Kalendarju

X'ser jiġri matul .....


FRAR 2008

1 ta’ Frar

• L-Għaqda Vokazzjonijiet Karmelitani se torganizza Live-In vokazzjonali fid-Dar tal-Formazzjoni (Balluta), għall-istudenti tal-Form 2.
• Knisja Parrokkjali Kolleġġjata ta’ San Pawl, ir-Rabat: Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani fl-Oratorju tal-Karmnu.

2 ta’ Frar

Il-Preżentazzjoni tal-Mulej• Il-Preżentazzjoni tal-Mulej
Din il-festa, għalkemm fil-Kalendarju liturġiku tinsab fiż-żmien ta’ matul is-sena, għax hi ċelebrata fit-2 ta' Frar, hija marbuta mas-solennità tal-Milied u tfakkar il-purifikazzjoni ta’ Marija, meta hi u San Ġużepp, erbgħin ġurnata wara t-twelid ta’ Ġesù, telgħu fit-tempju biex skond il-liġi ta’ Mosè jippreżentaw lit-tarbija Ġesù lill-Mulej, kif hemm miktub fil-liġi tal-Mulej, li ‘kull tifel li jitwieled l-ewwel jiġi kkonsagrat lill-Mulej, u biex joffru b’sagrifiċċju par gamiem jew żewġ bċieċen, kif jingħad ukoll fil-liġi tal-Mulej’.
Din il-festa kienet ġà tiġi ċelebrata b’solennità kbira f’Ġerusalemm fir-raba’ seklu. Minn Ġerusalemm il-festa malajr xterdet mal-knejjes kollha tal-Lvant, u fis-seklu VI insibuha wkoll fil-punent bl-isem ta’ Purificatio S. Mariae. L-ewwel tagħrif dwar purċissjoni fit-2 ta’ Frar niltaqgħu miegħu fl-istess żmien, u nafu wkoll li fis-seklu IX, f’Ruma, il-purċissjoni kellha karattru penitenzjali. Il-purċissjoni kienet titlaq mill-knisja ta’ San Adrijan u tmur fil-bażilika ta’ Santa Marija Maggiore fejn kienet titqaddes il-Quddiesa tal-festa. L-ewwel darba li niltaqgħu mat-tberik tax-xema’ qabel il-purċissjoni hu fis-seklu X.

• Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, il-Balluta: Laqgħa u Quddiesa għall-irġiel u koppji Terzjarji Karmelitani fiċ-Ċentru Parrokkjali.

4 ta’ Frar

• Knisja tal-Madonna tal-Ħerba, B’Kara: Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani: Fl-4.45pm Rużarju, Talb mir-Regula, Quddiesa u Konferenza.
• Parroċċa tal-Madonna tal-Grazzja, Ħaż-Żabbar: Fis-6.00pm Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, il-Balluta: Laqgħa u Quddiesa għan-nisa Terzjarji Karmelitani fiċ-Ċentru Parrokkjali.

5 ta’ Frar

• Kappella ta’ Santa Luċija, in-Naxxar: Laqgħa u Quddiesa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu, Valletta: Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani nisa.

6 ta’ Frar

• Knisja Parrokkjali tal-Madonna tal-Karmnu, il-Gżira: Laqgħa u Quddiesa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Knisja tal-Madonna s-Samra, il-Ħamrun: Fit-3.45pm Rużarju, Talb mir-Regula, Quddiesa u Konferenza għat-Terzjarji Karmelitani.
• Knisja tal-Madonna tal-Karmnu, l-Imdina: Fl-4.30pm Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Parroċċa ta’ Santa Katarina, iż-Żurrieq: Fil-5.00pm Laqgħa u Quddiesa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Knisja Parrokkjali ta’ San Ġużepp, l-Imsida: Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Knisja Parrokkjali ta’ Santa Venera, Santa Venera: Fil-5.15pm Għasar, Konferenza, Rużarju u Quddiesa għat-Terzjarji Karmelitani.

7 ta’ Frar

• Kappella ta’ Casa San Pietro, Ħal Lija: Fit-8.00am Laqgħa u Quddiesa għat-Terzjarji Karmelitani.

11 ta’ Frar

Il-Verġni Mqaddsa Marija ta’ Lourdes• Il-Verġni Mqaddsa Marija ta’ Lourdes
Kien il-Papa Piju IX li ta permess biex fid-djoċesi ta’ Tarbes fejn tinsab il-belt ta’ Lourdes, tibda tiġi ċelebrata l-festa tal-Madonna ta’ Lourdes b’Quddiesa u uffiċjatura proprji. Aktar tard is-Santa Sede ppermettiet li l-festa tal-Madonna ta’ Lourdes tibda tiġi ċċelebrata f’kull djoċesi li titlobha. Imbagħad San Piju X fis-sena 1907 ried li l-festa tiġi ċelebrata fil-knejjes kollha. Minn dak iż-żmien xterdet sewwa f’pajjiżna d-devozzjoni lejn il-Madonna ta’ Lourdes u illum għandna żewġ kappelli u żewġ knejjes parrokkjali dedikati lill-Madonna taħt dan it-titlu. F’Lourdes, erba’ snin wara l-proklamazzjoni tad-domma tat-tnissil bla tebgħa tal-Verġni Marija, il-Madonna stess ħabbret li hi kienet l-Imnissla bla tebgħa.
Santa Bernadette kellha l-ewwel dehra tal-Madonna proprju fil-11 ta' Frar ta' mija u ħamsin sena ilu (fl-1858). Għal din l-okkażjoni tħejja programma speċjali li fih jinkludi żjara tal-Papa Benedittu XVI f'Lourdes. L-aħħar dehra tal-Madonna lil Bernardette seħħet fis-16 ta' Lulju, Festa tal-Madonna tal-Karmnu.

12 ta’ Frar

• Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, Fleur-de-lys: Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani.

24 ta’ Frar

• Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu, Valletta: Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani rġiel.

28 ta’ Frar

• Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, Fleur-de-lys: Irtir tax-xahar għat-Terzjarji Karmelitani f’waħda mill-knejjes tal-Parroċċa.

© Provinċja Karmelitana Sant'Elija, Malta.
Webmaster | Homepage