju fejn l-ewwel komunità karmelitana kienet tidfen il-mejtin tagħha.
Direttur tad-Dar: Patri Amadeo Zammit (Mob: 99893689)
Quddies:
Ħdud u Festi: 4.00 p.m.
Nhar ta' Erbgħa: Xitwa - 5.00 p.m.; Sajf - 6.00 p.m.
Valletta (1570)
Kunvent tal-Karmnu,
Triq il-Punent, Valletta VLT 1535.
Tel: 21233808
Il-Belt Valletta nbniet bħala Belt-Fortizza għall-ħarsien ta’ Malta mill-ħbit tat-Torok. Fra Pietro del Monte, suċċessur ta’ La Valette, beda l-ippjanar u t-tqassim ta’ l-art għall-bini tal-Belt il-ġdida.
Patri Ġwann Vella, Pirjol tal-Lunzjata fir-Rabat, talab biċċa art biex jibni knisja u kunvent. Il-kuntratt tax-xiri ta’ l-art sar fis-27 ta’ Lulju 1570. L-ewwel kappella kienet lesta fi ftit żmien hekk li fl-20 ta’ Diċembru1570 saret fiha l-Vestizzjoni ta’ xi mseħbin ta’ l-Ordni ta’ San Ġwann. Ix-xogħol tal-bini tal-knisja l-ġdida, li sar taħt it-tmexxija ta’ Ġirolmu Cassar, kien lest fi tmiem is-sena 1586 (skond l-aħħar dokument li sab Patri Felicjan Bezzina, O.Carm.). Ta min isemmi li saru mal-500 vestizzjoni u professjoni tal-Kavalleri ta’ San Ġwann f’din il-knisja tal-Karmnu. Il-Granmastru ta’ kull sena kien jattendi għal xi funzjonijiet, anki meta tlesta l-Kon-Katedral ta’ San Ġwann. Fil-15 ta’ Lulju 1881, minħabba d-devozzjoni kbira tal-Maltin lejn il-Madonna tal-Karmnu, il-kwadru titulari tas-Santwarju kien inkurunat mill-Isqof Carmelo dei Conti Scicluna. Fit-13 ta’ Mejju 1895 il-knisja kienet mgħollija għal ġieħ ta’ Bażilika Minuri. Wara li din il-knisja ġġarfet fit-tieni Gwerra Dinjija ġiet mibnija knisja oħra li tbierket solennement mill-Provinċjal Patri Manwel Gatt fil-15 ta’ Ġunju 1981. Ta’ min isemmi li f’dan is-Santwarju Bażilika Minuri Konventwali hemm pitturi ta’ fama kbira, bħal Mattia Preti, Giuseppe Velasco, Guido Reni, Cassarino-Giulio Felice Cassar, Francesco Zahra, Luigi Aspetti, Giuseppe D’Arena, Giuseppe Cali, it-Terzjarja Karmelitana Marija De Domenicis (aljeva tal-Mattia Preti) u Espri Barthet. It-Tribuna Papali, l-ewwel waħda f’dawn il-gżejjer, hija xogħol fil-bronż u rħam ta’ l-iskultur famuż Piju Cellini.
Komunità:
Patri Martin D. Schembri, Pirjol
Patri Nazju Axisa
(Mob:
99232628)
Patri Victor Schembri
Patri Marcellino Scicluna
Patri Felician Bezzina
Fra Carmel John Scalpello
Quddies:
Ħdud u Festi:
6.00, 7.00, 8.00, 9.00, 10.00, 11.30a.m. u 6.30p.m.
Sibtijiet Filgħaxija:
6.30p.m.
Ġranet matul il-ġimgħa:
7.00, 7.30, 8.00, 8.30, 10.00a.m. u 6.30p.m. Preżentazzjoni tat-Trabi: L-Erbgħa u s-Sibt matul il-ġurnata kollha.
N.B. Is-Santwarju Bażilika Minuri jiftaħ fis-6.15 ta’ filgħodu u jibqa miftuħ sas-7.30 ta’ filgħaxija.
Mdina (1659)
Kunvent tal-Karmnu,
Triq Villegainon, Imdina MDN 1190.
Tel: 21454524
Il-Patrijiet li kienu fil-knisja u l-kunvent tal-Lunzjata, barra r-Rabat sa mis-sena 1418, talbu u qalgħu l-permess mingħand l-Isqof Balaguer biex imorru joqgħodu fl-Imdina. Fis-6 ta' Mejju 1659 il-patrijiet ħadu l-pussess tal-knisja 'Tar-Rocca' li kienet tinsab fl-Imdina u daħlu joqgħodu hemm fis-16 ta' Ġunju 1659. Għall-ewwel il-patrijiet kienu joqogħdu ġo dar imma mbagħad, meta bnew il-knisja, bnew ukoll kunvent magħha.
Il-knisja tal-Karmelitani fl-Imdina, dedikata lil-Lunzjata, hija msemmija fl-istorja ta' Malta meta l-Franċiżi marru biex jieħdu u jbiegħu d-damask tagħha.
Bħalissa l-Provinċja qegħda tfassal proġett għal dan il-kunvent.
Responsabbli:
Patri Alexander Vella, Pirjol Provinċjali u l-Kunsill tiegħu.
(Tel: 21315834; Fax: 21315827)
Quddies:
Ħdud u Festi: 5.30, 7.00 (wara l-quddiesa jiġi ċċelebrat it-Tifħir ta' Sbieħ il-Jum), 8.30 a.m.
Ġranet matul il-ġimgħa:
Nhar ta' Tnejn u t-Tlieta:
6.30 a.m.
Nhar ta' Erbgħa: 6.30 a.m. u 5.30 p.m. (fil-5.10 p.m. jibda r-Rużarju u jingħad l-Għasar fil-quddiesa).
Nhar ta' Ħamis, il-Ġimgħa u s-Sibt: 7.00
a.m.
Mit-Tnejn sas-Sibt: jiġi ċċelebrat it-Tifħir ta' Sbieħ il-Jum fil-quddiesa ta' filghodu.
Sliema - San Ġiljan (1892)
Kunvent tal-Karmnu,
Triq it-Torri, Sliema SLM 1600.
Tel: 21330198; 21337573; Fax: 21333151
Studenti Karmelitani - Tel: 21344734
L-ewwel knisja tal-Madonna tal-Karmnu fil-bajja tal-Balluta, bnewha l-Fratelli tal-Madonna tal-Karmnu tal-Belt Valletta. Ġiet imbierka fit-18 ta' Settembru 1859 mill-Isqof Geatano Pace Forno. L-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu li għadha hemm sal-lum hi dik li qabel kienet fil-knisja tal-Belt.
Il-Patrijiet Karmelitani marru joqogħdu l-Balluta fit-22 ta' Mejju 1890 u sentejn wara l-Ġeneral ta' l-Ordni P. Wiġi M. Galli inawgura l-kunvent. Fl-1900 il-knisja tkabbret, imma aktar tard tant saritilha ħsara matul it-Tieni Gwerra Dinija li ġie deċiż li tinbena knisja ġdida.
Fis-sena 1974 iż-żona ta' madwar il-knisja, magħrufha bħala l-Balluta, kienet maħtura parroċċa. Il-knisja il-ġdida kienet ikkonsagrata mill-Arċisqof Ġ. Mercieca nhar it-12 ta' Diċembru 1984.
Ma' ġenb il-kunvent tal-patrijiet, fl-1936 inbena l-Istudentat, il-post fejn dawk iż-żgħażagħ li jħaddnu l-ħajja karmelitana jirċievu l-formazzjoni tagħhom.
Komunità:
Patri Alexander Vella, Pirjol Provinċjali (Tel: 21315834; Fax: 21315827)
Patri Michael Farrugia, Pirjol (Tel: 21337573 ext. 124)
Patri Maurice Abela, Kappillan (Tel: 21337573ext.118; Mob: 79071610)
Patri Dijonisju Attard (Tel: 21337573 ext. 110)
Patri Daniel Sammut (Tel: 21324354; Mob: 79330198)
Patri Leonard Mahoney (Tel: 21337573 ext. 126; Mob: 99871931)
Patri Guido Micallef (Tel: 21337573 ext. 116)
Patri Victor Enriquez (Tel: 21337573 ext. 131; Mob: 99425919)
Fra Nazzarenu Micallef (Tel: 21337573 ext. 123)
Patri Charlò Camilleri (Tel: 21344734; Ruma: Tel: 0668100849)
Patri Jürgen Cucciardi (Tel: 21337573 ext. 122)
Fra Josef Cutajar (Tel: 21337573 ext. 117; Mob: 79265337)
Profess Sempliċi
Fra Glen Attard (Mob: 79060733)
Quddies:
Ħdud u Festi: 6 00, 7.00, 8,00, 9.00, 10.00, 11.00 a.m.; 12.00; 6.30 p.m.
Sibtijiet Filgħaxija: 6.30 p.m.
Ġranet matul il-ġimgħa: 6.00, 6.25 (bit-Tifħir ta' Sbiħ il-Jum), 7.00, 7.45, 9.30 a.m.; 6.30 p.m. (nhar ta' Erbgħa bl-Għasar u Ċelebrazzjoni Marjana).
Tagħrif parrokkjali:
Uffiċċju Parrokkjali: Kunvent tal-Karmnu, Balluta SLM 05.
Ħinijiet ta' l-Uffiċċju: It-Tnejn: 5.00 - 7.00 p.m., l-Erbgħa: 4.30 - 6.00 p.m., il-Ġimgħa: 4.30 - 5.30 p.m., is-Sibt: 8.30 - 9.30 a.m.
Tel & Fax: 21344306
Santa Venera (1913 knisja l-qadima)
Kunvent tal-Karmnu,
Misraħ Sta. Venera, Sta. Venera SVR 1681.
Tel: 21484053
Il-knisja ta' Sta. Venera nbniet fl-1688 u l-Patrijiet Karmelitani aċċettaw li jieħdu din il-knisja u l-kunvent fit-12 ta' Diċembru 1912 wara ħidma kbira minn Dun Xand Cortis, li kien tant jaħdem għall-ġid tal-Vendriżi. Sena wara li daħlu l-patrijiet, fil-11 ta' Marzu 1931, b'digriet ta' Mons. Pietru Pawl Pace, Isqof ta' Malta, Sta. Venera saret viċi parroċċa. Ħames snin wara, fl-4 ta' Settembru 1918 kienet maħtura parroċċa.
Komunità:
Patri Robert Farrugia, Pirjol (Mob: 99121938)
Patri Amadeo Zammit (Mob: 99893689)
Patri Carmel Ferrante
Patri Joseph Falzon
Patri Charles Mallia
Quddies:
Ħdud u Festi: 6.30, 7.30. 8.30, 9.30, 10.30 a.m.; 6.00 p.m.
Sibtijiet Filgħaxija: 5.00, 6.00, 7.00 p.m.
Ġranet matul il-ġimgħa: 6.30, 7.15, 8.45 a.m.; 6.00 p.m.
Santa Venera (1980 knisja l-ġdida)
Kunvent tal-Karmnu,
Triq il-Parroċċa, Sta. Venera SVR 1261
Tel: 21445048
Il-komunità ta' Sta. Venera rat il-parroċċa tikber u bdiet taħseb kif se taqdi lin-nies ta' fuq in-naħa ta' Triq Rjali. Il-Providenza riedet li l-aħwa Apap ħallew lill-komunità ta' Sta. Venera l-post magħruf bħala 'Chateau Lonz'. Dan iċ-ċentru serva għal diversi ħidmiet ta' appostolat, fosthom għal kappella li nfetħet fis-sena 1948. Maż-żmien il-patrijiet Karmelitani akkwistaw biċċa art quddiem l-Istitut ta' Apap. Fl-4 ta' Jannar 1956 sar il-kuntratt u immedjetament beda x-xogħol għal knisja ġdida.
Il-Kripta tal-knisja l-ġdida, li ħadet post il-kappella tax-Chateau Lonz, ġiet miftuħa u mbierka fid-19 ta' Marzu 1969. Fl-1980, għall-kumdita tan-nies u ta' l-istess patrijiet, twaqqfet komunità indipendenti min dik tal-knisja l-qadima. Il-knisja l-ġdida fuq il-kripta kienet inawgurata fis-17 ta’ Lulju 2005.
Komunità:
Patri Raymond Calleja, Pirjol
Patri Alexander Scerri, Kappillan
Patri Samuel Abela
Fra Lawrence Mercieca
Fra Victor Paul Farrugia Ciarlò (Mob: 79703554)
Quddies:
Ħdud u Festi: 6,00, 7,00, 8,00, 9.00, 11.30 a.m.; 6.00 p.m.
Sibtijiet Filgħaxija: 6.30 p.m.
Ġranet matul il-ġimgħa: 6.00, 7.00, 8.30 a.m.; 6.30 p.m.
Tagħrif parrokkjali:
Uffiċċju Parrokkjali: Triq il-Parrocca, Santa Venera HMR 18
Ħinijiet ta' l-Uffiċċju: Mit-Tnejn sal-Ħamis: 7.45 - 9.00 a.m.; 5.00 - 6.00 p.m.
Tel: 21482851
Ċentru Parrokkjali - Tel: 21444376
Fgura (1945)
Kunvent tal-Karmnu,
Triq il-Karmelitani, Fgura FGR 1205
Tel: 21827900; 21661745
Sa mill-qedem kienet tinsab niċċa tal-Madonna tal-Karmnu fil-Fgura. Għall-ħabta tas-sena 1845 Dun Salv Busuttil bena daqsxejn ta' knisja. Fl-14 ta' Dicembru 1945 marru l-ewwel Karmelitani fil-Fgura u bdew jieħdu ħsieb ta' din il-knisja. Fid-19 ta' Novembru 1951 ġew mbierka l-knisja u l-kunvent mill-Arċisqof Mikiel Gonzi. Fis-sena 1965 il-Fgura kienet maħtura parroċċa u fis-sena 1976 beda l-bini ta' knisja ġdida u akbar fuq art mogħtija mill-koppja Anġlu u Marjanna Camilleri. Il-knisja kienet ikkonsagrata nhar l-1 ta' Frar 1990 mill-Arċisqof ta' Malta, Mons. Ġ. Mercieca.
Komunità:
Patri Mawrizju Mizzi, Pirjol
Patri Joseph Vella, Kappillan
Patri Richard Falzon
Fra Michael Rapinett
Patri Hermann Duncan (Mob: 99833252)
Patri Adrian Cassar Pulis (Mob: 79424416)
Patri Renald Lofreda
Quddies:
Ħdud u Festi: 6.00, 7.00, 8.,00, 9.00, 10.00, 11.00 a.m.; 6.30 p.m.
Sibtijiet Filgħaxija: 5.30, 6.30 p.m.
Ġranet matul il-ġimgħa: 6.00, 6,45, 7,45, 8,30 a.m.; 6.30 p.m.
Tagħrif parrokkjali:
Ufficcju Parrokkjali: Wesgħa Reggie Miller, Fgura PLA 17.
Ħinijiet ta' l-Uffiċċju: It-Tnejn, it-Tlieta, l-Erbgħa, il-Ħamis u s-Sibt : 8.15 - 9.30 a.m.; It-Tlieta, il-Ħamis u l-Ġimgħa: 4.30 - 6.15 p.m.
Tel: 21805756; Fax: 21802992
Website: http://www.fguraparish.org
Fleur-de-Lys (1947)
Kunvent tal-Karmnu,
Triq Fleur-de-Lys, Fleur-de-lys BKR 9069
Tel: 21441769
Fl-1944 il-komunità ta' Sta. Venera akkwistat biċċa art fil-Fleur-de-lys biex tibni knisja u tkun tista' tagħti servizz aħjar lin-nies tal-post. Fl-14 ta' Jannar 1945 tqiegħdet l-ewwel ġebla tal-knisja l-ġdida u fil-31 ta' Dicembru 1946 kienet lesta u mbierka.
F'Mejju tas-sena ta' wara kienet iffurmata komunità ġdida b'erba' reliġjużi li kienu joqgħodu f'dar ma' ġenb il-knisja. Fil-Kapitlu Provincjali 1949 din il-komunità inqatgħet kompletament minn dik ta' Sta. Venera.
Billi l-inħawi tal-knisja kien żviluppa ħafna, fil-25 ta' Jannar 1975, iż-żona ta' Fleur-de-lys kienet maħtura parroċċa.
Komunità:
Patri Joseph Saliba, Pirjol u Kappillan
Patri Pier Tumas Gatt
Patri Damian Cachia (Mob: 99846447)
Patri Louis Bajada
Fra Vincent Rotin (Mob: 79696295)
Fra Daniel Galea
Quddies:
Ħdud u Festi: 6.00, 7.00, 8.00, 9.00, 10.30 a.m.; 6.30 p.m.
Sibtijiet Filgħaxija: 6.30 p.m.
Ġranet matul il-ġimgħa: 6.30, 7.30. 8.30 a.m.; 6.30 p.m.
Tagħrif parrokkjali:
Uffiċċju Parrokkjali:
Kunvent tal-Karmnu, Triq Fleur-de-lys, Birkirkara, BKR 9069
Ħinijiet ta' l-Uffiċċju:
It-Tnejn, it-Tlieta u s-Sibt: 9.00 - 10.00 a.m.
It-Tlieta u l-Ġimgħa: 4.45 pm - 6.00 p.m.
Tel: 21441769; Fax: 21494918
Ċentru Familja Karmelitana: Tel: 21485306
Kulleġġ Sant'Elija
18, Misraħ Sta. Venera,
Sta. Venera SVR 1681.
Fax: 21483146
Tel: 21484121; 21483146
Fit-28 ta' Ottubru 1944, il-Provinċjal P. Pietru Dimech fetaħ uffiċċjalment fil-kunvent tal-Karmnu tal-Belt Valletta, skola bi skop ta' għajnuna għall-Vokazzjonijiet. Issejjħet 'Schola Mariano Apostolica'. Fl-1 ta' Ottubru 1952 din l-iskola ġiet ittrasferita fix-Chateau Lonz, Sta. Venera.
Fis-sena 1955 inbidel l-isem ta' l-iskola u sar 'Mt. Carmel College'. Billi biż-żmien in-numru tat-tfal beda jikber inħass il-bżonn ta' kulleġġ akbar u iżjed modern. Ix-xogħol tal-bini ma' ġenb il-knisja l-qadima ta' Sta. Venera beda fis-sena 1969 u fl-4 ta' Ottubru 1970 beda jintuża għall-ewwel sena skolastika.
Fis-sena 1998 l-isem tal-Kulleġġ inbidel għal "St. Elias College". Fih jattendu madwar 250 student minn diversi nħawi ta' Malta.
Rettur tal-Kulleġġ: Patri Charles Mallia
Reliġjużi rtirati fid-dar ta' l-anzjani:
Fi żmien il-gwerra, Anġlu kien kuntrattur u kien isewwi r-runway ta' Ħal Far. Kien għamel wegħda li jekk ħadd mill-ħaddiema tiegħu ma jkorri, jibni kappella lil Santa Rita. Spiċċat il-gwerra u Anġlu beda jaħseb biex iwettaq dak li wigħed. Iżda wara suġġeriment ta' superjura tal-MUSEUM li kienet tqerr għand Dun Salv Grima (ħu Anġlu) il-wegħda mbidlet f'dar għas-saċerdoti. L-idea għoġbot ukoll lill-Arċisqof Gonzi li ta biċċa art fi Fleur-de-lys biex tinbena din id-dar. Kienet inawgurata fit-8 ta' Mejju 1964 meta daħlu fiha l-ewwel ħames membri ta' l-għaqda bl-isem ta' "Qaddejja taċ-Ċenaklu", għaqda mwaqqfa mill-istess Dun Salv. L-iskop tagħha huwa li l-membri joffru ħajjithom għas-saċerdoti u jieħdu ħsiebhom. Illum din id-dar tilqa' fiha madwar 50 saċerdot djoċesan jew reliġjuż, bħala residenza jew minħabba l-mard jew l-anzjanità.
Christus Sacerdos,
Fleur-de-lys, B’Kara, BKR 09.
Tel: 21441670
Patri Edward Bugeja
KUNVENTI U RELIĠJUŻI MALTIN FIL- BOLIVJA
Fl-1 ta' April 1949 il-Provinċja Karmelitana Maltija ddeċidiet li tiftaħ Missjoni fl-Amerika Latina. L-ewwel missjunarji Karmelitani Maltin kienu P. Redent Gauci (li aktar tard sar isqof) u P. Nazju Axisa, li telqu minn Malta fis-6 ta' Ġunju 1949 u waslu l-Peru' fit-2 t'Awwisu 1949.
Fit-28 ta' Frar 1956 il-Kunsill tal-Provincjal iddeċieda li tinfetaħ l-ewwel dar f'Villa Fatima, La Paz. L-ewwel Patrijiet li marru fil-Bolivja kienu P. Dward Vella u P. Serafin Abela. F'Mejju ta' l-istess sena kienet miftuħa t-tieni dar fil-Bolivja, dik ta' Tarija.
Madwar 40 sena wara mit-twaqqif ta' l-ewwel kunvent, minħabba n-nuqqas ta' vokazzjonijiet, il-Provinċja ddeċidiet li tgħalaq il-missjoni tal-Peru' u tikkonċentra l-ħidma tagħha fil-Bolivja, fejn illum flimkien mal-patrijiet Maltin hemm ukoll l-ewwel żewġ Karmelitani tal-post.
Tarija
Padres Carmelitas, Apartado 146, Tarija.
Tel: + Fax: 06642006
Komunità:
Patri Garvin Grech, Pirjol u Kappillan
Patri Albert Brincat
Patri George Keers
Patri Alfred Val Mercieca
La Paz
Casa De Formacion
Casilla 9193, La Paz.
Tel: + Fax: 02216526
Komunità:
Patri Milton Murillo Ortiz, Kapillan
RELIĠJUŻI MALTIN FIL-ITALJA
Milazzo
Chiesa del Carmine
Pza. Caio Duilio 22, 98057 Milazzo (ME), Sicilia.
Tel: + Fax: 0909282910
Patri Timotju Azzopardi
Ruma
Curia Generaliza dei Carmelitani
Via
Giovanni Lanza 138, 00184 Roma, Italia.
Tel: 064620181; Fax: 0646201847
Patri Anthony Cilia
(Tel: 0646201830; Mob: 3491882800)
(Malta: Tel: 21330198 ext. 121; Fax: 21333151; Mob: 99245100)
Centro Internazionale Sant'Alberto
Via Sforza Pallavicini 10, 00193 Roma, Italia.
Tel: 066810081; Fax: 0668307200
Patri Mark Attard
(Tel: 0668100866; Mob:3358000032)
(Malta: Mob: 79444791)
Patri Edmond Caruana
(Tel: 0668100899/46; Mob: 3341215775)
(Malta: Tel: 21238771)
Patri Ivan Scicluna (Tel: 0668100845)
|