Familja Karmelitana
It-Tielet Ordni
TERZJARJI REGULARI (Sorijiet)
Sas-sekli sittax u sbatax il-ħajja reliġjuża
femminili kienet tikkonsisti biss min-nisa li kienu jipprofessaw voti
solenni u jgħixu f'monasteru bi klawsura stretta. Din
il-firda totali bejn il-ħajja religjuża u l-ħidma
ta' appostolat fis-socjetà tat
bidu għal stat ġdid
intermedju, jigifieri ta' bejn is-sorijiet tal-klawsura stretta u dawk
li xtaqu jgħixu l-ħajja reliġjuża billi
jagħtu huma
wkoll is-sehem
tagħhom fost il-poplu. Huma dawk li llum jissejħu
Kongregazzjonijiet tar-reliġjużi nisa. Fi kliem ieħor
huma s-sorijiet li mhumiex tal-klawsura stretta u huma reliġjuzi
dedikati għall-ħajja ta' talb u appostolat. Jipprofessaw
it-tliet voti tal-verġinità konsagrata, faqar u ubbidjenza,
u jgħixu wkoll il-ħajja komunitarja.
L-Ordni Karmelitan għandu mseħbin miegħu erbgħatax-il
Kongregaz-zjoni. Filwaqt li lkoll kemm huma jħaddnu l-istess ideal
karmelitan ta’ kontemplazzjoni u jipprofessaw
l-istess Regula Karmelitana, kull Kongregazzjoni għandha Kostituzzjonijiet
għaliha u hija indipendenti fit-tmexxija
tagħha. Ix-xogħol li jagħmlu dawn il-Kongregazzjonijiet
tas-sorijiet jiddependi mill-iskop tat-twaqqif tagħhom. Xi wħud
huma mogħtijin għat-tagħlim fl-iskejjel,
oħrajn għall-kura tal-morda jew tax-xjuħ fl-isptarijiet,
oħrajn għall-ħidma parrokkjali, filwaqt
li oħrajn jingħataw għal xogħol
missjunarju. Bejniethom ilaħħqu madwar 2,500 membru f'400
kunvent jew dar. Dawn il-Kongregazzjonijiet huma:
Carmelite Sisters for the Aged and Infirm,
imwaqqfa fl-Amerika fl-1929.
Congregation of Our Lady of Mount Carmel,
imwaqqfa fl-Amerika fl-1824.
Corpus Christi Carmelites,
imwaqqfa fi Trinidad fl-1908.
Handmaids of Our Lady of Mount Carmel,
imwaqqfa f'Zimbabwe fl-1959.
Hermanas de la Virgen
María del Monte Carmelo,
imwaqqfa fi Spanja fl-1891.
Hermanas Carmelitas de Madre Candelaria,
imwaqqfa fil-Venezwela fl-1903.
Hermanas Carmelitas del Sagrado Corazón de Jesús,
imwaqqfa fi Spanja fl-1924.
Hermits of Our Lady of Mount Carmel,
imwaqqfa fl-Amerika fl-1998.
Irmas Carmelitas da Divina Providencia,
imwaqqfa fil-Brazil fl-1899.
Irmas Missionarias Carmelitas de Jesús,
imwaqqfa fil-Brazil fl-1938.
Istituto di Nostra Signora
del Carmelo,
imwaqqfa fl-Italja fl-1854.
Kongregasi Putri Karmel
imwaqqfa fl-Indonezja fl-1982
Suore Carmelitane delle Grazie,
imwaqqfa fl-Italja fl-1727.
Suore Carmelitane Missionarie di S. Teresa del Bambino Gesù,
imwaqqfa fl-Italja fl-1925.
Minn dawn kollha, l-aħħar Kongregazzjoni biss għandha
membri Maltin u djar f’Malta
u fid-djoċesi ta' Għawdex. - AC
|