Kalendarju

X'ser jiġri matul .....


APRIL 2008

Nonju Alvarez Pereira1 ta’ April

• Tifkira tal-Beatu Nonju Alvarez Pereira, Reliġjuż.
Twieled fis-sena 1360 u għal ħafna snin ħadem għall-indipendenza tal-Portugal sakemm laħaq il-quċċata tal-karriera militari tiegħu fl-Ordni tal-Kavallieri ta’ Malta. Wara li mietet martu, fl-1423 daħal reliġjuż Karmelitan fil-kunvent imwaqqaf minnu stess f’Lisbona. Ried igħaddi ħajtu jaqdi u jservi lill-oħrajn. Ħa l-isem ta’ Fra Nonju ta’ Santa Marija u miet fl-istess kunvent fl-1431. Ta eżempju lil kulħadd ta’ ħajja ta’ talb, penitenza u devozzjoni filjali lejn il-Verġni Marija.

• Kappella ta’ Santa Luċija, in-Naxxar: Laqgħa u Quddiesa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu, Valletta: Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani nisa.

2 ta’ April

• Knisja Parrokkjali tal-Madonna tal-Karmnu, il-Gżira: Laqgħa u Quddiesa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Knisja tal-Madonna s-Samra, il-Ħamrun: Fit-3.45pm Rużarju, Talb mir-Regula, Quddiesa u Konferenza għat-Terzjarji Karmelitani.
• Parroċċa ta’ Santa Katarina, iż-Żurrieq: Fil-5.00pm Laqgħa u Quddiesa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Knisja Parrokkjali ta’ San Ġużepp, l-Imsida: Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Knisja Parrokkjali ta’ Santa Venera, Santa Venera: Fil-5.15pm Għasar, Konferenza, Rużarju u Quddiesa għat-Terzjarji Karmelitani.

3 ta’ April

• Kappella ta’ Casa San Pietro, Ħal Lija: Fit-8.00am Laqgħa u Quddiesa għat-Terzjarji Karmelitani.

4 ta’ April

• Knisja Parrokkjali Kolleġġjata ta’ San Pawl, ir-Rabat: Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani fl-Oratorju tal-Karmnu.

6 ta’ April

• Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, il-Balluta: Laqgħa u Quddiesa għall-irġiel u koppji Terzjarji Karmelitani fiċ-Ċentru Parrokkjali.

7 ta’ April

• Knisja tal-Madonna tal-Ħerba, B’Kara: Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani: Fl-4.45pm Rużarju, Talb mir-Regula, Quddiesa u Konferenza.
• Parroċċa tal-Madonna tal-Grazzja, Ħaż-Żabbar: Fis-6.00pm Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, il-Balluta: Laqgħa u Quddiesa għan-nisa Terzjarji Karmelitani fiċ-Ċentru Parrokkjali.

8 ta’ April

• Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, Fleur-de-lys: Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani.

Beatu Battista Spagnoli17 ta’ April

• Tifkira tal-Beatu Battista Spagnoli, Saċerdot.
Twieled f’Mantova, Italja, fis-17 ta’ April 1447 u f’età żagħżugħa daħal mal-Karmelitani tal-Kongregazzjoni Mantovana fil-belt ta’ Ferrara, fejn għamel il-professjoni reliġjuża fis-sena 1464, u fejn qeda diversi uffiċċji bl-akbar ħeġġa. Wara li għal sitt darbiet kien Vigarju Ġenerali tal-Kongregazzjoni tiegħu, fis-sena 1513 ġie magħżul Pirjol Ġenerali ta’ l-Ordni kollu.

 

24 ta’ April

• Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, Fleur-de-lys: Irtir tax-xahar għat-Terzjarji Karmelitani f’waħda mill-knejjes tal-Parroċċa.

27 ta’ April

• Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu, Valletta: Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani rġiel.
• Kulleġġ Sant’Elija, Santa Venera: Wara nofsinhar, din l-iskola sekondarja mmexxija mill-patrijiet Karmelitani tkun miftuħa għall-pubbliku.


© Provinċja Karmelitana Sant'Elija, Malta.
Webmaster | Homepage