Kalendarju

X'ser jiġri


ĠUBLEW KARMELITAN 2007 - Programm

Jannar

It-Tlieta, 2 ta’ Jannar 2007 - Monasteru Santa Margerita, Bormla
10.00 a.m.: Adorazzjoni bil-Lectio Divina għar-reliġjużi Karmelitani taż-żewġ Provinċji, flimkien mas-Sorijiet Tereżjani, biex nitolbu għas-suċċess spiritwali tal-Ġublew Karmelitan 2007.

Il-Ħamis, 11 ta’ Jannar 2007 - Knisja Parrokkjali, il-Balluta
6.30 p.m.: Ftuħ tal-Ġublew Karmelitan 2007
Quddiesa Konċelebrata mmexxija mill-Arċisqof Mons. Ġużeppi Mercieca bis-sehem tal-membri reliġjużi u lajċi kollha tal-Familja Karmelitana.

Il-Ħamis, 25 ta’ Jannar 2007 - Sala Madonna tal-Karmnu, Birkirkara
7.00 p.m.: Konferenza għal kulħadd organizzata miċ-Ċentru Spiritwalità Tereżjana: Il-Monastiċiżmu fl-Art Imqaddsa u l-influss fuq l-oriġini ta’ l-eremiti Latini fuq l-Għolja tal-Karmel, mill-Arkimandrita George Mifsud Montanaro.

Frar

It-Tlieta, 6 ta’ Frar 2007 - Kunvent tal-Karmnu, Valletta
9.30 a.m.: Irtir tax-xahar għar-reliġjużi Karmelitani taż-żewġ Provinċji. Issir konferenza bit-tema Ngħixu f’ubbidjenza lejn Ġesù Kristu: il-proġett tar-Regola Karmelitana, minn Patri Felician Bezzina, O.Carm., u introduzzjoni fuq Santa Marija Maddalena de’ Pazzi minn Patri Charló Camilleri, O.Carm.

Il-Ħamis, 8 ta’ Frar 2007 - Kunvent tal-Karmnu, il-Balluta
5.30 p.m.: Ripetizzjoni ta’ l-irtir li jkun sar fis-6 ta’ Frar 2007.

Il-Ħamis, 8 ta’ Frar 2007 - Sala Madonna tal-Karmnu, Birkirkara
7.00 p.m.: Konferenza għal kulħadd organizzata miċ-Ċentru Spiritwalità Tereżjana: “Kull wieħed minnkom għandu ... lejl u nhar jaħseb fil-Liġi tal-Mulej u jishar fit-talb” (Regula ta’ Sant’ Albert, 8.): L-Iskrittura u t-Talb fir-Regola ta’ Sant’ Albert, minn Patri Alexander Vella, O.Carm.

Il-Ħamis, 22 ta’ Frar 2007 - Kulleġġ Sant’Elija
Preżentazzjoni dwar il-Karmelitani lill-istudenti tal-Form 5 mill-Istudenti Karmelitani.

Il-Ħamis, 22 ta’ Frar 2007 - Knisja l-Qadima, Santa Venera
7.30 p.m.: Ċelebrazzjoni Penitenzjali tar-Randan għar-reliġjużi Karmelitani taż-żewġ Provinċji.

April

16-20 ta’ April 2007 - Kulleġġ Sant’Elija
Preżentazzjoni dwar il-Karmelitani lill-istudenti tal-Forms 1, 2, 3 u 4 mill-Istudenti Karmelitani.

Il-Ġimgħa, 20 ta’ April 2007 - L-Oratorju tal-Knisja Arċipretali tax-Xagħra
5.00 p.m.: Konferenza għal kulħadd organizzata miċ-Ċentru Spiritwalità Tereżjana: Ir-Regola tal-Karmelu fil-kuntest ta’ Malta u Għawdex ta’ llum, minn Patri Alfred Grech, O.C.D.

Il-Ħamis, 26 ta’ April 2007 - Sala Madonna tal-Karmnu, Birkirkara
7.00 p.m.: Konferenza għal kulħadd organizzata miċ-Ċentru Spiritwalità Tereżjana: Ir-Regola tal-Karmelu fil-kuntest ta’ Malta ta’ llum, minn Patri Alfred Grech, O.C.D.

Mejju

It-Tlieta, 1 ta’ Mejju 2007 - Dar tat-Talb ‘Tas-Silġ’
9.30 a.m. - 4.30 p.m.: Seminar ta’ ġurnata għar-reliġjużi Karmelitani taż-żewġ Provinċji bit-tema Kif ngħixu s-sejħa kontemplattiva fil-kuntest ta’ l-impenn appostoliku tagħna, immexxi miż-żewġ Provinċjali. Waqt il-Quddiesa jsir it-tiġdid tal-Professjoni Reliġjuża.

Il-Ħamis, 10 ta’ Mejju 2007 - Sala Madonna tal-Karmnu, Birkirkara
7.00 p.m.: Konferenza għal kulħadd organizzata miċ-Ċentru Spiritwalità Tereżjana: Kif ngħix ir-Regola tal-Karmelu bħala lajk, minn Carmel Mallia, O.C.D.S.

Il-Ġimgħa, 11 ta’ Mejju 2007 - L-Oratorju tal-Knisja Arċipretali tax-Xagħra
5.00 p.m.: Konferenza għal kulħadd organizzata miċ-Ċentru Spiritwalità Tereżjana: Kif ngħix ir-Regola tal-Karmelu bħala lajk, minn Carmel Mallia, O.C.D.S.

Il-Ħamis, 24 ta’ Mejju 2007 - Knejjes taż-żewġ Provinċji Karmelitani
jew ġurnata oħra matul dik il-ġimgħa: Adorazzjoni Ewkaristika bi tħejjija għall-Festa ta’ Santa Marija Maddalena de’ Pazzi.

Il-Ħamis, 24 ta’ Mejju 2007 - Sala Madonna tal-Karmnu, Birkirkara
7.00 p.m.: Konferenza għal kulħadd organizzata miċ-Ċentru Spiritwalità Tereżjana: Ir-Regola “Primittiva” ta’ l-Ordni Karmelitan u l-vojt għal Alla, minn Rita C. Grima.

Il-Ġimgħa, 25 ta’ Mejju 2007 - Bażilika Santwarju tal-Karmnu, Valletta
6.30 p.m.: Transtu u Konċelebrazzjoni Solenni tar-Raba’ Ċentinarju mill-Mewt ta’ Santa Marija Maddalena de’ Pazzi.

L-Erbgħa, 30 ta’ Mejju 2007 - Knejjes taż-żewġ Provinċji Karmelitani
Issir tifkira ta’ Santa Marija Maddalena de’ Pazzi.

Ġunju

Il-Ħamis, 14 ta’ Ġunju 2007 - Sala Madonna tal-Karmnu, Birkirkara
7.00 p.m.: Konferenza għal kulħadd organizzata miċ-Ċentru Spiritwalità Tereżjana: “L-Appostlu jirrikmanda wkoll is-skiet meta ordna li għandna naħdmu fis-skiet” (Regola tal-Karmelu, 18). Il-ħidma fis-skiet: il-qdusija permezz tax-xogħol tagħna ta’ kuljum, minn Patri Juan DeBono, O.C.D.

Il-Ġimgħa, 15 ta’ Ġunju 2007 - L-Oratorju tal-Knisja Arċipretali tax-Xagħra
6.00 p.m.: Konferenza għal kulħadd organizzata miċ-Ċentru Spiritwalità Tereżjana: “L-Appostlu jirrikmanda wkoll is-skiet meta ordna li għandna naħdmu fis-skiet” (Regola tal-Karmelu, 18). Il-ħidma fis-skiet: il-qdusija permezz tax-xogħol tagħna ta’ kuljum”, minn Patri Juan DeBono, O.C.D.

It-Tlieta, 19 ta’ Ġunju 2007 - Kunvent tal-Karmnu, il-Fgura
9.30 a.m.: Irtir tax-xahar għar-reliġjużi Karmelitani taż-żewġ Provinċji. Issir konferenza bit-tema Ninbnew f’komunità bl-Ewkaristija fil-qalba, minn Patri Manuel Schembri, O.C.D., u lectio fuq test ta’ Santa Marija Maddalena de’ Pazzi, immexxija minn Patri Charló Camilleri, O.Carm.

Il-Ġimgħa, 22 ta’ Ġunju 2007 - Dar tat-Talb ‘Lunzjata’
5.30 p.m.: Ripetizzjoni ta’ l-irtir li jkun sar fid-19 ta’ Ġunju 2007.

Lulju

Il-Ġimgħa, 13 ta’ Lulju 2007 - L-Oratorju tal-Knisja Arċipretali tax-Xagħra
6.00 p.m.: Konferenza għal kulħadd organizzata miċ-Ċentru Spiritwalità Tereżjana: “Għalhekk kull wieħed minnkom ... iħares bir-reqqa u bl-attenzjoni s-skiet” (Regola tal-Karmelu, 18). Is-skiet fil-ħajja tal-Profeta Elija u f’dik tal-Verġni Marija, minn Patri Charló Camilleri, O.Carm.

Il-Ħamis, 19 ta’ Lulju 2007 - Sala Madonna tal-Karmnu, Birkirkara
7.00 p.m.: Konferenza għal kulħadd organizzata miċ-Ċentru Spiritwalità Tereżjana: “Għalhekk kull wieħed minnkom ... iħares bir-reqqa u bl-attenzjoni s-skiet” (Regola tal-Karmelu, 18). Is-skiet fil-ħajja tal-Profeta Elija u f’dik tal-Verġni Marija, minn Patri Charló Camilleri, O.Carm.

Awissu

Il-Ħadd, 5 ta’ Awissu 2007 - Knisja Parrokkjali, il-Fgura
6.30 p.m.: Quddiesa Konċelebrata tas-Seba’ Ċentinarju mill-Mewt ta’ Sant’ Albert ta’ Trapani.

It-Tlieta, 7 ta’ Awissu 2007 - Knejjes taż-żewġ Provinċji
Tiġi ċċelebrata l-Festa ta’ Sant’ Albert ta’ Trapani.

Settembru

20 ta’ Awissu - 1 ta’ Settembru 2007 - L-Art Imqaddsa
Pellegrinaġġ għall-Art Imqaddsa għal kulħadd fl-okkażjoni tat-tmien ċentinarju tar-Regola Karmelitana, immexxi minn Patri Alfred Grech, O.C.D.

It-Tnejn, 17 ta’ Settembru 2007 - Knisja ta’ Santa Tereża, Bormla
6.00 p.m.: Għasar u Quddiesa Konċelebrata fil-festa ta’ San Albert ta’ Ġerusalemm.

Il-Ġimgħa, 14 ta’ Settembru 2007 - L-Oratorju tal-Knisja Arċipretali tax-Xagħra
6.00 p.m.: Konferenza għal kulħadd organizzata miċ-Ċentru Spiritwalità Tereżjana: Santa Tereża ta’ Ġesù u r-Regola tal-Karmelu, minn Patri Victor Mallia, O.C.D.

Il-Ħamis, 20 ta’ Settembru 2007 - Sala Madonna tal-Karmnu, Birkirkara
7.00 p.m.: Konferenza għal kulħadd organizzata miċ-Ċentru Spiritwalità Tereżjana: Santa Tereża ta’ Ġesù u r-Regola tal-Karmelu, minn Patri Victor Mallia, O.C.D.

Il-Ħamis, 20 ta’ Settembru 2007 - Parroċċa ta’ Ta’ Xbiex
Jibda kors qasir ta’ spiritwalità Karmelitana għal kulħadd, li jkompli fis-27 ta’ Settembru, fl-4, fil-11, fit-18 u fil-25 ta’ Ottubru.

Ottubru

L-Erbgħa, 3 ta’ Ottubru 2007 - Parroċċa tal-Fgura
Jibda kors qasir ta’ spiritwalità Karmelitana għal kulħadd, li jkompli fl-10, fis-17, fl-24 u fil-31 ta’ Ottubru, u fis-7 ta’ Novembru.

Il-Ġimgħa, 5 ta’ Ottubru 2007 - Parroċċa tal-Balluta
Jibda kors qasir ta’ spiritwalità Karmelitana għal kulħadd, li jkompli fit-12, fid-19, u fis-26 ta’ Ottubru, u fid-9 u fis-16 ta’ Novembru.

Is-Sibt, 6 ta’ Ottubru 2007 - Knisja Parrokkjali, Santa Venera
10.00 a.m.: Ċelebrazzjoni għall-abbatini u membri ta’ l-Għaqdiet tal-Vokazzjonijiet taż-żewġ Provinċji Karmelitani.

It-Tnejn, 8 ta’ Ottubru 2007 - Parroċċa ta’ Fleur-de-Lys
Jibda kors qasir ta’ spiritwalità Karmelitana għal kulħadd, li jkompli fil-15, fit-22, u fid-29 ta’ Ottubru, u fil-5 u fit-12 ta’ Novembru.

It-Tlieta, 16 ta’ Ottubru 2007 - Parroċċa ta’ Santa Venera
Jibda kors qasir ta’ spiritwalità Karmelitana għal kulħadd, li jkompli fl-24, u fil-31 ta’ Ottubru, u fis-7, fit-13 u fil-21 ta’ Novembru.

L-Erbgħa, 17 ta’ Ottubru 2007 - Santwarju ta’ Santa Tereża, Birkirkara
6.00 p.m.: Kungress Nazzjonali tat-Terzjarji Karmelitani u s-Sekulari Tereżjani.

It-Tlieta, 23 ta’ Ottubru 2007 - Monasteru Santa Margerita, Bormla
9.30 a.m.: Irtir tax-xahar għar-reliġjużi Karmelitani taż-żewġ Provinċji. Issir konferenza bit-tema Il-bini tal-bniedem interjuri, minn Patri Martin Borg, O.C.D., u lectio fuq test ta’ Santa Marija Maddalena de’ Pazzi, immexxija minn Patri Charló Camilleri, O.Carm.

Il-Ġimgħa, 26 ta’ Ottubru 2007 - Kunvent ta’ San Ġwann tas-Salib, Ta’ Xbiex
5.30 p.m.: Ripetizzjoni ta’ l-irtir li jkun sar fit-23 ta’ Ottubru 2007.

Novembru

Il-Ġimgħa, 9 ta’ Novembru 2007 - Ċentru Familja Karmelitana, Fleur-de-Lys
8.00 p.m.: Ċelebrazzjoni għaż-żgħażagħ.

19-23 ta’ Novembru 2007 - Dar tat-Talb ‘Tas-Silġ’
Irtir tas-sena għar-reliġjużi Karmelitani taż-żewġ Provinċji, immexxi minn Patri Piju Sammut, O.C.D.

26-30 ta’ Novembru 2007 - Bażilika Santwarju tal-Karmnu, Valletta
Kors qasir ta’ spiritwalità Karmelitana.

Diċembru

It-Tnejn, 3 ta’ Diċembru 2007 - Kunvent Santa Tereża, Bormla
5.30 p.m.: Irtir tax-xahar għar-reliġjużi Karmelitani taż-żewġ Provinċji. Issir konferenza bit-tema Ngħixu fl-istennija tiegħu - id-dimensjoni eskatoloġika tal-ħajja Karmelitana, minn Patri Alexander Vella, O.Carm., u lectio fuq test ta’ Santa Marija Maddalena de’ Pazzi, immexxija minn Patri Charló Camilleri, O.Carm.

It-Tlieta, 4 ta’ Diċembru 2007 - Kunvent ta’ S. Tereża tal-Bambin Ġesù, Birkirkara
9.30 a.m.: Ripetizzjoni ta’ l-irtir li jkun sar fit-3 ta’ Diċembru 2007.

Il-Ħamis, 13 ta’ Diċembru 2007 - GĦeluq tal-Ġublew Karmelitan 2007
10.00 a.m.: Kunvent tal-Karmnu, l-Imdina: Ftuħ uffiċċjali ta’ l-Istitut Karmelitan, imwaqqaf miż-żewġ Provinċji Karmelitani.

Il-Ħamis, 13 ta’ Diċembru 2007 - Knisja Parrokkjali, Ta’ Xbiex
7.00 p.m.: Oratorju The Beautiful Maiden of Shunnem (based on the “Song of Solomon”) ta’ Patri Daniel Sammut O.Carm.


© Provinċja Karmelitana Sant'Elija, Malta.
Webmaster | Homepage