MARZU 2008
1 ta’ Marzu
•
Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, il-Balluta: Laqgħa u Quddiesa
għall-irġiel u koppji Terzjarji Karmelitani fiċ-Ċentru
Parrokkjali.
3 ta’ Marzu
• Knisja
tal-Madonna tal-Ħerba, B’Kara: Laqgħa għat-Terzjarji
Karmelitani: Fl-4.45pm Rużarju, Talb mir-Regula, Quddiesa u Konferenza.
• Parroċċa tal-Madonna tal-Grazzja, Ħaż-Żabbar:
Fis-6.00pm Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, il-Balluta: Laqgħa u Quddiesa
għan-nisa Terzjarji Karmelitani fiċ-Ċentru Parrokkjali.
4 ta’ Marzu
•
Kappella ta’ Santa Luċija, in-Naxxar: Laqgħa u Quddiesa
għat-Terzjarji Karmelitani.
• Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu, Valletta: Laqgħa għat-Terzjarji
Karmelitani nisa.
5 ta’ Marzu
• Knisja
Parrokkjali tal-Madonna tal-Karmnu, il-Gżira: Laqgħa u Quddiesa
għat-Terzjarji Karmelitani.
• Knisja tal-Madonna s-Samra, il-Ħamrun: Fit-3.45pm Rużarju, Talb
mir-Regula, Quddiesa u Konferenza għat-Terzjarji Karmelitani.
• Knisja tal-Madonna tal-Karmnu, l-Imdina: Fl-4.30pm Laqgħa
għat-Terzjarji Karmelitani.
• Parroċċa ta’ Santa Katarina, iż-Żurrieq: Fil-5.00pm
Laqgħa u Quddiesa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Knisja Parrokkjali ta’ San Ġużepp, l-Imsida: Laqgħa
għat-Terzjarji Karmelitani.
• Knisja Parrokkjali ta’ Santa Venera, Santa Venera: Fil-5.15pm Għasar,
Konferenza, Rużarju u Quddiesa għat-Terzjarji Karmelitani.
6 ta’ Marzu
•
Kappella ta’ Casa San Pietro, Ħal Lija: Fit-8.00am Laqgħa u Quddiesa
għat-Terzjarji Karmelitani.
7 ta’ Marzu
• Knisja
Parrokkjali Kolleġġjata ta’ San Pawl, ir-Rabat: Laqgħa
għat-Terzjarji Karmelitani fl-Oratorju tal-Karmnu.
11 ta’ Marzu
•
Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, Fleur-de-lys: Laqgħa
għat-Terzjarji Karmelitani.
14 ta' Marzu
• Il-Verġni Mqaddsa Marija tad-Duluri
Sa ftit żmien ilu fil-Kalendarju
tal-Knisja Latina kien hemm żewġ festi tad-Duluri, waħda
l-ġimgħa ta’ qabel Ħadd il-Palm u l-oħra fil-15 ta’
Settembru, it-tnejn magħrufin bħala l-festa tas-Seba’ Duluri
tal-Verġni Marija. Illum fil-Kalendarju tal-Knisja hemm festa waħda,
dik tal-15 ta’ Settembru. Minkejja dan f’pajjiżna, il-festa tad-Duluri,
iċċelebrata l-Ġimgħa qabel Ħadd il-Palm, għadha
festa popolari ħafna u xhieda mill-aqwa tar-reliġjożità popolari
tan-nies tagħna.
Fl-1423 sinodu fil-belt ta’ Kolonja,
fil-Ġermanja, iddekreta li tibda issir festa f’ġieħ
il-“kompassjoni” tal-Verġni Marija bi tpattija
għas-sagrileġġi magħmulin dak iż-żmien
mill-Ussiti, u qrib tmiem is-seklu XV il-Papa Sistu IV ried li l-festa tissemma
fil-Martiroloġju. Il-festa ma kinitx issir kullimkien fl-istess jum,
iżda mbagħad, fl-1727, il-Papa Benedittu XIII ifissa l-ġurnata
tal-festa għall-Ġimgħa ta’ qabel Ħadd il-Palm u ried li
tkun magħrufa bħala l-festa tas-Seba’ Duluri tal-Verġni Marija.
15 ta’ Marzu
• Solennità ta’
San Ġużepp, Protettur prinċipali ta’ l-Ordni (flok fid-19 ta'
Marzu li jaħbat fil-Ġimgħa Mqaddsa)
L-Evanġelu jgħid li San
Ġużepp kien mill-familja ta’ David li minnha kellu jitwieled
l-Messija (Mt 1,1-16; Lq 3,23-38). Bħal Ġużeppi tat-Testment
il-Qadim, huwa l-bniedem ġust u fidil (Mt 1,19) li Alla qiegħdu biex
jieħu ħsieb id-dar tiegħu. Ġużeppi, l-għarus ta’
Marija u missier putattiv ta’ Ġesù, mexxa l-familja mqaddsa fil-ħarba
u fir-ritorn mill-Eġittu, u b’hekk għamel mill-ġdid
il-vjaġġ li l-poplu Lhudi għamel fil-passat (Ġn 37;
50,22-26; Mt 2,13-21). Minħabba l-fidi kbira tiegħu stħaqqlu
jkun afdat bil-wegħda li seħħet fil-misteru tas-salvazzjoni,
fil-pjan ta’ mħabba li Alla l-Missier wettaq għall-bnedmin kollha.
Fil-Provinċja Karmelitana Maltija l-festa
ta’ San Ġużepp hija ċċelebrata b'solennità mill-komunità
tal-Belt fejn hemm Arċikonfraternità antika li ġġib ismu.
Il-Beatu Nazju Falzon, devot kbir ta' San Ġużepp, kien spiss imur
jitlob quddiem l-istatwa li hemm fil-knisja tal-Karmnu tal-Belt. (Ara 1, 2)
20 ta’ Marzu
• Tifkira tal-Beatu Franġisk ta’
Ġesù, Marija u Ġużeppi
Francisco
Palau y Quer twieled fid-29 ta’ Diċembru 1811 f’Aytona (Spanja). Fl-1828
daħal fis-seminarju ta’ Lèrida, Spanja. Meta temm it-tlett snin ta’ studji
filosofiċi u l-ewwel kors tat-teoloġija, fl-1832 daħal fl-Ordni
tal-Karmelitani Skalzi fejn fis-sena ta’ wara għamel il-professjoni
reliġjuża. Minħabba raġunijiet politiċi kellu
jgħix għal xi żmien barra l-kunvent imma fl-1836 kien ordnat
saċerdot f’Barbastro. Wara ħdax-il sena fi Franza (1840-1851)
irritorna fi Spanja fejn iddedika l-ħidma tiegħu
għall-predikazzjoni u għall-missjoni popolari b’mod partikluari
f’Barċellona u fil-gzejjer Baleari. Kien hawn li fis-snin 1860-1861
ħa ħsieb jorganizza xi gruppi ta’ tfajliet fejn ta’ l-bidu ta’
żewġ kongregazzjonijiet tas-sorijiet. Miet f’Tarragona fl-20 ta’
Marzu 1872.
27 ta’ Marzu
•
Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, Fleur-de-lys: Irtir tax-xahar għat-Terzjarji
Karmelitani f’waħda mill-knejjes tal-Parroċċa.
30 ta’ Marzu
• Fil-Knisja tal-Karmnu, l-Imdina, jiġi ċċelebrat Jum il-Vokazzjonijiet
Karmelitani. Waqt din l-okkazjoni l-istudenti jaqsmu l-esperjenza
vokazzjonali tagħhom ma' dawk preżenti.
•
Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu, Valletta: Laqgħa għat-Terzjarji
Karmelitani rġiel.
31 ta’ Marzu
• Solennità
tat-Tħabbira tal-Mulej (flok il-25 ta’ Marzu li jaħbat
fil-ġimgħa ta' l-Għid il-Kbir)
Din il-festa tfakkar il-ġrajja ta’ meta l-anġlu Gabriel kien
mibgħut għand Marija biex jgħidilha li kellha ssir Omm Alla, u
wkoll it-tnissil tal-Verb fil-ġuf tagħha.
Għalkemm hemm min jaħseb li fis-seklu IV il-festa tat-Tħabbira
tal-Mulej kienet diġà tiġi ċċelebrata fil-Palestina,
m’għandna ebda tagħrif dwar din il-festa qabel is-seklu VII, meta
l-Konċilju “in Trullo”, tas-sena 692, ried li l-festa ssir ukoll jekk
tiġi f’xi ġurnata tar-Randan, minkejja dak li kien jgħid
il-Konċilju ta’ Laodikija. Fis-seklu VII il-festa daħlet Ruma u minn
hemm xterdet fil-knejjes tal-punent, fejn bdiet issir fil-25 ta’ Marzu,
bħalma kienet issir fil-knejjes tal-lvant; iżda fi Spajna,
l-għaxar Konċilju ta’ Toledo, fis-sena 656, ried li l-festa tiġi
ċelebrata mhux fir-Randan iżda fil-ġimgħa ta’ qabel
il-Milied, fit-18 ta’ Diċembru.
Meta l-festa bdiet tiġi ċċelebrata, kienet meqjusa festa
tal-Mulej kif jixhdu l-ismijiet li għandha fid-dokumenti
liturġiċi aktar antiki, iżda biż-żmien bidet titqies
bħala festa tal-Madonna. Il-Kalendarju mġedded tal-Knisja Latina
jerġa’ jqisha bħala festa tal-Mulej.
Għall-Provinċja Karmelitana Maltija minn dejjem kienet festa
għaziza ħafna, infatti żewġ knejjes, dik tal-Lunzjata u dik
ta’ l-Imdina, huma ddedikati għaliha.