Familja Karmelitana

It-Tielet Ordni



TERZJARJI SEKULARI (Lajċi)

Terzjarji Sekulari (Lajċi)Ġesù Kristu jrid li aħna nkunu perfetti kíf hu perfett Missieru tas-Sema (Mt. 5.8). Din is-sejħa l-Imgħallem Divin mar jagħmilha lil kull nisrani. Il-qdusija m'hix xi zona li jidħlu fiha l-qassisín u r-reliġjuzi biss imma huwa stat ta' ħajja li għandu jigi milħuq minn kulħadd. Il-Konċilju Vatikan it-Tieni, fil-Kostituzzjoni Dommatik fuq il-Knísja, jispjega ċar u fit-tul kif dawk kollha li jixtiequ jimxu wara Ġesù huma mistiedna minnu u obbligati li jilħqu dan l-istat ta' perfezzjoni. Ġesù lil kull nisrani jtennilu l-kelmiet: "Ejja u imxi warajja" u l-insara għandhom iwieġbu għal din is-sejħa skond il-vokazzjoni individwali u l-karizmi partikulari ta' kull wieħed.

Minn hawn jinħass il-bzonn li ngħixu l-ħajja tal-Vanġelu u l-ispirtu tal-Beatitudni skond il-karizma tal-familja spiritwali, kulħadd skond l-istat tiegħu, qassis, reliġjuz jew lajk.

Il-lajci jsibu għajnuna biex igħixuha din il-ħajja tal-qdusija meta jħaddnu xi Terz'Ordni tal-Familja Reliġjuza. Dawk li jiffurmaw parti mit-Terz'Ordni Karmelitan, fl-osservanza tar-Regula tagħhom, isibu l-ispirazzjoni u l-qawwa biex jgħixu din l-għamla ta' ħajja qaddisa fuq l-ispirtu tal-Profeta Sant'Elija u tal-Verġni Marija, il-mudelli prinċipali ta' l-Ordni Karmelitan.
 
L-organizzazzjoni tat-Terzjari Karmelitani Sekulari kif nafuha llum għaddiet minn diversi zviluppi. Matul is-sekli ħafna nisa u rgiel, filwaqt li baqgħu fid-dinja, assocjaw ruħhom mal-ħajja spiritwali ta' l-Ordni Karmelitan billi pprattikaw id-devozzjonijiet u l-ispiritwalità tiegħu. Ma' dawn il-gruppi ta' lajċi hemm marbuta storja glorjuza u kbira għas-sehem tagħhom fl-Ordni u fil-Knisja.

It-Terzjarji huma lajċi rġiel u nisa, mizzewġa jew le, jew sacerdoti djoċesani (bħalma kien il-Beatu Gorg Preca), li għalkemm ma jistgħux iħaddnu l-ħajja karmelitana fil-milja tagħha, jgħixu stil ta' ħajja karmelitana adattat għall-vokazzjoni tagħhom. Dawn għandhom Regula mfassla għalihom fuq l-ispirtu u skond l-ideal tar-Regula ta' Sant'Albert, jagħmlu l-wegħdiet tas-safa (skond l-istat tagħhom) u ta' l-ubbidjenza (f'dak li għandu x'jaqsam mat-tmexxija tat-Terz Ordni), u għandhom ukoll xi dmirijiet f'dik li hi ħajja ta' talb u ta' osservanza.

Mhux faċli wieħed jgħid kemm huma l-membri Terzjarji ta' l-Ordni Karmelitan fid-dinja kollha. Hawn Malta jlaħħqu 'l fuq minn 500. Il-komunitajiet lokali, li huma għoxrin, jiltaqgħu darba kull xahar f'diversi parroċċi u huma mmexxijin minn saċerdot karmelitan jew saċerdot djoċesan delegat tal-Provinċjal.

It-Terz Ordni Sekulari jinsab fuq zewg livelli:

a) Terz Ordni Sekulari Internazzjonali

F'din it-taqsima għandna l-Famille Missionnaire "Donum Dei" li hija assoċjazzjoni internazzjonali ta' lajċi xebbiet li bdiet fi Franza fl-1950. Fiha madwar 500 membru attiv f’36 dar u 550 membru assoċjati mxerrdin fi 17-il pajjiż. Il-membri ta' din l-assoċjazzjoni huma mogħtijin għall-attività appostolika (b'mod partikulari fir-ristoranti msejħin "Eau Vive", "Ilma ħaj", immexxijin minnhom stess) filwaqt li jfittxu li jgħixu l-ħajja evanġelika skond il-karizma karmelitan.

b) Terz’Ordni Sekulari Provinċjali

Dawn il-gruppi jissejħu provinċjali għax jiddependu mir-reliġjużi karmelitani tal-post. Mhux faċli tgħid kemm huma l-membri Terzjarji ta' l-Ordni Karmelitan. Hawn Malta jlaħħqu 'l fuq minn 500. Il-komunitajiet lokali, li huma għoxrin, jiltaqgħu darba kull xahar f'diversi parroċċi u huma mmexxijin minn saċerdot Karmelitan jew saċerdot djoċesan delegat tal-Provincjal.

Min jixtieq jissieħeb fit-Terz Ordni Karmelitan jista' jakkwista aktar tagħrif f'xi wieħed mill-kunventi tal-Patrijiet Karmelitani jew inkella fil-parroċċi u l-knejjes li ġejjin:
Parroċċi:
Fgura, Rabat, Żabbar, Żejtun, Fleur-de-lys, Balluta, Gżira, Ħal-Lija, Naxxar, Sta. Venera, Mosta, Msida, Żebbuġ (Malta) u Kerċem (Għawdex).
Knejjes:
Tal-Karmnu (Valletta, Imdina, Lunzjata - Rabat), Tal-Ħerba (B'Kara), Tas-Samra (Ħamrun), Blata l-Bajda (Ħamrun). - AC


© Provinċja Karmelitana Sant'Elija, Malta.
Webmaster | Homepage