AWISSU 2008
1 ta’ Awissu
•
Knisja Parrokkjali Kolleġġjata ta’ San Pawl, ir-Rabat: Laqgħa
għat-Terzjarji Karmelitani fl-Oratorju tal-Karmnu.
3 ta’ Awissu
• Parroċċa
tal-Madonna tal-Karmnu, il-Balluta: Laqgħa u Quddiesa
għall-irġiel u koppji Terzjarji Karmelitani fiċ-Ċentru
Parrokkjali.
4 ta’ Awissu
•
Knisja tal-Madonna tal-Ħerba, B’Kara: Laqgħa għat-Terzjarji
Karmelitani: Fl-4.45pm Rużarju, Talb mir-Regula, Quddiesa u Konferenza.
• Parroċċa tal-Madonna tal-Grazzja, Ħaż-Żabbar:
Fis-6.00pm Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, il-Balluta: Laqgħa u Quddiesa
għan-nisa Terzjarji Karmelitani fiċ-Ċentru Parrokkjali.
5 ta’ Awissu
•
Kappella ta’ Santa Luċija, in-Naxxar: Laqgħa u Quddiesa
għat-Terzjarji Karmelitani.
• Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu, Valletta: Laqgħa għat-Terzjarji
Karmelitani nisa.
6 ta’ Awissu
•
Knisja Parrokkjali tal-Madonna tal-Karmnu, il-Gżira: Laqgħa u Quddiesa
għat-Terzjarji Karmelitani.
• Knisja tal-Madonna s-Samra, il-Ħamrun: Fit-3.45pm Rużarju, Talb
mir-Regula, Quddiesa u Konferenza għat-Terzjarji Karmelitani.
• Knisja tal-Madonna tal-Karmnu, l-Imdina: Fl-4.30pm Laqgħa
għat-Terzjarji Karmelitani.
• Parroċċa ta’ Santa Katarina, iż-Żurrieq: Fil-5.00pm
Laqgħa u Quddiesa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Knisja Parrokkjali ta’ San Ġużepp, l-Imsida: Laqgħa
għat-Terzjarji Karmelitani.
• Knisja Parrokkjali ta’ Santa Venera, Santa Venera: Fil-5.15pm Għasar,
Konferenza, Rużarju u Quddiesa għat-Terzjarji Karmelitani.
7 ta’ Awissu
• Festa ta’ Sant’Albert ta’ Trapani,
Saċerdot.
Albertu twieled fit-13-il seklu fi
Trapani, Sqallija. Ta’ età zgħira daħal fl-Ordni Karmelitan fejn kien
magħruf għall-predikazzjoni u għall-mirakli tiegħu. Fl-1296
sar Provinċjal ta’ Sqallija u miet f’Messina madwar is-sena 1307.
Għadda ħajja magħquda ma’ Alla bit-talb u b’ħajja ta’ safa.
Matul din is-sena qegħdin isiru ċelebrazzjonijiet f’għeluq
is-700 mill-mewt ta’ Sant’Albert, l-ewwel qaddis Karmelitan. (Ara 1, 2)
•
Kappella ta’ Casa San Pietro, Ħal Lija: Fit-8.00am Laqgħa u Quddiesa
għat-Terzjarji Karmelitani.
9 ta’ Awissu
• Festa ta’ Santa Tereża Benedetta
tas-Salib, Martri u Patruna ta’ l-Ewropa.
Twieldet Breslau fit-12 ta’ Ottubru 1891
mill-familja Lhudija Stein u tawha l-isem ta’ Edith. Fittxet bl-akbar
ħerqa l-verità fl-istudji għolja tal-Filosofija, imma sabitha
fil-qari tal-Ktieb tal-Ħajja ta’ S. Tereża ta’ Ġesù. Fl-1922
tgħammdet fil-Knisja Kattolika u fl-1933 daħlet mal-Karmelitani
Skalzi ta’ Cologne. Mietet martri għall-fidi nisranija fil-kamp ta’
konċentrament ta’ Auschwitz, fejn ġiet mitfugħa f’kamra tal-gass
u maħruqa fid-9 ta’ Awissu 1942. Kienet offriet lilha nfisha bħala
debħa għall-poplu ta’ Iżrael. Mara ta’ moħħ
miftuħ, kif ukoll ta’ għerf kbir, ħalliet bosta kitbiet ta’
tagħlim mill-aqwa u ta’ spiritwalità għolja.
12 ta’ Awissu
• Tifkira tal-Beatu Isidor Bakanja,
Martri.
Twieled bejn l-1880 u l-1890 f’Bokendela
(Kongo), mit-tribù ta’ Boangi. Sa minn meta kien għadu tifel, biex
jgħix kellu jaħdem fil-bini jew fl-għelieqi. Sar nisrani
fl-1906. Waqt li kien qed jaħdem fl-għelieqi tal-kolonjalizzaturi
f’Ikili, dak li kien qed iħaddmu pprojbielu li jikkonverti lil sħabu
l-ħaddiema għar-reliġjon nisranija. Fit-22 ta’ April 1909,
il-kap tal-ħaddiema, wara li neħħielu bl-herra l-Labtu
tal-Madonna tal-Karmnu, li Isidoru kien iġib fuqu bħala sinjal
tal-fidi nisranija tiegħu, tah xebgħa frosta għall-mewt. Konsegwenza
tal-feriti li qala’ minħabba t-twemmin tiegħu, wara li ġarrhom
bl-akbar rassenjazzjoni u maħfra lil min għamilhomlu, miet fil-15 ta’
Awissu ta’ l-istess sena. Kien beatifikat minn Ġwanni Pawlu II fl-24 ta’
April 1994.
•
Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, Fleur-de-lys: Laqgħa
għat-Terzjarji Karmelitani.
15 ta’ Awissu
• Solennità tal-Verġni Maddsa Marija
Mtellgħa
fis-Sema
Bi grazzja speċjali, Alla ried li
dak li għad jiġri fl-aħħar jum lil dawk li jmutu fi Kristu,
iseħħ sa mill-bidu tal-mewt tagħha f’dik li emmnet li
jseħħ kull ma bagħat igħidilha l-Muelj. Huwa twemmin sod
tal-Knisja, imwettaq bħala domma tal-fidi mill-Papa Piju XII fl-1 ta’
Novembru 1950, li l-Omm ta’ Alla Marija, Immakulata u dejjem Verġni,
kellha mill-bidu tgawdi l-frott tal-fidwa ta’ Kristu, billi wara mewtha ma tarx
it-taħsir ta’ ġisimha, iżda tkun meħuda bir-ruħ u
l-ġisem fil-glorja tal-ġenna. F’Marija mtellgħa s-sema
bir-ruħ u l-ġisem, aħna l-insara naraw rahan kbir ta’ tama
mill-aktar qawwija li dak li Alla għamel ma’ l-ewwel nisranija għad
ukoll jagħmlu magħna li bħalha nemmnu u ngħixu skond dak li
ntqal lilna min-naħa tal-Mulej. (Ara 1, 2)
17 ta’ Awissu
• Tifkira tal-Beatu Anġlu Mazzinghi,
Saċerdot.
Twieled f’Firenze (Italja), jew
fl-inħawi tagħha, madwar is-sena 1386. Kien ta’ l-ewwel li mexa wara
r-riforma msejħa “S. Maria delle Selve” fl-Ordni Karmelitan. Iktar minn
darba ġie mlaħħaq Pirjol f’ħafna kunventi ta’ l-Ordni.
Iddedika ħajtu għall-predikazzjoni tal-Kelma ta’ Alla. Miet f’Firenze
fl-1438.
22 ta’ Awissu
•
Il-Verġni Mqaddsa Marija, Reġina
Il-festa
ta’ Marija Reġina waqqafha l-Papa Piju XII bl-enċiklika Ad coeli
Regina tal-11 ta’ Ottubru 1954 u ried li tiġi ċelebrata fil-31
ta’ Mejju ta’ kull sena. Il-festa twaqqfet b’tifkira tas-sena Marjana li
l-istess Papa kien nieda bl-enċiklika Fulgens corona egħluq
iċ-ċentinarju tad-definizzjoni tad-domma tat-Tnissil bla tebgħa
tal-Verġni Marija. Meta wara l-Konċilju Vatikan II sar it-tiġdid
tal-Kalendarju liturġiku, il-festa ġiet trasferita għat-22 ta’
Awissu, nhar l-ottava tat-tlugħ tal-Verġni Marija fis-sema biex
tidher aktar ir-rabta bejn ir-Regalità tal-Verġni Marija u t-tlugħ
tagħha fis-sema.
25 ta’ Awissu
• Tifkira tal-Beata Marija ta’ Ġesù
Msallab, Verġni
Mariam Baouardy twieldet f’Abellin
tal-Galilea, l-Art Imqaddsa, fil-5 ta’ Jannar 1846 minn familja kattolika ta’
rit grieg-melkita. Fl-1867 daħlet mas-sorijiet Karmelitani Skalzi
tal-klawsura fil-belt ta’ Pau, Franza. Tlett snin wara kienet mibgħuta
l-Indja flimkien ma’ xi sorijiet oħra biex iwaqqfu kunvent ġdid
f’Mangalore. Fl-1872 Sor Marija ta’ Ġesù Msallab irritornat Franza minn
fejn wara tliet snin marret ma’ grupp ieħor ta’ sorijiet biex iwaqqfu
kunvent f’Betlem. Mietet fl-istess monasteru fis-26 ta’ Awissu 1878.Tibqa’
magħrufa għad-doni sopranaturali li kellha, b’mod speċjali
għall-umiltà, id-devozzjoni lejn l-Ispirtu s-Santu u l-imħabba tagħha
lejn il-Knisja u l-Papa.
26 ta’ Awissu
• Tifkira tal-Beatu Jacques Retouret,
Saċerdot u Martri.
Il-Beatu Jacques Retouret (1746-1794)
jagħmel parti minn grupp ta’ 64 saċerdot, li jirrappreżentaw
mijjiet ta’ saċerdoti u reliġjużi oħra, meħudin u mitfugħin
bħall-annimali fuq vapuri mibdula f’ħabsijiet fil-bajja ta’
Rochefort, Franza, matul l-agħar żmien tar-Rivoluzzjoni
Franċiza. Il-Beatu Jacques, meta sar jaf bil-falsità tal-ġurament
lejn il-Kostituzzjoni Ċivili min-naħa tal-kleru, wera bil-miftuħ
in-nuqqas ta’ qbil tiegħu mal-Kostituzzjoni l-ġdida bil-konsegwenza
li ġie meqjus għadu tal-poplu li kien qdieh bħala
reliġjuż osservanti u predikatur mill-aqwa fil-kunvent tiegħu
ta’ Limoges. Wara tbatijiet l-aktar ħarxa u nuqqas ta’ għajnuna
spiritwali, magħkus l-aktar minħabba l-bard, il-Beatu Jacques miet
bl-pesta fis-26 ta’ Awissu 1794 u midfun fuq il-gżira ta’ Madame.
28 ta’ Awissu
•
Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, Fleur-de-lys: Irtir tax-xahar
għat-Terzjarji Karmelitani f’waħda mill-knejjes
tal-Parroċċa.
31 ta’ Awissu
•
Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu, Valletta: Laqgħa għat-Terzjarji
Karmelitani rġiel.