Kalendarju

X'ser jiġri


OTTUBRU 2008

1 ta’ Ottubru

Santa Tereża tal-Bambin ĠesùFesta ta’ Santa Tereża tal-Bambin Ġesù, Verġni u Duttur tal-Knisja.
Twieldet f’Alençon, Franza, fl-1873. Ta’ età żgħira daħlet fil-monasteru ta’ Lisieux fejn għexet b’mod waħdieni l-umiltà u t-tagħlim evenġeliku u wriet fiduċja kbira f’Alla. Kienet tisħaq mingħajr waqfien dwar il-virtù fuq in-novizzi, permezz tal-kelma u ta’ l-eżempju. Mietet fit-30 ta’ Settembru tas-sena 1897, toffri ħajjitha għall-qdusija ta’ l-insara u tal-membri tal-Ġisem Mistiku ta’ Kristu. (Ara)

• Knisja Parrokkjali tal-Madonna tal-Karmnu, il-Gżira: Laqgħa u Quddiesa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Knisja tal-Madonna s-Samra, il-Ħamrun: Fit-3.45pm Rużarju, Talb mir-Regula, Quddiesa u Konferenza għat-Terzjarji Karmelitani.
• Knisja tal-Madonna tal-Karmnu, l-Imdina: Fl-4.30pm Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Parroċċa ta’ Santa Katarina, iż-Żurrieq: Fil-5.00pm Laqgħa u Quddiesa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Knisja Parrokkjali ta’ San Ġużepp, l-Imsida: Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Knisja Parrokkjali ta’ Santa Venera, Santa Venera: Fil-5.15pm Għasar, Konferenza, Rużarju u Quddiesa għat-Terzjarji Karmelitani.

2 ta’ Ottubru

• Kappella ta’ Casa San Pietro, Ħal Lija: Fit-8.00am Laqgħa u Quddiesa għat-Terzjarji Karmelitani.

3 ta’ Ottubru

• Knisja Parrokkjali Kolleġġjata ta’ San Pawl, ir-Rabat: Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani fl-Oratorju tal-Karmnu.

4 ta’ Ottubru

• Fis-sigħat bikrin ta' fil-għodu jasal Malta għall-ewwel darba l-Pirjol Ġenerali ta' l-Ordni Karmelitan, Patri Fernando Millán Romeral, biex fl-istess jum, fil-knisja tal-Karmnu ta’ l-Imdina, fl-10.00am, jiftaħ uffiċċjalment il-Carmelite Institute Malta.
• Fis-6.30pm, il-Pirjol Ġenerali jqaddes fis-Santwarju Bażilka tal-Madonna tal-Karmnu fil-Belt Valletta.

5 ta’ Ottubru

• Fl-10.30am, fil-knisja parrokkjali ta’ Fleur-de-Lys, il-Pirjol Ġenerali, Patri Fernando Millán Romeral, jiltaqa’ maż-Żgħażagħ Karmelitani.
• Fil-5.00pm, fil-knisja parrokkjali ta’ Santa Venera, il-Pirjol Ġenerali jippresiedi l-Kungress Nazzjonali tat-Terz Ordni Karmelitan.

6 ta’ Ottubru

• It-Tnejn fil-għodu, il-Pirjol Ġenerali, Patri Fernando Millán Romeral, iħalli Malta fi triqtu lejn Ruma.

7 ta’ Ottubru

Verġni Mqaddsa Marija tar-RużarjuTifkira tal-Verġni Mqaddsa Marija tar-Rużarju.
Din il-festa riedha l-Papa San Piju V b’radd ta’ ħajr lill-Madonna tar-rebħa ta’ l-insara fuq it-Torok fil-battalja navali f’Lepanto fis-sena 1571. Minkejja li t-Torok kienu mirbuħin f’Malta fl-1565, iżda l-qawwiet Torok kienu għadhom b’saħħithom biex jheddu l-Ewropa tal-Punent. Għalhekk il-Papa ħeġġeġ is-slaten insara biex jiġbru flotta qawwija biex jeqirdu l-flotta Torka. Il-Papa ried jafda r-rebħa f’idejn il-Madonna u għalhekk ried li l-fratellanzi tar-Rużarju f’Ruma jiċċelebraw b’solennità kbira dik is-sena l-festa tar-Rużarju li kienet issir fl-ewwel Ħadd ta’ Ottubru. Dik is-sena il-Papa ħa sehem fil-purċissjoni u, mnebbaħ mis-sema, ħabbar ir-rebħa ta’ l-insara u ried li tibqa’ mfakkra kull sena din il-grazzja kbira li l-Omm ta’ Alla qalgħet mingħand Binha Ġesù għall-poplu nisrani.
Il-Papa Girgor XIII bl-ittra Appostolika Monet Apostolus ta’ l-1 ta’ April 1573 ried li f’kull knisja fejn kien hemm kappella jew altar tar-Rużarju tibda ssir il-festa tal-Madonna tar-Rużarju. Il-Papa Klement XI ta permess biex il-festa ssir fl-artijiet kollha ta’ Spanja u f’għadd ta’ pajjiżi oħra. Il-Papa Klement XII daħħal il-festa fil-Kalendarju tal-Knisja Universali. Il-Papa San Piju X iffissa d-data tal-festa fis-7 ta’ Ottubru, jum li fih seħħet ir-rebħa ta’ Lepanto.
F’bosta knejjes f’Malta nsibu diversi fratellanzi tar-Rużarju u artali ddedikati lil Madonna taħt dan it-titlu. Fl-1571 meta seħħet il-battalja ta’ Lepanto, fil-Knisja tal-Lunzjata tal-Birgu kien diġa’ hemm fratellanza tar-Rużarju. (Ara)

• Kappella ta’ Santa Luċija, in-Naxxar: Laqgħa u Quddiesa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu, Valletta: Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani nisa.

12 ta’ Ottubru

Festa tal-Madonna tal-Karmnu fil-Knisja Parrokkjali ta’ Santa Venera.
In-novena bi tħejjija għall-festa tibda fit-2 ta’ Ottubru. Matul dawn il-jiem se jkun hemm diversi ċelebrazzjoniijet. Il-festa tilħaq il-qofol tagħha l-Ħadd, 12 ta’ Ottubru. Fil-għaxija, il-Provinċjal, P. Alexander Vella, imexxi Quddiesa Solenni u wara jsir pellegrinaġġ bl-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu.

14 ta’ Ottubru

• Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, Fleur-de-lys: Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani.

15 ta’ Ottubru

Santa Tereża ta’ ĠesùFesta ta’ Santa Tereża ta’ Ġesù, Verġni u Duttur tal-Knisja.
Twieldet f’Avila, Spanja, fl-1515. Daħlet fl-Ordni Karmelitan fejn għamlet passi kbar fit-triq tal-perfezzjoni u kellha rivelazzjonijiet mistiċi. Ħadmet ħafna għar-riforma ta’ l-Ordni, u wara li sofriet bosta tbatijiet, irnexxielha b’kuraġġ kbir tegħleb kull diffikultà. Kitbet ħafna opri ta’ tagħlim għoli mgħejjuna mill-istess esperjenza personali li kellha. Mietet f’Alba de Tormes fl-1582. (Ara 1, 2)

26 ta’ Ottubru

• Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu, Valletta: Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani rġiel.

30 ta’ Ottubru

• Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, Fleur-de-lys: Irtir tax-xahar għat-Terzjarji Karmelitani f’waħda mill-knejjes tal-Parroċċa.


© Provinċja Karmelitana Sant'Elija, Malta.
Webmaster | Homepage