Familja Karmelitana

It-Tielet Ordni


TERZJARJI REGULARI F'MALTA U GĦAWDEX

Is-Sorijiet Karmelitani Missjunarji ta'
S. Tereża tal-Bambin Ġesu'

Sorijiet KarmelitaniIl-Fundatriċi Madre M. Crocifissa Curcio, imqanqla mill-qdusija ta' S. Tereża tal-Bambin Ġesù, wara diversi diffikultajiet, fl-1925 irnexxielha twaqqaf il-Kongregazzjoni. L-iskop tagħha kien li s-sorijiet jgħixu l-ispiritwalita' Karmelitana b'sens missjunarju, u għalhekk b'ħidma li tiġi mitluba lilhom mill-Knisja fil-postijiet fejn jitwaqqfu d-djar tagħhom, speċjalment b'opri ta' edukazzjoni fost it-tfal u ż-żgħażagħ u dawk l-aktar abbandunati. F'qasir zmien il-Kongregazzjoni minn Ruma xterdet f'diversi nħawi ta' l-Italja, u llum tinsab f'Malta u Għawdex, fil-Brażil, fil-Kanada, fl-Afrika, fil-Filippini u fit-Tanzanija.

F'Għawdex, is-sorijiet Karmelitani bdew il-ħidma tagħhom f'Kerċem fl-1957 bl-għajnuna ta' P. Bernard Farrugia, O.Carm. Hawn is-sorijiet jiddedikaw ħajjithom għall-formazzjoni tat-tfal u taż-żgħażagħ permezz ta' skola u t-tagħlim tal-katekiżmu. Fis-sena 1964, is-sorijiet kabbru l-inizjattiva tagħhom u fetħu dar oħra fir-Rabat (Għawdex) biex jgħinu lix-xjuħ.

Kunventi:

Kerċem
Dar - Skola "St. Theresa"
Sorijiet Karmelitani
Triq Dr. Anton Calleja, Kerċem VCT 113, Għawdex.
Tel. 21556347; Fax. 21556347; 21565650

Rabat
Dar għall-Anzjani
Sorijiet Karmelitani
3, Triq il-Kastell, Victoria VCT 103, Għawdex.
Tel. 21556469

Marsalforn
Dar ta' l-Irtiri - Villeġġjatura
"Stella Maris", Bajja tax-Xwejni,
Marsalforn XRA 105, Għawdex.

B'Kara
Sorijiet Karmelitani
A. Cuschieri Str. B'Kara.
Tel. 21444147


© Provinċja Karmelitana Sant'Elija, Malta.
Webmaster | Homepage