Kalendarju

X'ser jiġri matul .....


JANNAR 2008

1 ta’ Jannar

L-Imqaddsa Omm Alla Marija• Solennità ta’ l-Imqaddsa Omm Alla Marija
F’Ruma, f’għeluq it-tmint ijiem mill-festa tal-Milied, aktarx sa minn qabel is-seklu VI, kienet issir festa f’ġieħ il-Verġni Marija - natale sanctæ Mariæ. Minkejja dan, il-kotba liturġiċi tas-seklu VII jsejħu l-ewwel ta’ Jannar octabas domini, fil-waqt li l-Missal ta’ San Piju V aċċetta drawwa li kienet ilha ssir fi Spanja u Franza u l-Quddiesa ta’ l-Ewwel tas-Sena bdiet tfakkar iċ-Circumcisione Domini et Octava Nativitatis. Ir-riforma liturġika ta’ żmienna, reġgħet għamlet l-ewwel ta’ Jannar jum ta’ festa f’ġieħ il-Verġni Marija bħala Omm Alla, iżda flimkien mal-maternità tal-Verġni Marija, fl-ewwel tas-sena l-Knisja tiċċelebra wkoll iċ-ċirkonċiżjoni tal-Mulej u l-Isem Imqaddes tiegħu. Infatti l-Papa Pawlu VI, fl-Eżortazzjoni Appostolika Marialis Cultus tat-2 ta’ Frar 1974, fin-numru 5 jgħid: “Fiż-żmien għażiż tal-Milied, jidhrilna li tkun ħaġa sewwa li nixħtu l-attenzjoni tagħna wkoll fuq is-Solennità ta’ Marija Santissima Omm Alla: Skond idea sħiħa mxettla sew f’din il-Belt ta’ Ruma, din is-solennità tiġi ċċelebrata fl-1 ta’ Jannar, biex hekk tfakkar il-parti li ħadet Marija f’dan il-misteru tas-salvazzjoni.”

• Kappella ta’ Santa Luċija, in-Naxxar: Laqgħa u Quddiesa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu, Valletta: Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani nisa.

2 ta’ Jannar

• Knisja Parrokkjali tal-Madonna tal-Karmnu, il-Gżira: Laqgħa u Quddiesa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Knisja tal-Madonna s-Samra, il-Ħamrun: Fit-3.45pm Rużarju, Talb mir-Regula, Quddiesa u Konferenza għat-Terzjarji Karmelitani.
• Knisja tal-Madonna tal-Karmnu, l-Imdina: Fl-4.30pm Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Parroċċa ta’ Santa Katarina, iż-Żurrieq: Fil-5.00pm Laqgħa u Quddiesa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Knisja Parrokkjali ta’ San Ġużepp, l-Imsida: Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Knisja Parrokkjali ta’ Santa Venera, Santa Venera: Fil-5.15pm Għasar, Konferenza, Rużarju u Quddiesa għat-Terzjarji Karmelitani.

3 ta’ Jannar

• Tifkira tal-Beatu Ċirijaku Elija Chavara, Sacerdot.
Beatu Ċirijaku Elija ChavaraTwieled fl-10 ta’ Frar 1805, f’Kainakary fil-Kerala, l-Indja. Wara l-istudji tiegħu fis-seminarju, ġie ordnat saċerdot fl-1829. Fl-1831 waqqaf f’Mannanam l-ewwel kunvent għas-saċerdoti tal-kongregazzjoni ġdida bl-isem ta’ Karmelitani ta’ Marija Immakulata, u fl-1855 sar l-ewwel Superjur Ġenerali ta’ din il-kongregazzjoni. Flimkien mal-missjunarju Karmelitan Skalz, Patri Leopoldu Beccaro, fl-1866 waqqaf il-kongregazzjoni għas-sorijiet bl-isem ta’ Omm il-Karmelu. Magħżul Vigarju Ġenerali tal-Knisja Siro-Malabarika fl-1861, ħadem ħafna u bla heda biex jeqred kull firda minħabba x-Xiżma Rokożjana, kif ukoll biex iġib ’il quddiem ir-rit Siro-Malabariku b’tiġdid spiritwali. Fuq kollox kien bniedem ta’ talb; kellu devozzjoni l-aktar imħeġġa lejn l-Ewkaristija u wera qima speċjali lejn Marija Immakulata. Miet fl-1871 f’Koonammavu, l-Indja, iżda fl-1889 il-fdalijiet tiegħu ttieħdu f’Mannanam.

• Kappella ta’ Casa San Pietro, Ħal Lija: Fit-8.00am Laqgħa u Quddiesa għat-Terzjarji Karmelitani.

4 ta’ Jannar

• Knisja Parrokkjali Kolleġġjata ta’ San Pawl, ir-Rabat: Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani fl-Oratorju tal-Karmnu.

6 ta’ Jannar

• Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, il-Balluta: Laqgħa u Quddiesa għall-irġiel u koppji Terzjarji Karmelitani fiċ-Ċentru Parrokkjali.

7 ta’ Jannar

• Knisja tal-Madonna tal-Ħerba, B’Kara: Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani: Fl-4.45pm Rużarju, Talb mir-Regula, Quddiesa u Konferenza.
• Parroċċa tal-Madonna tal-Grazzja, Ħaż-Żabbar: Fis-6.00pm Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, il-Balluta: Laqgħa u Quddiesa għan-nisa Terzjarji Karmelitani fiċ-Ċentru Parrokkjali.

8 ta’ Jannar

San Pier TumasFesta ta’ San Pier Tumas, Isqof.
Twieled madwar is-sena 1305 fin-nofsinar ta’ Périgord fi Franza. Ta’ għoxrin sena daħal fl-Ordni Karmelitan. Ġie mlaħħaq Prokuratur Ġenerali fil-kurja ta’ Avignone fis-sena 1345. Sar Isqof ta’ Patti u Lipari fis-sena 1354 u kien bosta drabi Legat tal-Papa f’missjonijiet ta’ paċi għall-Għaqda mal-Knejjes Orjentali. Fis-sena 1359 ġie mibgħut fis-sede ta’ Corone fil-Poloponneso bħala Legat tal-Papa għal-Lvant. Imlaħħaq Arċisqof ta’ Kreta fis-sena 1363 u sena wara Patrijarka ta’ Kostantinopoli, hu kiseb il-fama ta’ wieħed li jaħdem għall-għaqda fil-Knisja. Miet ġo Famagusta fil-gżira ta’ Ċipru fis-sena 1366.

• Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, Fleur-de-lys: Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani.

San Andrija Corsini9 ta’ Jannar

• Festa ta’ San Andrija Corsini, Isqof.
Twieled fil-belt ta’ Firenze, Italja, fil-bidu tas-seklu 14 u daħal reliġjuż Karmelitan fil-kunvent ta’ l-istess belt. Fis-sena 1348 ġie mlaħħaq Provinċjal tal-Provinċja Toskana mill-Kapitlu Ġenerali li sar f’Metz. Ġie magħżul Isqof ta’ Fiesole fit-13 ta’ Ottubru 1349. Mexxa d-djoċesi b’karità kbira u kien magħruf għaż-żelu appostoliku, il-prudenza u l-imħabba lejn il-foqra. Miet fis-6 ta’ Jannar 1374. (ara)

12-13 ta’ Jannar

• Fis-Santwarju Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu, il-Belt Valletta, l-Għaqda Vokazzjonijiet Karmelitani se torganizza jiem ta' talb għall-vokazzjonijiet u wkoll laqgħat li fihom l-istudenti jaqsmu l-esperjenza vokazzjonali tagħhom.

18-20 ta’ Jannar

• L-Għaqda Vokazzjonijiet Karmelitani se torganizza Live-In vokazzjonali fid-Dar tal-Formazzjoni fl-Balluta, għall-istudenti tas-6th Form.

19 ta’ Jannar

• L-Għaqda Vokazzjonijiet Karmelitani se torganizza laqgħa vokazzjonali, fil-Balluta, għall-grupp kollu tal-vokazzjonijiet.

27 ta’ Jannar

• Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu, Valletta: Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani rġiel.

Beata Arkanġela Ġirlani29 ta’ Jannar

• Tifkira tal-Beata Arkanġela Ġirlani, Verġni
Twieldet f’Torino, fit-Tramuntana ta’ l-Italja, madwar nofs is-seklu 15. Daħlet soru Karmelitana f’Parma fejn saret superjura ta’ l-istess kunvent. Ġiet mogħtija l-istess uffiċċju fil-monasteru mwaqqaf ġdid f’Mantova, fejn mietet fis-sena 1495. Kienet magħrufa għad-devozzjoni partikulari li kellha lejn it-Trinità Mqaddsa.

31 ta’ Jannar

• Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, Fleur-de-lys: Irtir tax-xahar għat-Terzjarji Karmelitani f’waħda mill-knejjes tal-Parroċċa.


© Provinċja Karmelitana Sant'Elija, Malta.
Webmaster | Homepage