Il-Karmelu

Rivista ta' kull tliet xhur


GĦAN

Il-Karmelu hija rivista li toħroġ kull tliet xhur mir-reliġjużi Karmelitani Maltin.  Permezz ta’ din ir-rivista aħna nixtiequ naqsmu mal-poplu Malti u Għawdxi l-ispiritwalità Karmelitana b’mod popolari.

Ir-rivista titratta diversi temi attwali.  Ngħidu aħna, matul is-sena 2004, it-tema tas-sena kienet l-istaġuni, u għalhekk kull ħarġa kienet tiffoka fuq kull wieħed mill-erba’ staġuni.  Matul is-sena 2005 r-rivista dawwret il-ħarsa tagħha fuq l-erba’ fażijiet tal-ħajja, jiġifieri t-tfulija, ż-żgħożija, l-età adulta, u x-xjuħija.

Kull ħarġa ta’ Il-Karmelu ma tonqosx li tippreżenta elementi tal-ħajja Karmelitana.  Fost dawn insibu paġna li tittratta l-vokazzjonijiet Karmelitani, u esperjenza ta’ l-istess ħajja, paġna mill-missjoni Karmelitana tal-Bolivja, aħbarijiet Karmelitani, u xi aspett ta’ l-istorja jew tal-ħajja Karmelitana.  Barra minn hekk, insibu wkoll paġna dedikata lit-talb, u wkoll eżerċizzju prattiku tat-talb bil-Kelma ta’ Alla, dik li tissejjaħ il-Lectio Divina.

Nittamaw li b'dan is-sehem tagħna fil-qasam ta' l-istampa, dawk kollha li jaqraw Il-Karmelu jkomplu jikbru fil-ħajja umana u nisranija tagħhom.

ABBONAMENT

Min jixtieq jabbona fir-rivista Il-Karmelu
hwa mitlub jibgħat ismu u l-indirizz tiegħu
flimkien ma’ € 4.66 ħlas għal abbonament ta’ sena lil

      L-Editur "Il-Karmelu"
      Patri Jurgen Cucciardi, O.Carm.
      Kunvent tal-Karmelitani
      Triq it-Torri,
      Sliema SLM 1600.

Kull għajnuna finanzjarja oħra hija apprezzata ħafna biex inkunu nistgħu ntejbu u nkomplu mmexxu ’l quddiem ir-rivista.

Min ikun jixtieq aktar tagħrif jista' wkoll jikteb lill-Editur f'dan l-indirizz: il-karmelu@karmelitanimalta.org


© Provinċja Karmelitana Sant'Elija, Malta.
Webmaster | Homepage