Kalendarju

X'ser jiġri matul .....


MEJJU 2008

1 ta’ Mejju

• Kappella ta’ Casa San Pietro, Ħal Lija: Fit-8.00am Laqgħa u Quddiesa għat-Terzjarji Karmelitani.

2 ta’ Mejju

• Knisja Parrokkjali Kolleġġjata ta’ San Pawl, ir-Rabat: Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani fl-Oratorju tal-Karmnu.

3 ta’ Mejju

• Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, il-Balluta: Laqgħa u Quddiesa għall-irġiel u koppji Terzjarji Karmelitani fiċ-Ċentru Parrokkjali.

5 ta’ Mejju

Sant’Anġlu ta’ Sqallija, Karmelitan• Tifkira ta’ Sant’Anġlu ta’ Sqallija, Saċerdot u Martri.
Anġlu kien wieħed mill-ewwel Karmelitani li waslu Sqallija mill-Għolja tal-Karmel. Skond għejjun tradizzjonali ta’ min joqgħod fuqhom, xi infidili qatluh f’Licata fl-ewwel nofs tas-seklu tlettax. Kien mill-ewwel meqjum bħala martri u f’post mewtu ma damitx ma nbniet knisja tal-Karmelitani. Il-qima lejn Sant’Anġlu xterdet ħafna, kemm fl-Ordni Karmelitan u kemm fost il-poplu. Hu meqjum bħala patrun ta’ għadd ta’ mkejjen fi Sqallija fejn sal-lum id-devoti tiegħu għadhom jitolbuh fi ħtigijiethom u jdawwruh b’imħabba u qima. F’Malta għal dan il-qaddis Karmelitan ghandna msemmijin il-Forti Sant’Anġlu u kappella fiż-Żejtun.

• Knisja tal-Madonna tal-Ħerba, B’Kara: Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani: Fl-4.45pm Rużarju, Talb mir-Regula, Quddiesa u Konferenza.
• Parroċċa tal-Madonna tal-Grazzja, Ħaż-Żabbar: Fis-6.00pm Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, il-Balluta: Laqgħa u Quddiesa għan-nisa Terzjarji Karmelitani fiċ-Ċentru Parrokkjali.

6 ta’ Mejju

• Kappella ta’ Santa Luċija, in-Naxxar: Laqgħa u Quddiesa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu, Valletta: Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani nisa.

7 ta’ Mejju

• Knisja Parrokkjali tal-Madonna tal-Karmnu, il-Gżira: Laqgħa u Quddiesa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Knisja tal-Madonna s-Samra, il-Ħamrun: Fit-3.45pm Rużarju, Talb mir-Regula, Quddiesa u Konferenza għat-Terzjarji Karmelitani.
• Knisja tal-Madonna tal-Karmnu, l-Imdina: Fl-4.30pm Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Parroċċa ta’ Santa Katarina, iż-Żurrieq: Fil-5.00pm Laqgħa u Quddiesa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Knisja Parrokkjali ta’ San Ġużepp, l-Imsida: Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Knisja Parrokkjali ta’ Santa Venera, Santa Venera: Fil-5.15pm Għasar, Konferenza, Rużarju u Quddiesa għat-Terzjarji Karmelitani.

Beatu Lwiġi Rabtà, Karmelitan8 ta’ Mejju

• Tifkira tal-Beatu Lwiġi Rabtà, Saċerdot.
Twieled f’Erice, ħdejn Trapani, fi Sqallija, madwar is-seklu 15. Daħal fl-Ordni Karmelitan fejn wara sar Pirjol tal-kunvent riformat ta’ Randazzo. Hemmhekk hu miet minħabba ferita li qala’ f’rasu, wara li ħafer lill-qattiel u mingħajr ma kixef ismu.

9 ta’ Mejju

Beatu Ġorġ Preca, Karmelitan• Festa tal-Beatu Ġorġ Preca, Saċerdot.
Twieled il-Belt fit-12 ta’ Frar 1880. Għalkemm daqsxejn ta’ tifel kien imdaħħal fil-Familja Karmelitana bit-tqegħid tal-Labtu tal-Madonna. F’età żagħżugħa ħass is-sejħa saċerdotali. Kien ordnat fit-22 ta’ Diċembru 1906. Fl-ewwel xhur ta’ l-1907 ta bidu għall-missjoni tiegħu billi ġabar madwaru grupp żgħir ta’ ġuvintur. Kienu l-ewwel żerriegħa tas-Soċjetà Duttrina Nisranija. L-għan ta’ din l-organizzazjoni kellu jkun il-formazzjoni reliġjuza tat-tfal u ż-żgħażagħ minn lajċi mħejjijin tajjeb. Bil-ħsieb li jsir aktar midħla tal-Madonna fil-21 ta’ Lulju 1918 sar Terzjarju Karmelitan. Għamel il-professjoni fis-26 ta’ Settembru tas-sena ta’ wara. Kien iħossu tassew Karmelitan hekk li bosta drabi fil-kitbiet tiegħu kien iniżżel l-isem ta’ Terzjarju - Franku - flok dak proprju. Fl-1952, bħala rikonoxximent għall-ħidma bla serħan tiegħu biex ixerred id-devozzjoni lejn il-Madonna tal-Karmnu, Dun Ġorġ kien affiljat ma’ l-Ordni Karmelitan. Miet fis-26 ta’ Lulju 1962. Kien beatifikat mill-Papa Ġwanni Pawlu II fuq il-Fosos tal-Furjana nhar id-9 ta’ Mejju 2001. Se jkun dikjarat l-ewwel qaddis Malti mill-Papa Benedittu XVI nhar it-3 ta’ Ġunju 2007. (Ara 1, 2, 3)

13 ta’ Mejju

• Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, Fleur-de-lys: Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani.

San Xmun Stock, Karmelitan16 ta’ Mejju

• Tifkira ta’ San Xmun Stock, Saċerdot.
San Xmun twieled fl-Ingilterra fis-seklu 13 u miet f’Bordeaux, fi Franza. Fl-Ordni Karmelitan huwa meqjum għall-qdusija tiegħu u għad-devozzjoni li kellu lejn il-Verġni Marija. Id-devozzjoni liturġika lejh bdiet fis-seklu 15, fl-Ingilterra, u fis-seklu ta’ wara daħlet għall-Ordni kollu.

22 ta’ Mejju

Santa Ġwakkina de Vedruna, Karmelitana• Tifkira ta’ Santa Ġwakkina de Vedruna, Reliġjuża.
Santa Ġwakkina twieldet f’Barcellona, Spanja, fis-sena 1783, iżżewġet lil Teodoro de Mas fis-sena 1799 u kellha disat itfal. Romlot fl-1816 u, għaxar snin wara, imnebbħa mill-Ispirtu s-Santu, waqqfet il-Kongregazzjoni tas-Sorijiet Karmelitani tal-Karità, li xterdet mal-Katalonja kollha billi fetħet ħafna djar għall-kura tal-morda u għall-edukazzjoni tat-tfal, l-aktar dawk fqar. Kienet tħobb tikkontempla l-misteru tat-Trinità li dawwal il-ħajja tagħha ta’ talb, ta’ ċaħda minn kollox, ta’ umiltà u mħabba. Mietet fil-belt ta’ Vich fis-sena 1854.

25 ta’ Mejju

Santa Marija Maddalena de Pazzi, Karmelitana• Festa ta’ Santa Marija Maddalena de’ Pazzi, Verġni.
Din il-qaddisa twieledet fil-belt ta’ Firenze, Italja, fis-sena 1566. Fl-età ta’ 14-il sena kienet tmur l-iskola fil-kunvent tal-Cavalleresse di San Giovanni di Malta, li minnhom twaqqaf il-monasteru fil-belt kapitali tagħna u li nsibuhom bħala s-sorijiet ta’ Strada Sant’Ursola. Imrobbija tajjeb, daħlet mas-Soriijiet Karmelitani ta’ Firenze. Fil-monasteru għexet ħajja moħbija ta’ talb u ta’ ċaħda għat-tiġdid tal-Knisja, l-aktar billi mexxiet lil ħutha s-sorijiet lejn il-perfezzjoni reliġjuża. Mogħnija bi grazzji kbar ta’ Alla tul ħajjietha kollha, mietet fis-sena 1607. Din is-sena l-Ordni Karmelitan qed jiċċelebra l-400 sena mill-mewt tagħha. (Ara 1, 2)

• Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu, Valletta: Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani rġiel.

29 ta’ Mejju

• Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, Fleur-de-lys: Irtir tax-xahar għat-Terzjarji Karmelitani f’waħda mill-knejjes tal-Parroċċa.

31 ta’ Mejju

• Tifkira taż-Żjara tal-Verġni Mqaddsa Marija.
Ix-xahar iddedikat lill-Madonna, jgħalaq bil-festa liturġika li tfakkar iż-żjara ta' Marija lil Eliżabetta. Imqanqla mill-aħbar li kien għadu kemm ħabbrilha Gabrijel u mill-imħabba tagħha lejn il-proxxmu fil-bżonn, Marija marret tħaffef lejn l-għoljiet tal-Lhudija biex toffri lill-kuġina tagħha Eliżabetta, l-għajnuna li tfajla żagħżugħa setgħet tagħti lil mara anzjana li kienet tqila.
Il-festa tal-Viżitazzjoni kienet iċċelebrata mill-Franġiskani sa mis-seklu 13. Kien il-Papa Bonifazju IX li daħħalha fil-kalendarju universali tal-Knisja. Fl-antik kienet iċċelebrata fit-2 ta' Lulju, iżda bir-riforma tal-Konċilju Vatikan II dil-festa ġiet trasferita għal-lum, jiġifieri bejn il-festa tat-Tħabbira tal-Mulej (25 ta' Marzu) u t-Twelid ta' Ġwanni l-Battista (24 ta' Ġunju), biex hekk issegwi aħjar kif ġraw il-fatti.


© Provinċja Karmelitana Sant'Elija, Malta.
Webmaster | Homepage