1 ta’ Diċembru
•
Knisja tal-Madonna tal-Ħerba, B’Kara: Laqgħa għat-Terzjarji
Karmelitani: Fl-4.45pm Rużarju, Talb mir-Regula, Quddiesa u Konferenza.
• Parroċċa tal-Madonna tal-Grazzja, Ħaż-Żabbar:
Fis-6.00pm Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, il-Balluta: Laqgħa u Quddiesa
għan-nisa Terzjarji Karmelitani fiċ-Ċentru Parrokkjali.
2 ta’ Diċembru
•
Ftuħ uffiċċjali tal-Mużew tal-kunvent tal-Imdina taħt
il-patroċinju ta’ l-Arċisqof ta' Malta, l-E.T. Mons. Pawl Cremona
OP. Iċ-ċerimonja tibda fis-7.15 pm u d-dħul huwa bl-invit.
•
Kappella ta’ Santa Luċija, in-Naxxar: Laqgħa u Quddiesa
għat-Terzjarji Karmelitani.
• Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu, Valletta: Laqgħa għat-Terzjarji
Karmelitani nisa.
3 ta’ Diċembru
•
Knisja Parrokkjali tal-Madonna tal-Karmnu, il-Gżira: Laqgħa u
Quddiesa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Knisja tal-Madonna s-Samra, il-Ħamrun: Fit-3.45pm Rużarju, Talb
mir-Regula, Quddiesa u Konferenza għat-Terzjarji Karmelitani.
• Knisja tal-Madonna tal-Karmnu, l-Imdina: Fl-4.30pm Laqgħa
għat-Terzjarji Karmelitani.
• Parroċċa ta’ Santa Katarina, iż-Żurrieq: Fil-5.00pm
Laqgħa u Quddiesa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Knisja Parrokkjali ta’ San Ġużepp, l-Imsida: Laqgħa
għat-Terzjarji Karmelitani.
• Knisja Parrokkjali ta’ Santa Venera, Santa Venera: Fil-5.15pm Għasar,
Konferenza, Rużarju u Quddiesa għat-Terzjarji Karmelitani.
4 ta’ Diċembru
•
Kappella ta’ Casa San Pietro, Ħal Lija: Fit-8.00am Laqgħa u Quddiesa
għat-Terzjarji Karmelitani.
5 ta’ Diċembru
• Tifkira
tal-Beatu Bartolomew Fanti, Saċerdot.
Twieled f’Mantova, Italja, u fl-1452 kien
diġà saċerdot Karmelitan fil-Kongregazzjoni Mantovana. Għal
tlieta u ħamisin sena,
għamilha ta’ Direttur Spiritwali u Rettur tal-Konfraternità tal-Beata
Verġni Marija fl-istess belt. Kiteb għall-istess Konfraternità
r-Regula u l-Kostituzzjonijiet; kien magħruf ħafna għall-imħabba
lejn l-Ewkaristija. Miet fl-1495.
•
Knisja Parrokkjali Kolleġġjata ta’ San Pawl, ir-Rabat: Laqgħa
għat-Terzjarji Karmelitani fl-Oratorju tal-Karmnu.
7 ta’ Diċembru
•
Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, il-Balluta: Laqgħa u Quddiesa
għall-irġiel u koppji Terzjarji Karmelitani fiċ-Ċentru
Parrokkjali.
8 ta’ Dicembru
• Solennità tat-Tnissil bla Tebgħa
tal-Verġni Mqaddsa Marija.
Il-festa tal-Kunċizzjoni nsibuha fil-knejjes tal-Lvant
fil-bidu tas-seklu VIII, u minn hemm waslet fl-Italja t’isfel fis-seklu IX meta
l-Imperatur Ljun VI (896-903) ried li tiġi ċċelebrata fl-Imperu
Biżantin kollu.
Il-festa tat-Tnissil bla tebgħa tal-Verġni Marija
l-ewwel li niltaqgħu magħha hija fl-Ingilterra u kienet imxerrda
ħafna fiż-żmien qabel li n-Normanni ħadu f’idejhom
is-saltna Ingliża. Ta’ min jinnota li meta l-Papa kien f’Avignon (Franza)
bejn l-1305 u 1378, hu flimkien mal-Kurja tiegħu kienu jmorru
jiċċelebraw din il-festa fil-Kunvent tal-Karmelitani ta’ l-istess
belt.
Il-Konċilju ta’ Basilea, fl-1437, xandar li
l-Verġni Marija kienet ħielsa minn kull tebgħa tad-dnub, u ried
ukoll li jitħejjew quddies u uffiċċju f’ġieħ dan
il-misteru. Kien il-Beatu Piju IX li bil-Kostituzzjoni Appostolika Ineffabilis
Deus tat-8 ta’ Diċembru 1854 ddefinixxa t-Tnissil bla Tebgħa
tal-Verġni Mqaddsa Marija bħala Domma tal-Fidi. Erba’ snin wara
jiġifieri fl-1858 seħħew id-dehriet f’Lourdes. F’waħda minn
dawn id-dehriet Bernardette Soubirous, staqsiet lil dik is-Sinjura minn kienet
u hija weġbitha, “Jiena l-Immakulata Kunċizzjoni.” (Ara)
9 ta’ Diċembru
•
Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, Fleur-de-lys: Laqgħa
għat-Terzjarji Karmelitani.
• Terzjarji ta' Santa
Venera: Irtir ta nofs ta' nhar fid-Dar tas-Sorijiet ta' St. Joseph, ir-Rabat,
flimkien mat-Terzjarji taż-Żurrieq. Tluq minn quddiem il-Knisja Parokkjali fid-9.00 a.m.
14 ta’ Diċembru
• Festa ta’ San
Ġwann tas-Salib, Saċerdot u Duttur tal-Knisja.
San Ġwann twieled f’Fontiveros, Spanja,
għall-ħabta tas-sena 1542.
Wara li daħal mal-Karmelitani,
kien l-ewwel wieħed fost
ir-reliġjużi rġiel li tħeġġeġ minn S. Tereża ta’ Avila u ndaħal għall-ħidma tar-riforma ta’ l-Ordni, fost taħbit u tħabrik liema bħalu. Miet fl-1591 f’Ubeda (Spanja), imfaħħar ħafna għal qdusitu u għal għerfu, kif jixhdu l-opri
spiritwali miktuba minnu. (Ara 1, 2, 3)
25 ta’ Diċembru
•
Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu, Valletta: Jibdew jiem ta’ adorazzjoni.
28 ta’ Diċembru
•
Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu, Valletta: Tmiem tal-jiem ta’ adorazzjoni.