NOVEMBRU 2008
2 ta’
Novembru
•
Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, il-Balluta: Laqgħa u Quddiesa
għall-irġiel u koppji Terzjarji Karmelitani fiċ-Ċentru
Parrokkjali.
3 ta’
Novembru
•
Knisja tal-Madonna tal-Ħerba, B’Kara: Laqgħa għat-Terzjarji
Karmelitani: Fl-4.45pm Rużarju, Talb mir-Regula, Quddiesa u Konferenza.
• Parroċċa tal-Madonna tal-Grazzja, Ħaż-Żabbar:
Fis-6.00pm Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, il-Balluta: Laqgħa u Quddiesa
għan-nisa Terzjarji Karmelitani fiċ-Ċentru Parrokkjali.
4 ta’
Novembru
•
Kappella ta’ Santa Luċija, in-Naxxar: Laqgħa u Quddiesa
għat-Terzjarji Karmelitani.
• Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu, Valletta: Laqgħa għat-Terzjarji
Karmelitani nisa.
5 ta’
Novembru
• Tifkira tal-Beata Franġiska
D’Amboise, Reliġjuża.
Twieldet
fis-sena 1427, x’aktarx f’Thouars, Franza. Wara l-mewt ta’ żewġha,
Pietru II, Duka tal-Bretanja, hija kellha taħditiet spiritwali mal-Beatu Ġwanni Soreth, Ġeneral
tal-Karmelitani. Fuq parir tiegħu
libset l-abitu ta’ l-Ordni u daħlet
soru fil-monasteru ta’ Nantes fejn għaddiet parti kbira minn ħajjitha. Bħala superjura ħadmet bis-sħiħ għall-formazzjoni ta’ ħutha s-sorijiet. Hija meqjusa bħala l-fundattriċi
tas-sorijiet Karmelitani fi Franza. Mietet fis-sena 1485. (Ara)
•
Knisja Parrokkjali tal-Madonna tal-Karmnu, il-Gżira: Laqgħa u
Quddiesa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Knisja tal-Madonna s-Samra, il-Ħamrun: Fit-3.45pm Rużarju, Talb
mir-Regula, Quddiesa u Konferenza għat-Terzjarji Karmelitani.
• Knisja tal-Madonna tal-Karmnu, l-Imdina: Fl-4.30pm Laqgħa
għat-Terzjarji Karmelitani.
• Parroċċa ta’ Santa Katarina, iż-Żurrieq: Fil-5.00pm Laqgħa
u Quddiesa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Knisja Parrokkjali ta’ San Ġużepp, l-Imsida: Laqgħa
għat-Terzjarji Karmelitani.
• Knisja Parrokkjali ta’ Santa Venera, Santa Venera: Fil-5.15pm Għasar,
Konferenza, Rużarju u Quddiesa għat-Terzjarji Karmelitani.
6 ta’
Novembru
• Tifkira
tal-Beatu Anġlu Maria Prat u sħabu martri
Nhar
it-28 ta’ Lulju 1936, kienu arrestati tnax-il reliġjuż Karmelitan
tal-komunità ta’ Tàrrega (Lleida). Kienu meħuda f’Colt dels Aubens de
Cervera u maqtula l-għada filgħodu sbiħ id-29, billi sparawlhom
waqt li huma bdew isejjħu l-isem ta' Ġesù u ta’ l-Omm tal-Karmelu.
It-tnax-il reliġjuż kienu: P. Anġlu M. Prat Hostench ta’ 40
sena, P. Eliżew M. Maneus Besalduch ta’ 39 sena, P. Anastasju M. Dorca
Coromina ta’ 28 sena P. Eduardo M. Serrano Buj ta’ 23 sena, Fra Pietru M.
Ferrer Marin ta’ 27 sena, Fra Andrés Corsini M. Solé Rovira ta’ 18-il sena, Fra
Ġwann M. Puigmitjà Rubió, Fra Mikiel M. Soler Sala u Fra Pietru-Tumas M.
Prat Colldecarrera, kollha ta’ 17-il sena, Fra Eliżew M. Fontdecaba Quiroga
ta’ 45 sena, Fra Elija M. Garre Egea ta’ 27 sena u Fra José M. Escoto Ruíz ta’
58 sena.
Fil-Lejl
tat-13 ta’ Awissu 1936 kienet arrestata Swor Maria tal-Patroċinju ta’ San
Ġużepp Badía Flaquer, ta’ 33 sena, soru tal-klawsura tal-Monasteru
ta’ Vic (Barċellona). Ġiet maqtula f'dik l-istess lejla waqt li
ddefendiet il-kastita tagħha u tat xhieda tal-Konsagrazzjoni tagħha
lil Kristu.
Nhar it-3
ta’ Ottubru 1936 ġie maqtul f’Barċellona, Fra Eufrosinu M. Raga Nadal
ta’ 22 sena.
Fil-jum
tat-13 ta’ Ottubru 1936 ġew maqtula billi sparawlhom
fiċ-ċimiterju ta’ Terrassa (Barċellona), Fra Ludovico M. Ayet
Canós ta’ 50 sena u Fra Anġlu M. Presta Batlle ta’ 21 sena.
Fit-22
ta’ Novembru 1936 ġie maqtul fil-Fosos ta’ Santa Elena de Montjuic
(Barċellona), P. Fernando M. Llobera Puigsech ta’ 34 sena.
Il-proċess
tal-beatifikazzjoni ta' dawn il-martri Spanjoli beda fid-djoċesi ta’
Barċellona f’Settembru ta’ l-1959. Fis-26 ta’ Ġunju 2006, il-Papa
Benedittu XVI iffirma d-digriet tal-Beatifikazzjoni. Kienu bbeatifikati fit-28
ta’ Ottubru 2007. (Ara)
•
Kappella ta’ Casa San Pietro, Ħal Lija: Fit-8.00am Laqgħa u Quddiesa
għat-Terzjarji Karmelitani.
7 ta’
Novembru
•
Knisja Parrokkjali Kolleġġjata ta’ San Pawl, ir-Rabat: Laqgħa
għat-Terzjarji Karmelitani fl-Oratorju tal-Karmnu.
8 ta’
Novembru
• Tifkira tal-Beata Eliżabetta tat-Trinità,
Verġni.
Eliżabetta Catez tat-Trinità twieldet fl-1880
fid-djoċesi ta’ Bourges, Franza. Fl-1901 daħlet fil-monasteru tas-sorijiet Karmelitani Skalzi ta’
Dijon. Hemmhekk għamlet il-professjoni reliġjuża fl-1903 u
fl-1906 ittajret “lejn id-dawl, l-imħabba u l-ħajja” ta’ l-Għarus Divin
tagħha. Għarfet tadura lil Alla fl-ispirtu u l-verità tant li ħajjitha kienet “tifħir u glorja” lit-Trinità Qaddisa
preżenti f’ruħha u li hija għarfet tħobb ukoll fil-waqtiet ta’ dlam
ġewwieni u mard qalil. Fil-misteru ta’ l-inabitazzjoni divina hija sabet
“is-sema fl-art”: din kienet il-karizma speċjali u l-missjoni tagħha
għall-Knisja. (Ara)
11 ta’
Novembru
•
Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, Fleur-de-lys: Laqgħa
għat-Terzjarji Karmelitani.
•
Parroċċa Santa Venera, Santa Venera: Irtir ta’ ġurnata
fil-Kappella tal-Lunzjata (Rabat) għat-Terzjarji Karmelitani. Tluq
bil-private minn quddiem il-Knisja Parrokkjali fid-9.00 a.m.
13 ta’
Novembru
• Tifkira
tal-Beata Marija Tereża Scrilli, Verġni.
Marija
Tereża twieldet fil-15 ta’ Mejju 1825 fir-raħal ta’ Montevarchi
(Arezzo), fl-Italja. Saret Terzjarja Karmelitana u bdiet taħdem
għall-edukazzjoni tat-tfajliet fqar tar-raħal tagħha. Fl-1854
hija waqqfet Kongregazzjoni tas-Sorijiet (Istituto di Nostra Signora del
Carmelo) li kienet affiljata ma' l-Ordni Karmelitan fil-31 ta' Marzu 1929.
Il-ħidma ta' Suor Marija Tereża ħalliet frott kbir għax
illum il-Kongregazzjoni tagħha tinsab preżenti fl-Istati Uniti,
Kanada, Polonja, Indja, Brażil u fir-Reppubblika Ċeka.
Il-Fundatriċi mietet fl-14 ta’ Novembru 1889 u kienet dikjaratha Beata
fit-8 ta’ Ottubru 2006.
14 ta’
Novembru
• Festa tal-Qaddisin kollha ta’
l-Ordni Karmelitan.
Nifirħu llum fil-Mulej, aħna u nagħmlu l-festa tal-Qaddisin kollha
ta’ l-Ordni Karmelitan, li taħt il-ħarsien tal-Verġni Marija,
Fjur tal-Karmelu u Sultana ħanina,
imxew bil-ħeffa fit-triq tal-perfezzjoni u
llum qed isaltnu għal dejjem fis-sema. Bil-festa tagħhom jifirħu l-Anġli u jfaħħru l-Iben ta’ Alla.
15 ta’
Novembru
• Tifkira ta’ l-Aħwa kollha mejtin ta’ l-Ordni
Karmelitan.
Imqanqlin
mill-imħabba għal Kristu u l-qima lejn l-Omm maħbuba ta’ Alla, l-Aħwa tal-Familja Karmelitana jkomplu
jgħixu f’dik l-imħabba fraterna, kemm fit-taqbida
tagħhom għal Kristu fuq din l-art, kif ukoll
waqt li qed jistennew id-dehra glorjuża tal-Mulej wara l-mixja tagħhom fuq din l-art. Għalhekk, l-Ordni Karmelitan, magħqud fit-talb, jirrikmanda l-aħwa rġiel u nisa
reliġjużi mejtin kollha lill-ħniena ta’ Alla biex bl-interċessjoni tal-Verġni Marija,
rahan ta’ tama u hena ċerta, jilqagħhom fost il-Kori glorjużi ta’ l-Anġli.
19 ta’
Novembru
• Tifkira ta’ San Rafel Kalinowski ta’ S. Ġużepp,
Saċerdot.
Rafel Kalinowski twieled minn ġenituri Pollakki
fil-belt ta’ Vilnius fis-sena 1835. Wara żmien fil-ħajja militari ħa sehem fir-rewwixta ta’
pajjiżu. Fis-sena 1864 kien ikkundannat għal 10 snin xogħol
iebes fis-Siberja. Fis-sena 1877 daħal fl-Ordni tal-Karmelitani Skalzi u fl-1882 kien ordnat
saċerdot. Mexxa ‘il quddiem il-Karmelu Tereżjan fil-Polonja, ħadem bla heda u bl-akbar
heġġa għall-għaqda tal-knejjes u fis-Sagrament
tar-Rikonċiljazzjoni u d-Direzzjoni Spiritwali. Miet f’Wadowice fl-1907.
21 ta’
Novembru
●
Tifkira tal-Preżentazzjoni tal-Verġni Mqaddsa Marija fit-Tempju.
Din
il-festa tiċċelebra l-konsagrazzjoni tal-Verġni Marija lil Alla
li sa minn ċkunitha tatu lilha nfisha kollha kemm hi mqanqla mill-Ispirtu
s-Santu, li mlieha bil-grazzja tiegħu fit-tnissil tagħha bla
tebgħa. Hija festa li taf il-bidu tagħha fil-festa tad-dedikazzjoni
ta’ knisja ġdida f’ġieħ il-Madonna li nbniet f’Ġerusalemm
qrib it-Tempju tal-Lhud fis-sena 543. Minkejja li din il-bażilka ilha
mġarrfa l-mijiet tas-snin, il-festa nżammet bħala tifkira
fil-kalendarju liturġiku tal-Knisja Latina, minħabba li hi festa
kbira fil-knejjes kollha tal-Lvant, sa mis-seklu VII.
Il-festa
daħlet fil-Knisja Latina fis-sena 1371 mill-Papa Girgor XI, wara li
ħajru l-ambaxxatur tiegħu f’Ċipru, Philippe de Maizieres, meta
qallu b’liema solennità kienet tiġi ċċelebrata f’Ċipru.
Għall-ewwel kienu jiċċelebrawha biss il-Franġiskani Minuri,
imma ma damitx ma tkun iċċelebrata wkoll fil-Kurja tal-Papa, li dak
iż-żmien kienet f’Avignon.
Meta
l-festa daħlet fil-Kalendarju tal-Knisja Latina t-tifkira tad-dedikazzjoni
tal-bażilka tal-Madonna f’Ġerusalemm kienet ġà ntesiet għal
kollox u l-Knisja Biżantina kienet tfakkar il-ġrajja
tal-Preżentazzjoni tal-Verġni Marija fit-Tempju kif jirrakkontaha
l-Evanġelju Apokrifu ta’ San Ġakbu.
24 ta’
Novembru
• Knisja
Parrokkjali ta’ Santa Venera, Santa Venera: Mit-Tnejn 24 sal-Erbgħa 25 ta'
Novembru fil-5.15pm: Tlett ijiem Eżerċizzi tal-Avvent
għat-Terzjarji Karmelitani.
27 ta’
Novembru
•
Il-Verġni Mqaddsa Marija tal-Midalja Mirakoluża
Il-bidu
tal-Midalja Mirakoluża kienu id-dehriet li kellha S. Katarina Labourè,
soru tal-karità ta’ San Vinċenz. Kienet il-Madonna li wrietha kif kellha
tkun id-domna, u mit-30 ta’ Ġunju 1832 id-domna xterdet malajr
f’kullimkien u saru ħafna mirakli u konverżjonijiet, l-aktar
magħrufin dawk ta’ l-aħwa Ratisbonne, żewġ Lhud li
mbagħad tul ħajjithom kollha ħabirku għall-konversjoni
tal-Lhud. San Ġorġ Preca, Terzjarju Karmelitan u fundatur
tas-Soċjetà tal-MUSEUM, xerred kemm felaħ id-devozzjoni lejn
il-Midalja Mirakoluża bil-fomm u bil-kitba. Ried ukoll li l-kappella ta’
l-istess Soċjetà, fi Blata l-Bajda, tkun dedikata lilha.
•
Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, Fleur-de-lys: Irtir tax-xahar
għat-Terzjarji Karmelitani f’waħda mill-knejjes
tal-Parroċċa.
29 ta’
Novembru
• Beati Dijonisju tan-Natività u
Redent tas-Salib, Reliġjużi u Martri.
Dijonisju
tan-Nattività, saċerdot, fis-seklu Pietru Berthelot, twieled f’Honfleur,
Franza, fl-1600. Kien Kaptan u studjuż tal-ġografija astronomika fuq
il-bastimenti tar-Rejiet ta’ Franza u tal-Portugal. Fl-1635 daħal mal-Karmelitani Skalzi f’Goa.
Hawnhekk fis-sena 1615, il-Portugiż Tomas Rodriguez da Cunha, ipprofessa bħala Fra bl-isem ta’ Redent
tas-Salib. Dan il-Beatu twieled fl-1598. Mibgħutin fil-gżira ta’ Sumatra, l-Indoneżja, fid-29
ta’ Novembru 1638, huma taw xhieda tal-fidi tagħhom fi Kristu meta sofrew il-martirju ħdejn il-belt ta’ Achèn.
30 ta’
Novembru
•
Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu, Valletta: Laqgħa għat-Terzjarji
Karmelitani rġiel.