Kalendarju

X'ser jiġri


SETTEMBRU 2008

1 ta’ Settembru

Santa Tereża Margerita Redi• Tifkira ta’ Santa Tereża Margerita Redi tal-Qalb ta’ Ġesù, Verġni.
Twieldet fl-1747 f’Arezzo, it-Toskana (l-Italja), mill-familja nobbli Redi. Fl-1 ta’ Settembru 1764 daħlet fil-monasteru tas-sorijiet Karmelitani Skalzi f’Firenze. Għaddiet ħajjitha f’kontemplazzjoni kontinwa mnebbħa mill-kliem ta’ l-Appostlu Ġwanni: “Alla hu mħabba”. Kienet tħobb il-ħajja moħbija fl-imħabba lejn Alla u fil-penitenza. Imxiet fit-triq tal-perfezzjoni billi qdiet b’mod erojku u mingħajr waqfien lil ħutha s-sorijiet. Mietet f’Firenze fl-1770.

• Knisja tal-Madonna tal-Ħerba, B’Kara: Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani: Fl-4.45pm Rużarju, Talb mir-Regula, Quddiesa u Konferenza.
• Parroċċa tal-Madonna tal-Grazzja, Ħaż-Żabbar: Fis-6.00pm Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, il-Balluta: Laqgħa u Quddiesa għan-nisa Terzjarji Karmelitani fiċ-Ċentru Parrokkjali.

2 ta’ Settembru

• Kappella ta’ Santa Luċija, in-Naxxar: Laqgħa u Quddiesa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu, Valletta: Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani nisa.

3 ta’ Settembru

• Knisja Parrokkjali tal-Madonna tal-Karmnu, il-Gżira: Laqgħa u Quddiesa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Knisja tal-Madonna s-Samra, il-Ħamrun: Fit-3.45pm Rużarju, Talb mir-Regula, Quddiesa u Konferenza għat-Terzjarji Karmelitani.
• Knisja tal-Madonna tal-Karmnu, l-Imdina: Fl-4.30pm Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Parroċċa ta’ Santa Katarina, iż-Żurrieq: Fil-5.00pm Laqgħa u Quddiesa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Knisja Parrokkjali ta’ San Ġużepp, l-Imsida: Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Knisja Parrokkjali ta’ Santa Venera, Santa Venera: Fil-5.15pm Għasar, Konferenza, Rużarju u Quddiesa għat-Terzjarji Karmelitani.

4 ta’ Settembru

• Kappella ta’ Casa San Pietro, Ħal Lija: Fit-8.00am Laqgħa u Quddiesa għat-Terzjarji Karmelitani.

5 ta’ Settembru

• Knisja Parrokkjali Kolleġġjata ta’ San Pawl, ir-Rabat: Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani fl-Oratorju tal-Karmnu.

7 ta’ Settembru

• Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, il-Balluta: Laqgħa u Quddiesa għall-irġiel u koppji Terzjarji Karmelitani fiċ-Ċentru Parrokkjali.

8 ta’ Settembru

It-Twelid tal-Verġni Mqaddsa Marija• It-Twelid tal-Verġni Mqaddsa Marija
Bħall-festi l-oħra tal-Madonna, il-festa tat-Twelid tal-Verġni Marija l-ewwel li niltaqgħu magħha fil-knejjes tal-lvant. Il-kittieb magħruf ta' ħafna innijiet liturġiċi tal-Knisja Biżantina, Romanos, bejn l-536 u l-556 kiteb innu fuq it-twelid tal-Madonna mibni fuq dak li hemm fl-Evanġelju apokrifu ta’ San Ġakbu, waqt li Sant’Andrija, isqof ta’ Kreta, ħallielna erba’ omeliji li hu għamel għall-ħabta tas-sena 715.
Qrib tmiem is-seklu VII, il-festa nsibuha f’Ruma. Hija waħda mill-festi li l-Papa Serġju I ried li tiġi ċċelebrata b’purċissjoni mill-knisja ta’ San Adrijan fil-Foro Romano sal-bażilika ta’ Santa Marija Maġġiore.
Id-data tat-8 ta’ Settembru, il-jum li fih issir il-festa tat-twelid tal-Verġni Marija, intagħżlet għaliex dak in-nhar ġiet iddedikata knisja lill-Verġni Marija f’Ġerusalemm qrib il-menqgħa ta’ Beteżda.
F’Ruma, il-festa, bdiet issir b’solennità kbira, wara s-seklu XI. F’pajjiżna fl-1275 ġà kien hemm knisja dedikata lit-twelid tal-Verġni Marija, iżda kien l-Assedju l-Kbir li għamel il-festa tat-twelid tal-Verġni Marija waħda mill-aqwa festi tal-Madonna f’pajjiżna, ħaġa li nistgħu ngħidu għadha sal-lum, minkejja t-tibdil kollu li sar fostna tul iż-żminijiet.

9 ta’ Settembru

• Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, Fleur-de-lys: Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani.

15 ta’ Settembru

Il-Verġni Mqaddsa Marija tad-Duluri• Il-Verġni Mqaddsa Marija tad-Duluri
Din il-festa taf il-bidu tagħha lil Ordni tas-Serviti. Fl-1668 is-Santa Sede tathom il-permess jiċċelebraw festa speċjali f’ġieħ is-Seba’ Duluri tal-Verġni Marija, fit-tielet Ħadd ta’ Settembru. Fis-sena 1735, fuq talba tar-re Filippu V, is-Santa Sede tat il-permess li din il-festa ssir fis-17 ta’ Settembru fil-pajjiżi kollha taħt il-ħakma ta’ Spanja. Imbagħad, fit-18 ta’ Settembru 1814, fi żmien meta l-Knisja kienet imġarrba ħafna minn Napuljun, il-Papa Piju VII ried li l-festa tiġi ċelebrata fil-Knisja kollha fit-tielet Ħadd ta’ Settembru. Meta mbagħad San Piju X għamel ir-riforma tal-Kalendarju liturġiku, iffissa d-data tal-festa fil-15 ta’ Settembru, fl-Ottava tat-twelid tal-Verġni Marija.

17 ta’ Settembru

Sant’Albert ta’ Ġerusalemm• Festa ta’ Sant’Albert ta’ Ġerusalemm, Isqof u Leġislatur.
Twieled madwar is-seklu tnax f’Castel Gualtieri, l-Italja ta’ Fuq. Talab li jkun magħdud fost il-Kanonċi Regulari ta’ Santa Croce di Mortara fejn fl-1180 laħaq Pirjol. Erba’ snin wara ġie mibgħut bħala Patrijarka f’Ġerusalemm fejn, bil-kelma u bl-eżempju, wera ruħu bħala ragħaj għat-tixrid tal-paċi. Matul iż-żmien tal-Patrijarkat tiegħu, jiġifieri mill-1206 sa l-1214, hu kiteb għall-eremiti li kienu jinsabu fuq l-għolja tal-Karmelu, ir-Regula (ara 1,2,3). Ġie maqtul fl-14 ta’ Settembru 1214.

25 ta’ Settembru

• Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, Fleur-de-lys: Irtir tax-xahar għat-Terzjarji Karmelitani f’waħda mill-knejjes tal-Parroċċa.

28 ta’ Settembru

• Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu, Valletta: Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani rġiel.


© Provinċja Karmelitana Sant'Elija, Malta.
Webmaster | Homepage