Jannar

Frar - Marzu

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


Kalendarju Karmelitan - Frar u Marzu

 

 

Ċirijaku Elija Chavara

1 ta’ Frar

• Tifkira tal-Beata Candelaria ta' San Ġużepp, Verġni

Twieldet fil-Venezwela nhar il-11 t’Awwissu 1863, u tawha l-isem Susanna Paz-Castillo Ramírez. Sa minn ċkunitha laqgħet is-sejħa għall-qdusija u kienet tipprattika l-imħabba tagħha billi tassisti, tfarraġ u tieħu ħsieb il-morda li kienu jitħallew fit-toroq tal-belt. Imħeġġa minn Dun Sixto Sosa ikkonsagrat ruħha għas-servizz tal-morda fl-isptar “Sant'Antonio”, imwaqqaf fl-1903 f’Altagracia de Orituco. Fil-31 ta’ Diċembru 1910 waqqfet il-Kongregazzjoni tas-Sorijiet iż-Żgħar tal-Foqra ta’ Altagracia de Orituco bil-għan li jiddedikaw ħajjithom għas-servizz tal-foqra. Fil-25 ta' Marzu 1925 il-Kongregazzjoni tagħha kienet affiljata mal-Ordni Karmelitan. Minkejja l-limiti ekonomiċi tal-Kongregazzjoni u n-nuqqas ta’ riżorsi, b’impenn u entużjażmu, Madre Candelaria wriet fiduċja kbira fil-Providenza t’Alla u mħabba bla qies għal dawk li l-aktar kienu fil-bżonn. Frott tal-ħidma tagħha twaqqfu diversi sptarijiet fil-pajjiż, u dan meta l-kura kienet skarsa u għalja. Għall-imħabba kbira li kellha lejn Alla u d-dedikazzjoni ġeneruża tagħha lejn il-foqra, Madre Candelaria hija mudell ħaj ta’ virtù, fejn tidher fidi kbira f’Ġesù Kristu, għaqda mal-Knisja u mħabba lejha, u mħabba qawwija lejn il-foqra. Kienet beatifikata fis-27 t’April 2008.

 

Pier Tumas19 ta’ Marzu

• Solennità ta’ San Ġużepp, Protettur prinċipali tal-Ordni

L-Evanġelu jgħid li San Ġużepp kien mill-familja ta’ David li minnha kellu jitwieled l-Messija (ara Mt 1,1-16; Lq 3,23-38). Bħal Ġużeppi tat-Testment il-Qadim, huwa l-bniedem ġust u fidil (ara Mt 1,19) li Alla qiegħdu biex jieħu ħsieb id-dar tiegħu. Ġużeppi, l-għarus ta’ Marija u missier putattiv ta’ Ġesù, mexxa l-familja mqaddsa fil-ħarba u fir-ritorn mill-Eġittu, u b’hekk għamel mill-ġdid il-vjaġġ li l-poplu Lhudi għamel fil-passat (ara Ġen 37; 50,22-26; Mt 2,13-21). Minħabba l-fidi kbira tiegħu stħaqqlu jkun afdat bil-wegħda li seħħet fil-misteru tas-salvazzjoni, fil-pjan ta’ mħabba li Alla l-Missier wettaq għall-bnedmin kollha.

Fil-Provinċja Karmelitana Maltija l-festa ta’ San Ġużepp hija ċċelebrata b'solennità mill-komunità tal-Belt Valletta fejn hemm Arċikonfraternità antika li ġġib ismu. Il-Beatu Nazju Falzon, devot kbir ta' San Ġużepp, kien spiss imur jitlob quddiem l-istatwa li hemm fil-knisja tal-Karmnu tal-Belt.