Kalendarju
Arkivju - X'sar fl-2007
JANNAR 2007
NB: Nissuġġerixxu lill-viżitaturi tagħna biex barra dan il-Kalendarju jagħtu wkoll daqqa ta’ għajn il-Programm tal-Ġublew Karmelitan 2007.
1 ta’ Jannar
• Solennità ta’ l-Imqaddsa Omm Alla Marija
F’Ruma, f’għeluq it-tmint ijiem mill-festa tal-Milied, aktarx sa minn qabel is-seklu VI, kienet issir festa f’ġieħ il-Verġni Marija - natale sanctæ Mariæ. Minkejja dan, il-kotba lituġiċi tas-seklu VII jsejħu l-ewwel ta’ Jannar octabas domini, fil-waqt li l-Missal ta’ San Piju V aċċetta drawwa li kienet ilha ssir fi Spanja u Franza u l-Quddiesa ta’ l-Ewwel tas-Sena bdiet tfakkar iċ-Circumcisione Domini et Octava Nativitatis. Ir-riforma liturġika ta’ żmienna, reġgħet għamlet l-ewwel ta’ Jannar jum ta’ festa f’ġieħ il-Verġni Marija bħala Omm Alla, iżda flimkien mal-maternità tal-Verġni Marija, fl-ewwel tas-sena l-Knisja tiċċelebra wkoll iċ-ċirkonċiżjoni tal-Mulej u l-Isem Imqaddes tiegħu. Infatti l-Papa Pawlu VI, fl-Eżortazzjoni Appostolika Marialis Cultus tat-2 ta’ Frar 1974, fin-numru 5 jgħid: “Fiż-żmien għażiż tal-Milied, jidrilna li tkun ħaġa sewwa li nixħtu l-attenzjoni tagħna wkoll fuq is-Solennità ta’ Marija Santissima Omm Alla: Skond idea sħiħa mxettla sew f’din il-Belt ta’ Ruma, din is-solennità tiġi ċċelebrata fl-1 ta’ Jannar, biex hekk tfakkar il-parti li ħadet Marija f’dan il-misteru tas-salvazzjoni.”
2 ta’ Jannar
• Kappella ta’ Santa Luċija, in-Naxxar: Laqgħa u quddiesa għat-Terzjarji Karmelitani.
3 ta’ Jannar
• Tifkira tal-Beatu Ċirijaku Elija Chavara, Sacerdot.
Twieled fl-10 ta’ Frar 1805, f’Kainakary fil-Kerala, l-Indja. Wara l-istudji tiegħu fis-seminarju, ġie ordnat saċerdot fl-1829. Fl-1831 waqqaf f’Mannanam l-ewwel kunvent għas-saċerdoti tal-kongregazzjoni ġdida bl-isem ta’ Karmelitani ta’ Marija Immakulata, u fl-1855 sar l-ewwel Superjur Ġenerali ta’ din il-kongregazzjoni. Flimkien mal-missjunarju Karmelitan Skalz, Patri Leopoldu Beccaro, fl-1866 waqqaf il-kongregazzjoni għas-sorijiet bl-isem ta’ Omm il-Karmelu. Magħżul Vigarju Ġenerali tal-Knisja Siro-Malabarika fl-1861, ħadem ħafna u bla heda biex jeqred kull firda minħabba x-Xiżma Rokożjana, kif ukoll biex iġib ’il quddiem ir-rit Siro-Malabariku b’tiġdid spiritwali. Fuq kollox kien bniedem ta’ talb; kellu devozzjoni l-aktar imħeġġa lejn l-Ewkaristija u wera qima speċjali lejn Marija Immakulata. Miet fl-1871 f’Koonammavu, l-Indja, iżda fl-1889 il-fdalijiet tiegħu ttieħdu f’Mannanam.
• Knisja Parrokkjali tal-Madonna tal-Karmnu, il-Gżira: Laqgħa u quddiesa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Parroċċa ta’ Santa Katarina, iż-Żurrieq: Fil-5.00pm laqgħa u quddiesa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Knisja Parrokkjali ta’ San Ġużepp, Msida: Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Knisja Parrokkjali ta’ Santa Venera, Santa Venera: 5.15pm Għasar, laqgħa, rużarju u Quddiesa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Knisja tal-Madonna tas-Samra, il-Ħamrun: 3.45pm Rużarju, Quddiesa u laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani.
4 ta’ Jannar
• Kappella ta’ Casa San Pietro, Ħal Lija: Fit-8.00am laqgħa u quddiesa għat-Terzjarji Karmelitani.
5 ta’ Jannar
• Oratorju tal-Knisja Parrokkjali Kolleġġjata ta’ San Pawl, ir-Rabat: Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani.
6 ta’ Jannar
• Parti mill-kunvent ta’ l-Imdina se tkun miftuħa għall-pubbliku. Kull min għadu qatt ma daħal fi kjostru jew tinteressaħ l-istorja tal-ħajja monastika huwa mistieden jasal wasla sal-Kunvent tal-Karmelitani ta’ l-Imdina. Id-dħul huwa b’xejn.
7 ta’ Jannar
• Knisja Parrokkjali tal-Madonna tal-Karmnu, Fleur-de-Lys: Fis-6.30pm Quddiesa konċelebrata f’għeluq is-60 sena mill-wasla tal-Karmelitani fi Fleur-de-Lys.
• Knisja Parrokkjali tal-Madonna tal-Karmnu, il-Balluta: Laqgħa u quddiesa għall-irġiel u koppji Terzjarji Karmelitani.
8 ta’ Jannar
• Festa ta’ San Pier Tumas, Isqof.
Twieled madwar is-sena 1305 fin-nofsinar ta’ Périgord fi Franza. Ta’ għoxrin sena daħal fl-Ordni Karmelitan. Ġie mlaħħaq Prokuratur Ġenerali fil-kurja ta’ Avignone fis-sena 1345. Sar Isqof ta’ Patti u Lipari fis-sena 1354 u kien bosta drabi Legat tal-Papa f’missjonijiet ta’ paċi għall-Għaqda mal-Knejjes Orjentali. Fis-sena 1359 ġie mibgħut fis-sede ta’ Corone fil-Poloponneso bħala Legat tal-Papa għal-Lvant. Imlaħħaq Arċisqof ta’ Kreta fis-sena 1363 u sena wara Patrijarka ta’ Kostantinopoli, hu kiseb il-fama ta’ wieħed li jaħdem għall-għaqda fil-Knisja. Miet ġo Famagusta fil-gżira ta’ Ċipru fis-sena 1366.
• Knisja Parrokkjali tal-Madonna tal-Karmnu, il-Balluta: Laqgħa u quddiesa għan-nisa Terzjarji Karmelitani.
• Kappella ta’ Santa Marija, Ħaż-Żabbar: Fis-6.00pm Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani.
9 ta’ Jannar
• Festa ta’ San Andrija Corsini, Isqof.
Twieled fil-belt ta’ Firenze, Italja, fil-bidu tas-seklu 14 u daħal reliġjuż Karmelitan fil-kunvent ta’ l-istess belt. Fis-sena 1348 ġie mlaħħaq Provinċjal tal-Provinċja Toskana mill-Kapitlu Ġenerali li sar f’Metz. Ġie magħżul Isqof ta’ Fiesole fit-13 ta’ Ottubru 1349. Mexxa d-djoċesi b’karità kbira u kien magħruf għaż-żelu appostoliku, il-prudenza u l-imħabba lejn il-foqra. Miet fis-6 ta’ Jannar 1374. (ara)
• Knisja Parrokkjali tal-Madonna tal-Karmnu, Fleur-de-Lys: Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani.
11 ta’ Jannar
• Ftuħ tal-Ġublew Karmelitan 2007 li jfakkar: 800 sena mill-għoti tar-Regula Karmelitana, 700 sena mill-mewt ta’ Sant’Albert ta’ Trapani (7 ta’ Awissu 1307), 400 sena mill-mewt ta’ Santa Marija Maddalena de’ Pazzi (25 ta’ Mejju 1607). Il-ftuħ tal-Ġublew se jsir fis-6.30pm fil-Knisja Parrokkjali tal-Balluta b’quddiesa konċelebrata u s-sehem tal-Familja Karmelitana kollha (O.Carm-OCD). (ara programm)
12 ta’ Jannar
• Ċentru Parrokkjali tal-Fgura: Fid-9.00am u fil-5.30pm Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani.
15 ta’ Jannar
• Parroċċa taż-Żejtun: Fl-4.30pm Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani.
25 ta’ Jannar
• Knisja Parrokkjali tal-Madonna tal-Karmnu, Fleur-de-Lys: Irtir tax-xahar għat-Terzjarji Karmelitani.
• Kappella tas-Sorijiet Karmelitani, Kerċem: Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani.
26 ta’ Jannar
• Ċentru Parrokkjali tal-Fgura: Fil-5.30pm Lectio Divina bis-sehem tat-Terzjarji Karmelitani.
29 ta’ Jannar
• Tifkira tal-Beata Arkanġela Ġirlani, Verġni
Twieldet f’Torino, fit-Tramuntana ta’ l-Italja, madwar nofs is-seklu 15. Daħlet soru Karmelitana f’Parma fejn saret superjura ta’ l-istess kunvent. Ġiet mogħtija l-istess uffiċċju fil-monasteru mwaqqaf ġdid f’Mantova, fejn mietet fis-sena 1495. Kienet magħrufa għad-devozzjoni partikulari li kellha lejn it-Trinità Mqaddsa.
• Fuq talba tal-familjari ta’ Patri Dward Vella, li miet nhar il-31 ta’ Diċembru 2006 fil-kunvent ta’ Tarija fil-Bolivja, il-Quddiesa tal-funeral tiegħu hawn Malta se ssir illum fil-knisja parrokkjali tal-Balluta fis-6.30 p.m.
FRAR 2007
1 ta’ Frar
• Kappella ta’ Casa San Pietro, Ħal-Lija: Fit-8.00am laqgħa u quddiesa għat-Terzjarji Karmelitani.
2 ta’ Frar
• Oratorju tal-Knisja Parrokkjali Kolleġġjata ta’ San Pawl, ir-Rabat: Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani.
4 ta’ Frar
• Ċentru Parrokkjali tal-Balluta: Laqgħa u quddiesa għall-irġiel u koppji Terzjarji Karmelitani.
5 ta’ Frar
• Ċentru Parrokkjali tal-Balluta: Laqgħa u quddiesa għan-nisa Terzjarji Karmelitani.
• Knisja tal-Madonna tal-Ħerba, Birkirkara: Fil-4.45 p.m. Rużarju, Talb mir-Regula u quddiesa bil-Konferenza għat-Terzjarji Karmelitani.
• Parroċċa ta’ Ħaż-Żabbar: Fis-6.00 p.m. laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani.
6 ta’ Frar
• Kappella ta’ Santa Luċija, in-Naxxar: Laqgħa u quddiesa għat-Terzjarji Karmelitani.
7 ta’ Frar
• Knisja Parrokkjali tal-Madonna tal-Karmnu, il-Gżira: Laqgħa u quddiesa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Knisja tal-Lunzjata, l-Imdina: Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Parroċċa ta’ Santa Katarina, iż-Żurrieq: Fil-5.00pm laqgħa u quddiesa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Knisja Parrokkjali ta’ San Ġużepp, Msida: Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Knisja Parrokkjali ta’ Santa Venera, Santa Venera: Fil-5.15 p.m. laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Knisja tal-Madonna tas-Samra, il-Ħamrun: Fl-3.45 p.m. Rużarju, Talb mir-Regula, u quddiesa bil-Konferenza għat-Terzjarji Karmelitani.
9 ta’ Frar
• Ċentru Parrokkjali tal-Fgura: Fid-9.00 a.m. u fil-5.30 p.m. laqgħat għat-Terzjarji Karmelitani.
12 ta’ Frar
• Parroċċa taż-Żejtun: Fl-4.30 p.m. laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani.
13 ta’ Frar
• Knisja Parrokkjali tal-Madonna tal-Karmnu, Fleur-de-Lys: Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani.
18 ta’ Frar
• Knisja Parrokkjali tal-Madonna tal-Karmnu, il-Balluta: Fl-4.00 p.m. l-Arċisqof ta’ Malta, Mons. Pawlu Cremona, O.P., jiltaqa’ mal-membri ta’ l-għaqdiet tal-Parroċċi tal-Balluta u Tas-Sliema.
21 ta’ Frar
• Knisja Parrokkjali tal-Madonna tal-Karmnu, Balluta: Jibda l-programm tar-Randan. (ara)
22 ta’ Frar
• Knisja Parrokkjali tal-Madonna tal-Karmnu, Fleur-del-ys: Irtir tax-xahar għat-Terzjarji Karmelitani.
23 ta’ Frar
• Ċentru Parrokkjali tal-Fgura: Fil-5.30 p.m. Lectio Divina għat-Terzjarji Karmelitani.
1 ta’ Marzu
• Kappella ta’ Casa San Pietro, Ħal Lija: Fit-8.00am Laqgħa u Quddiesa għat-Terzjarji Karmelitani.
2 ta’ Marzu
• Knisja Parrokkjali Kolleġġjata ta’ San Pawl, ir-Rabat: Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani fl-Oratorju tal-Karmnu.
4 ta’ Marzu
• Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, il-Balluta: Laqgħa u Quddiesa għall-irġiel u koppji Terzjarji Karmelitani fiċ-Ċentru Parrokkjali.
• Fil-knisja Parrokkjali ta’ Kerċem, fl-10.15am, ser issir Konċelebrazzjoni ta’ Radd il-Ħajr li se titmexxa mill-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex, fl-okkazjoni tal-50 Sena minn meta is-Sorijiet Karmelitani Missjunarji ta’ Santa Tereża tal-Bambin Ġesù waslu fid-Dioċesi ta’ Għawdex.
5 ta’ Marzu
• Knisja tal-Madonna tal-Ħerba, B’Kara: Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani: Fl-4.45pm Rużarju, Talb mir-Regula, Quddiesa u Konferenza.
• Parroċċa tal-Madonna tal-Grazzja, Ħaż-Żabbar: Fis-6.00pm Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, il-Balluta: Laqgħa u Quddiesa għan-nisa Terzjarji Karmelitani fiċ-Ċentru Parrokkjali.
6 ta’ Marzu
• Kappella ta’ Santa Luċija, in-Naxxar: Laqgħa u Quddiesa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu, Valletta: Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani nisa.
7 ta’ Marzu
• Knisja Parrokkjali tal-Madonna tal-Karmnu, il-Gżira: Laqgħa u Quddiesa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Knisja tal-Madonna s-Samra, il-Ħamrun: Fit-3.45pm Rużarju, Talb mir-Regula, Quddiesa u Konferenza għat-Terzjarji Karmelitani.
• Knisja tal-Madonna tal-Karmnu, l-Imdina: Fl-4.30pm Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Parroċċa ta’ Santa Katarina, iż-Żurrieq: Fil-5.00pm Laqgħa u Quddiesa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Knisja Parrokkjali ta’ San Ġużepp, l-Imsida: Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Knisja Parrokkjali ta’ Santa Venera, Santa Venera: Fil-5.15pm Għasar, Konferenza, Rużarju u Quddiesa għat-Terzjarji Karmelitani.
9 ta’ Marzu
• Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, il-Fgura: Fid-9.00am Laqgħa u fil-5.30pm Lectio Divina għat-Terzjarji Karmelitani.
12 ta’ Marzu
• Parroċċa ta’ Santa Katarina, iż-Żejtun: Fil-5.30pm Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani.
13 ta’ Marzu
• Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, Fleur-de-lys: Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani.
19 ta’ Marzu
• Solennità ta’ San Ġużepp, Protettur prinċipali ta’ l-Ordni.
L-Evanġelu jgħid li San Ġużepp kien mill-familja ta’ David li minnha kellu jitwieled l-Messija (Mt 1,1-16; Lq 3,23-38). Bħal Ġużeppi tat-Testment il-Qadim, huwa l-bniedem ġust u fidil (Mt 1,19) li Alla qiegħdu biex jieħu ħsieb id-dar tiegħu. Ġużeppi, l-għarus ta’ Marija u missier putattiv ta’ Ġesù, mexxa l-familja mqaddsa fil-ħarba u fir-ritorn mill-Eġittu, u b’hekk għamel mill-ġdid il-vjaġġ li l-poplu Lhudi għamel fil-passat (Ġn 37; 50,22-26; Mt 2,13-21). Minħabba l-fidi kbira tiegħu stħaqqlu jkun afdat bil-wegħda li seħħet fil-misteru tas-salvazzjoni, fil-pjan ta’ mħabba li Alla l-Missier wettaq għall-bnedmin kollha.
Fil-Provinċja Karmelitana Maltija l-festa ta’ San Ġużepp hija ċċelebrata b'solennità mill-komunità tal-Belt fejn hemm Arċikonfraternità antika li ġġib ismu. Il-Beatu Nazju Falzon, devot kbir ta' San Ġużepp, kien spiss imur jitlob quddiem l-istatwa li hemm fil-knisja tal-Karmnu tal-Belt.
(Ara)
20 ta’ Marzu
• Tifkira tal-Beatu Franġisk ta’ Ġesù, Marija u Ġużeppi
Francisco Palau y Quer twieled fid-29 ta’ Diċembru 1811 f’Aytona (Spanja). Fl-1828 daħal fis-seminarju ta’ Lèrida, Spanja. Meta temm it-tlett snin ta’ studji filosofiċi u l-ewwel kors tat-teoloġija, fl-1832 daħal fl-Ordni tal-Karmelitani Skalzi fejn fis-sena ta’ wara għamel il-professjoni reliġjuża. Minħabba raġunijiet politiċi kellu jgħix għal xi żmien barra l-kunvent imma fl-1836 kien ordnat saċerdot f’Barbastro. Wara ħdax-il sena fi Franza (1840-1851) irritorna fi Spanja fejn iddedika l-ħidma tiegħu għall-predikazzjoni u għall-missjoni popolari b’mod partikluari f’Barċellona u fil-gzejjer Baleari. Kien hawn li fis-snin 1860-1861 ħa ħsieb jorganizza xi gruppi ta’ tfajliet fejn ta’ l-bidu ta’ żewġ kongregazzjonijiet tas-sorijiet. Miet f’Tarragona fl-20 ta’ Marzu 1872.
25 ta’ Marzu
• Fin-nofs ta’ nhar ta’ filgħodu l-Għaqda Vokazzjonijiet Karmelitani ser torganizza attività għat-tfal li qegħdin fil-Forms 1, 2 u 3 fil-knisja tal-Karmnu fl-Imdina.
• Fil-għaxija l-Għaqda Vokazzjonijiet Karmelitani ser torganizza attività għall-istudenti li qegħdin minn Form 4 ’il fuq fil-knisja tal-Karmnu fl-Imdina.
26 ta’ Marzu
• Solennità tat-Tħabbira tal-Mulej (flok il-25 ta’ Marzu li jaħbat il-Ħadd)
Din il-festa tfakkar il-ġrajja ta’ meta l-anġlu Gabriel kien mibgħut għand Marija biex jgħidilha li kellha ssir Omm Alla, u wkoll it-tnissil tal-Verb fil-ġuf tagħha.
Għalkemm hemm min jaħseb li fis-seklu IV il-festa tat-Tħabbira tal-Mulej kienet diġà tiġi ċċelebrata fil-Palestina, m’għandna ebda tagħrif dwar din il-festa qabel is-seklu VII, meta l-Konċilju “in Trullo”, tas-sena 692, ried li l-festa ssir ukoll jekk tiġi f’xi ġurnata tar-Randan, minkejja dak li kien jgħid il-Konċilju ta’ Laodikija. Fis-seklu VII il-festa daħlet Ruma u minn hemm xterdet fil-knejjes tal-punent, fejn bdiet issir fil-25 ta’ Marzu, bħalma kienet issir fil-knejjes tal-lvant; iżda fi Spajna, l-għaxar Konċilju ta’ Toledo, fis-sena 656, ried li l-festa tiġi ċelebrata mhux fir-Randan iżda fil-ġimgħa ta’ qabel il-Milied, fit-18 ta’ Diċembru.
Meta l-festa bdiet tiġi ċċelebrata, kienet meqjusa festa tal-Mulej kif jixhdu l-ismijiet li għandha fid-dokumenti liturġiċi aktar antiki, iżda biż-żmien bidet titqies bħala festa tal-Madonna. Il-Kalendarju mġedded tal-Knisja Latina jerġa’ jqisha bħala festa tal-Mulej.
Għall-Provinċja Karmelitana Maltija minn dejjem kienet festa għaziza ħafna, infatti żewġ knejjes, dik tal-Lunzjata u dik ta’ l-Imdina, huma ddedikati għaliha.
• Tiġi ċċelebrata l-Festa tal-Lunzjata fil-Knisja tal-Karmnu fl-Imdina.
• Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu, Valletta: Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani rgiel.
29 ta’ Marzu
• Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, Fleur-de-lys: Irtir tax-xahar għat-Terzjarji Karmelitani f’waħda mill-knejjes tal-Parroċċa.
APRIL 2007
1 ta’ April
• Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, il-Balluta: Laqgħa u Quddiesa għall-irġiel u koppji Terzjarji Karmelitani fiċ-Ċentru Parrokkjali.
• Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu, Valletta: Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani rgiel.
2 ta’ April
• Knisja tal-Madonna tal-Ħerba, B’Kara: Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani: Fl-4.45pm Rużarju, Talb mir-Regula, Quddiesa u Konferenza.
• Parroċċa tal-Madonna tal-Grazzja, Ħaż-Żabbar: Fis-6.00pm Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, il-Balluta: Laqgħa u Quddiesa għan-nisa Terzjarji Karmelitani fiċ-Ċentru Parrokkjali.
3 ta’ April
• Kappella ta’ Santa Luċija, in-Naxxar: Laqgħa u Quddiesa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu, Valletta: Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani nisa.
4 ta’ April
• Knisja Parrokkjali tal-Madonna tal-Karmnu, il-Gżira: Laqgħa u Quddiesa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Knisja tal-Madonna s-Samra, il-Ħamrun: Fit-3.45pm Rużarju, Talb mir-Regula, Quddiesa u Konferenza għat-Terzjarji Karmelitani.
• Knisja tal-Madonna tal-Karmnu, l-Imdina: Fl-4.30pm Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Parroċċa ta’ Santa Katarina, iż-Żurrieq: Fil-5.00pm Laqgħa u Quddiesa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Knisja Parrokkjali ta’ San Ġużepp, l-Imsida: Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Knisja Parrokkjali ta’ Santa Venera, Santa Venera: Fil-5.15pm Għasar, Konferenza, Rużarju u Quddiesa għat-Terzjarji Karmelitani.
5 ta’ April
• Kappella ta’ Casa San Pietro, Ħal Lija: Fit-8.00am Laqgħa u Quddiesa għat-Terzjarji Karmelitani.
6 ta’ April
• Knisja Parrokkjali Kolleġġjata ta’ San Pawl, ir-Rabat: Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani fl-Oratorju tal-Karmnu.
9 ta’ April
• Parroċċa ta’ Santa Katarina, Żejtun: Fil-5.30pm Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani.
10 ta’ April
• Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, Fleur-de-lys: Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani.
13 ta’ April
• Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, il-Fgura: Fid-9.00am Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani.
17 ta’ April
• Tifkira tal-Beatu Battista Spagnoli, Saċerdot.
Twieled f’Mantova, Italja, fis-17 ta’ April 1447 u f’età żagħżugħa daħal mal-Karmelitani tal-Kongregazzjoni Mantovana fil-belt ta’ Ferrara, fejn għamel il-professjoni reliġjuża fis-sena 1464, u fejn qeda diversi uffiċċji bl-akbar ħeġġa. Wara li għal sitt darbiet kien Vigarju Ġenerali tal-Kongregazzjoni tiegħu, fis-sena 1513 ġie magħżul Pirjol Ġenerali ta’ l-Ordni kollu.
26 ta’ April
• Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, Fleur-de-lys: Irtir tax-xahar għat-Terzjarji Karmelitani f’waħda mill-knejjes tal-Parroċċa.
27 ta’ April
• Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, il-Fgura: Fil-5.30pm Lectio Divina għat-Terzjarji Karmelitani.
MEJJU 2007
1 ta’ Mejju
• Fl-okkażjoni tal-Ġublew Karmelitan 2007, ir-reliġjużi Karmelitani u Karmelitani Skalzi se jiltaqgħu għal seminar ta’ ġurnata fid-Dar tat-Talb ‘Tas-Silġ’, Marsaxlokk, biex jirriflettu fuq it-tema Kif ngħixu s-sejħa kontemplattiva tagħna fil-kuntest ta’ l-impenn appostoliku tagħna.
• Kappella ta’ Santa Luċija, in-Naxxar: Laqgħa u Quddiesa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu, Valletta: Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani nisa.
2 ta’ Mejju
• Knisja Parrokkjali tal-Madonna tal-Karmnu, il-Gżira: Laqgħa u Quddiesa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Knisja tal-Madonna s-Samra, il-Ħamrun: Fit-3.45pm Rużarju, Talb mir-Regula, Quddiesa u Konferenza għat-Terzjarji Karmelitani.
• Knisja tal-Madonna tal-Karmnu, l-Imdina: Fl-4.30pm Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Parroċċa ta’ Santa Katarina, iż-Żurrieq: Fil-5.00pm Laqgħa u Quddiesa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Knisja Parrokkjali ta’ San Ġużepp, l-Imsida: Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Knisja Parrokkjali ta’ Santa Venera, Santa Venera: Fil-5.15pm Għasar, Konferenza, Rużarju u Quddiesa għat-Terzjarji Karmelitani.
3 ta’ Mejju
• Kappella ta’ Casa San Pietro, Ħal Lija: Fit-8.00am Laqgħa u Quddiesa għat-Terzjarji Karmelitani.
4 ta’ Mejju
• Knisja Parrokkjali Kolleġġjata ta’ San Pawl, ir-Rabat: Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani fl-Oratorju tal-Karmnu.
5 ta’ Mejju
• Tifkira ta’ Sant’Anġlu ta’ Sqallija, Saċerdot u Martri.
Anġlu kien wieħed mill-ewwel Karmelitani li waslu Sqallija mill-Għolja tal-Karmel. Skond għejjun tradizzjonali ta’ min joqgħod fuqhom, xi infidili qatluh f’Licata fl-ewwel nofs tas-seklu tlettax. Kien mill-ewwel meqjum bħala martri u f’post mewtu ma damitx ma nbniet knisja tal-Karmelitani. Il-qima lejn Sant’Anġlu xterdet ħafna, kemm fl-Ordni Karmelitan u kemm fost il-poplu. Hu meqjum bħala patrun ta’ għadd ta’ mkejjen fi Sqallija fejn sal-lum id-devoti tiegħu għadhom jitolbuh fi ħtigijiethom u jdawwruh b’imħabba u qima. F’Malta għal dan il-qaddis Karmelitan ghandna msemmijin il-Forti Sant’Anġlu u kappella fiż-Żejtun.
6 ta’ Mejju
• Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, il-Balluta: Laqgħa u Quddiesa għall-irġiel u koppji Terzjarji Karmelitani fiċ-Ċentru Parrokkjali.
7 ta’ Mejju
• Knisja tal-Madonna tal-Ħerba, B’Kara: Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani: Fl-4.45pm Rużarju, Talb mir-Regula, Quddiesa u Konferenza.
• Parroċċa tal-Madonna tal-Grazzja, Ħaż-Żabbar: Fis-6.00pm Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, il-Balluta: Laqgħa u Quddiesa għan-nisa Terzjarji Karmelitani fiċ-Ċentru Parrokkjali.
8 ta’ Mejju
• Tifkira tal-Beatu Lwiġi Rabtà, Saċerdot.
Twieled f’Erice, ħdejn Trapani, fi Sqallija, madwar is-seklu 15. Daħal fl-Ordni Karmelitan fejn wara sar Pirjol tal-kunvent riformat ta’ Randazzo. Hemmhekk hu miet minħabba ferita li qala’ f’rasu, wara li ħafer lill-qattiel u mingħajr ma kixef ismu.
• Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, Fleur-de-lys: Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani.
9 ta’ Mejju
• Tifkira tal-Beatu Ġorġ Preca, Saċerdot
Twieled il-Belt fit-12 ta’ Frar 1880. Għalkemm daqsxejn ta’ tifel kien imdaħħal fil-Familja Karmelitana bit-tqegħid tal-Labtu tal-Madonna. F’età żagħżugħa ħass is-sejħa saċerdotali. Kien ordnat fit-22 ta’ Diċembru 1906. Fl-ewwel xhur ta’ l-1907 ta bidu għall-missjoni tiegħu billi ġabar madwaru grupp żgħir ta’ ġuvintur. Kienu l-ewwel żerriegħa tas-Soċjetà Duttrina Nisranija. L-għan ta’ din l-organizzazjoni kellu jkun il-formazzjoni reliġjuza tat-tfal u ż-żgħażagħ minn lajċi mħejjijin tajjeb. Bil-ħsieb li jsir aktar midħla tal-Madonna fil-21 ta’ Lulju 1918 sar Terzjarju Karmelitan. Għamel il-professjoni fis-26 ta’ Settembru tas-sena ta’ wara. Kien iħossu tassew Karmelitan hekk li bosta drabi fil-kitbiet tiegħu kien iniżżel l-isem ta’ Terzjarju - Franku - flok dak proprju. Fl-1952, bħala rikonoxximent għall-ħidma bla serħan tiegħu biex ixerred id-devozzjoni lejn il-Madonna tal-Karmnu, Dun Ġorġ kien affiljat ma’ l-Ordni Karmelitan. Miet fis-26 ta’ Lulju 1962. Kien beatifikat mill-Papa Ġwanni Pawlu II fuq il-Fosos tal-Furjana nhar id-9 ta’ Mejju 2001. Se jkun dikjarat l-ewwel qaddis Malti mill-Papa Benedittu XVI nhar it-3 ta’ Ġunju 2007. (Ara 1, 2)
10 ta’ Mejju
• Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, il-Fgura: Fis-7.00pm Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani.
14 ta’ Mejju
• Parroċċa ta’ Santa Katarina, iż-Żejtun: Fil-5.30pm Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani.
16 ta’ Mejju
• Tifkira ta’ San Xmun Stock, Saċerdot.
San Xmun twieled fl-Ingilterra fis-seklu 13 u miet f’Bordeaux, fi Franza. Fl-Ordni Karmelitan huwa meqjum għall-qdusija tiegħu u għad-devozzjoni li kellu lejn il-Verġni Marija. Id-devozzjoni liturġika lejh bdiet fis-seklu 15, fl-Ingilterra, u fis-seklu ta’ wara daħlet għall-Ordni kollu.
22 ta’ Mejju
• Tifkira ta’ Santa Ġwakkina de Vedruna, Reliġjuża.
Santa Ġwakkina twieldet f’Barcellona, Spanja, fis-sena 1783, iżżewġet lil Teodoro de Mas fis-sena 1799 u kellha disat itfal. Romlot fl-1816 u, għaxar snin wara, imnebbħa mill-Ispirtu s-Santu, waqqfet il-Kongregazzjoni tas-Sorijiet Karmelitani tal-Karità, li xterdet mal-Katalonja kollha billi fetħet ħafna djar għall-kura tal-morda u għall-edukazzjoni tat-tfal, l-aktar dawk fqar. Kienet tħobb tikkontempla l-misteru tat-Trinità li dawwal il-ħajja tagħha ta’ talb, ta’ ċaħda minn kollox, ta’ umiltà u mħabba. Mietet fil-belt ta’ Vich fis-sena 1854.
23 ta’ Mejju
• Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, il-Fgura: Fis-7.00pm Lectio Divina għat-Terzjarji Karmelitani.
24 ta’ Mejju
• Fil-knejjes tal-Karmelitani se ssir adorazzjoni ewkaristika bi tħejjija għall-festa ta’ Santa Marija Maddalena de’ Pazzi.
• It-Terzjarji Karmelitani tal-Fgura se jorganizzaw irtir ta’ nofs is-sena.
25 ta’ Mejju
• Festa ta’ Santa Marija Maddalena de’ Pazzi, Verġni
Din il-qaddisa twieledet fil-belt ta’ Firenze, Italja, fis-sena 1566. Fl-età ta’ 14-il sena kienet tmur l-iskola fil-kunvent tal-Cavalleresse di San Giovanni di Malta, li minnhom twaqqaf il-monasteru fil-belt kapitali tagħna u li nsibuhom bħala s-sorijiet ta’ Strada Sant’Ursola. Imrobbija tajjeb, daħlet mas-Soriijiet Karmelitani ta’ Firenze. Fil-monasteru għexet ħajja moħbija ta’ talb u ta’ ċaħda għat-tiġdid tal-Knisja, l-aktar billi mexxiet lil ħutha s-sorijiet lejn il-perfezzjoni reliġjuża. Mogħnija bi grazzji kbar ta’ Alla tul ħajjietha kollha, mietet fis-sena 1607. Din is-sena l-Ordni Karmelitan qed jiċċelebra l-400 sena mill-mewt tagħha. (Ara 1)
• F’għeluq l-400 sena mill-mewt ta’ Santa Marija Maddalena de’ Pazzi, fis-6.30 p.m. se jsiru Transtu u Quddiesa fis-Santwarju Bażilka tal-Madonna tal-Karmnu, Valletta. F'din il-Quddiesa ser issir ukoll it-tifkira ta' P. Germán Mamani Condori, O.Carm., li miet fil-missjoni tagħna tal-Bolivja nhar l-1 ta' Mejju 2007.
27 ta’ Mejju
• Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu, Valletta: Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani rġiel.
31 ta’ Mejju
• Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, Fleur-de-lys: Irtir tax-xahar għat-Terzjarji Karmelitani f’waħda mill-knejjes tal-Parroċċa.
ĠUNJU 2007
1 ta’ Ġunju
• Knisja Parrokkjali Kolleġġjata ta’ San Pawl, ir-Rabat: Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani fl-Oratorju tal-Karmnu.
3 ta’ Ġunju
• Il-Papa Benedittu XVI jiddikjara lill-Beatu Ġorġ Preca, Qaddis. (Ara)
• Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, il-Balluta: Laqgħa u Quddiesa għall-irġiel u koppji Terzjarji Karmelitani fiċ-Ċentru Parrokkjali.
4 ta’ Ġunju
• Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, il-Balluta: Laqgħa u Quddiesa għan-nisa Terzjarji Karmelitani fiċ-Ċentru Parrokkjali.
• Knisja tal-Madonna tal-Ħerba, B’Kara: Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani: Fil-4.45pm Rużarju, Talb mir-Regula, Quddiesa u Konferenza.
• Parroċċa tal-Madonna tal-Grazzja, Ħaż-Żabbar: Fis-6.00pm Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani.
5 ta’ Ġunju
• Kappella ta’ Santa Luċija, in-Naxxar: Laqgħa u Quddiesa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu, Valletta: Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani nisa.
6 ta’ Ġunju
• Knisja Parrokkjali tal-Madonna tal-Karmnu, il-Gżira: Laqgħa u Quddiesa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Knisja tal-Madonna s-Samra, il-Ħamrun: Fit-3.45pm Rużarju, Talb mir-Regula, Quddiesa u Konferenza għat-Terzjarji Karmelitani.
• Knisja tal-Madonna tal-Karmnu, l-Imdina: Fl-4.30pm Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Parroċċa ta’ Santa Katarina, iż-Żurrieq: Fil-5.00pm Laqgħa u Quddiesa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Knisja Parrokkjali ta’ San Ġużepp, l-Imsida: Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Knisja Parrokkjali ta’ Santa Venera, Santa Venera: Fil-5.15pm Għasar, Konferenza, Rużarju u Quddiesa għat-Terzjarji Karmelitani.
7 ta’ Ġunju
• Kappella ta’ Casa San Pietro, Ħal Lija: Fit-8.00am Laqgħa u Quddiesa għat-Terzjarji Karmelitani.
8 ta’ Ġunju
• Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, il-Fgura: Fis-7.00pm Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani.
9 ta’ Ġunju
• Auditorium tad-Dar Ġenerali tal-MUSEUM, Blata l-Bajda: Fl-10.30 a.m. il-Provinċji tal-Patrijiet Karmelitani u Karmelitani Skalzi (Tereżjani) se jagħmlu ċelebrazzjoni ta’ radd il-ħajr fl-okkażjoni tal-Kanonizzazzjoni ta’ Dun Ġorġ Preca, Terzjarju Karmelitan. Il-membri tat-Terz Ordni Karmelitan huma mħeġġa li jieħdu sehem.
11 ta’ Ġunju
• Parroċċa ta’ Santa Katarina, iż-Żejtun: Fil-5.30pm Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani.
12 ta’ Ġunju
• Tifkira tal-Beatu Ilarjun Januszewski, Martri.
Patri Ilarjun Januszewski twieled f’Krajenki, Polonja, fil-11 ta’ Ġunju 1907. Ħaddan l-Ordni Karmelitan meta kien żagħżugħ. Intbagħad Ruma biex jagħmel l-istudji teoloġiċi. Meta rritorna pajjiżu kien maħtur pirjol. Fl-4 ta’ Diċembru 1940, fl-età ta’ 33 sena, kien arrestat minħabba l-fidi nisranija u meħud fil-kamp ta’ konċentrament ta’ Dachau (Ġermanja), fejn marad bit-tifu waqt li kien jassisti l-morda. Miet fil-25 ta’ Marzu 1945. Jibqa’ mfakkar għall-fidi u l-karità kbar tiegħu.
• Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, Fleur-de-lys: Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani.
14 ta’ Ġunju
• Tifkira ta’ Sant’Eliżew, Profeta.
“Elija resaq lejn Eliżew, u xeħet fuqu l-mantell tiegħu. Dan ħalla l-gniedes ….. u mar wara Elija, u beda jservih.” (1Slaten 19,19-21). Eliżew irċieva l-ispirtu ta’ Elija, u fost il-ħafna mirakli, fejjeaq lil Nagħman mill-ġdiem u qajjem tfajjel mill-mewt. Għex fost ulied il-profeti u ħafna drabi kien preżenti, f’isem Alla, fil-ġrajjiet tal-poplu Iżraelita.
L-Ordni Karmelitan, li għandu l-bidu tiegħu fuq l-Għolja tal-Karmelu, biċ-ċelebrazzjoni liturġika tal-profeti l-kbar Elija u Eliżew, jixtieq iżomm ħaj it-tifkira tal-preżenza u l-ħajja tagħhom. Minħabba f’hekk il-Kapitlu Ġenerali ta’ l-1399 ħareġ digriet biex tkun iċċelebrata l-festa ta’ Sant’Eliżew. Għal żminijietna l-profeta huwa xhieda ħajja tal-kariżma profetika permezz tal-fedeltà lejn Alla l-veru u l-qadi tal-poplu tiegħu.
20 ta’ Ġunju
• Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, il-Fgura: Fis-7.00pm Lectio Divina għat-Terzjarji Karmelitani.
24 ta’ Ġunju
• Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu, Valletta: Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani rġiel.
28 ta’ Ġunju
• Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, Fleur-de-lys: Irtir tax-xahar għat-Terzjarji Karmelitani f’waħda mill-knejjes tal-Parroċċa.
LULJU 2007
1 ta’ Lulju
• Ċelebrazzjoni tal-festa tal-Madonna tal-Karmnu fil-Parroċċa ta’ Fleur-de-Lys.
• Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, il-Balluta: Laqgħa u Quddiesa għall-irġiel u koppji Terzjarji Karmelitani fiċ-Ċentru Parrokkjali.
2 ta’ Lulju
• Knisja tal-Madonna tal-Ħerba, B’Kara: Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani: Fil-4.45pm Rużarju, Talb mir-Regula, Quddiesa u Konferenza.
• Parroċċa tal-Madonna tal-Grazzja, Ħaż-Żabbar: Fis-6.00pm Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, il-Balluta: Laqgħa u Quddiesa għan-nisa Terzjarji Karmelitani fiċ-Ċentru Parrokkjali.
3 ta’ Lulju
• Kappella ta’ Santa Luċija, in-Naxxar: Laqgħa u Quddiesa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu, Valletta: Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani nisa.
4 ta’ Lulju
• Tifkira ta’ Maria Crocifissa Curcio, Verġni.
Twieldet fit-30 ta’ Jannar 1877 f’Ispica (Ragusa), Sqallija, u ngħatat l-isem ta’ Rosa. Wara li temmet il-Grade 6, missierha bagħatha taħdem u tgħin lil ommha. Għatxana għat-tagħlim, kienet issib l-hena tagħha tqalleb il-kotba tal-librerija tal-familja, u qrat il-Ktieb tal-Ħajja ta’ Santa Tereża ta’ Ġesù. Minn dan il-qari tgħallmet dwar il-Karmelu, hekk li din l-imħabba kienet isserrħilha qalbha u timliha b’ferħ li ma jitfissirx. Fl-1890, ta’ 13-il sena, saret membru tat-Terz Ordni Karmelitan, u mill-għarfien ta’ l-ispiritwalità karmelitana, bdiet tifhem x’kien qiegħed iħejji Alla għaliha. Minn Marija, l-Omm tal-Karmelu, ħasset li kienet irċeviet il-missjoni biex ixxerred il-Karmelu mhux biss f’pajjiżha, imma f’artijiet oħrajn ukoll. Kienet lesta toffri lilha nfisha biex l-umanità terġa’ lura lejn Alla. Fit-18 ta’ Mejju 1925, l-għada tal-Kanonizzazzjoni ta’ S. Tereża tal-Bambin Ġesù, flimkien ma’ P. Lorenzo van den Eerembeemt, Karmelitan bl-istess spirtu missjunarju, żaret ir-raħal ta’ Santa Marinella (Ruma), fejn aktar tard, fit-3 ta’ Lulju, bdiet tgħix flimkien ma’ xi xebbiet oħrajn. Ftit jiem wara, fis-16 ta’ Lulju, irċeviet il-konferma ta’ l-affiljazzjoni fl-Ordni Karmelitan u fl-1930 l-approvazzjoni ta’ l-Isqof ta’ Porto S. Rufina. Qabel temmet il-pellegrinaġġ tagħha fuq din l-art, fl-1947 Madre Crocifissa bagħtet l-ewwel erba’ sorijiet missjunarji fil-Brażil u fl-1957 l-ewwel sorijiet Maltin biex jiftħu dar f’Għawdex. Mietet f’Lulju 1957 f’Santa Marinella. (Ara: 1, 2)
• Knisja Parrokkjali tal-Madonna tal-Karmnu, il-Gżira: Laqgħa u Quddiesa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Knisja tal-Madonna s-Samra, il-Ħamrun: Fit-3.45pm Rużarju, Talb mir-Regula, Quddiesa u Konferenza għat-Terzjarji Karmelitani.
• Parroċċa ta’ Santa Katarina, iż-Żurrieq: Fil-5.00pm Laqgħa u Quddiesa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Knisja Parrokkjali ta’ San Ġużepp, l-Imsida: Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Knisja Parrokkjali ta’ Santa Venera, Santa Venera: Fil-5.15pm Għasar, Konferenza, Rużarju u Quddiesa għat-Terzjarji Karmelitani.
5 ta’ Lulju
• Kappella ta’ Casa San Pietro, Ħal Lija: Fit-8.00am Laqgħa u Quddiesa għat-Terzjarji Karmelitani.
6 ta’ Lulju
• Knisja Parrokkjali Kolleġġjata ta’ San Pawl, ir-Rabat: Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani fl-Oratorju tal-Karmnu.
• Tibda n-novena tal-Madonna tal-Karmnu fis-Santwarju Bażilka tal-Belt Valletta.
8 ta’ Lulju
• Ċelebrazzjoni tal-festa tal-Madonna tal-Karmnu fil-Parroċċa tal-Fgura.
9 ta’ Lulju
• Tifkira tal-Beata Ġovanna Scopelli, Verġni.
Twieldet f’Reggio Emilia fis-sena 1428. Saret soru karmelitana u għall-ewwel għexet f’darha, u mbagħad fil-monasteru mwaqqaf minnha stess fil-belt fejn twieldet. Fil-monasteru kellha l-uffiċċju ta’ superjura u kienet magħrufa għad-devozzjoni li kellha lejn il-Verġni Marija. Mietet fl-1491.
• Parroċċa ta’ Santa Katarina, iż-Żejtun: Fil-5.30pm Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani.
10 ta’ Lulju
• Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, Fleur-de-lys: Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani.
13 ta’ Lulju
• Tifkira ta’ Santa Tereża ta’ Ġesù ta’ Los Andes, Verġni.
Twieldet fit-13 ta’ Lulju 1900 f’Santiago fiċ-Ċilì mill-familja Fernandez Solar. Minn ċkunitha kienet imsaħħra minn Kristu. Fis-7 ta’ Mejju 1991 daħlet mas-Sorijiet Karmelitani Tereżjani ta’ Los Andes fejn tawha l-isem ta’ Tereża ta’ Ġesù. Għexet bl-akbar ferħ fil-Mulej u sempliċità kbira tal-qalb. Minħabba marda bikrija, għamlet il-Professjoni Reliġjuża qabel iż-żmien fuq is-sodda tal-mewt, li ġrat fit-12 ta’ April 1920. Xempju għaż-żgħażagħ, hija l-ewwel Beata Ċilena u l-ewwel Beata tal-Karmelu fl-Amerika Latina.
16 ta’ Lulju
• Tifkira Solenni ta’ l-Imqaddsa Verġni Marija tal-Karmnu.
Il-Kotba Mqaddsa jfaħħru s-sbuħija ta’ l-Għolja tal-Karmel, fejn il-Profeta Elija mar iħares is-safa tat-twemmin ta’ Israel f’Alla l-Ħaj. Hawn, ħdejn l-għajn li ħadet isimha minn dan il-Profeta, xi rħieb, fl-aħħar tas-seklu tnax, waqqfu l-għamara tagħhom u bnew oratorju għall-qima ta’ Omm Alla, hekk li bdew jissejħu l-Aħwa ta’ l-Imqaddsa Marija ta’ l-Għolja tal-Karmel, u lilha għażlu bħala Titular u Patruna tagħhom. Għalhekk lilha żammew bħala Omm u Xempju biex jgħixu l-ħajja kontemplattiva u biex iwasslu l-għana ta’ l-għaqda ma’ Alla lil ħuthom il-bnedmin. It-Tifkira Solenni, li ’l hawn u ’l hinn kienet diġà tiġi ċċelebrata fis-seklu erbatax, bil-mod il-mod xterdet ma’ l-Ordni kollu bħala sinjal ta’ ħajr ta’ dawn l-Aħwa għall-benefiċċji bla għadd mogħtija mill-Imqaddsa Omm Alla lill-Familja Karmelitana. (Ara: 1, 2, 3, 4, 5)
• Ċelebrazzjoni Solenni tal-festa tal-Madonna tal-Karmnu fis-Santwarju Bażilka tal-Belt Valletta. Fid-9.15 a.m. tibda l-Quddiesa tal-Festa mmexxija mill-E.T. Mons. Pawl Cremona O.P., Arċisqof ta’ Malta, bis-sehem tar-reliġjużi Karmelitani u Karmelitani Skalzi, u fis-6.45 p.m. toħroġ il-Purċissjoni-pellegrinaġġ mat-toroq tal-Belt bil-vara tal-Madonna tal-Karmnu.
17 ta’ Lulju
• Tifkira tal-Beata Tereża ta’ S. Wistin u Sħabha, Verġni u Martri.
Hekk kif ir-Rivoluzzjoni Franċiża bdiet tidher ixxaqleb għall-agħar, is-sittax-il Karmelitana Tereżjana tal-monasteru ta’ l-Inkarnazzjoni ta’ Compiegne offrew lilhom infushom bħala vittma ta’ sagrifiċċju lil Alla, biex iberrdu l-ġustizzja divina u jaqilgħu l-paċi għall-Knisja. Fl-24 ta’ Ġunju 1794 ġew maqbuda u mkaxkrin il-ħabs, fejn għaġġbu lill-oħrajn bil-ferħ ta’ l-ispirtu u t-telqa sħiħa tagħhom f’Alla, waqt li bdew iħeġġu lill-ħabsin kollha jimtlew bil-qawwa billi jemmnu fl-imħabba ta’ Alla. Ġew ikkundannati għall-mewt minħabba l-fedeltà sħiħa tagħhom lejn il-Knisja u lejn il-ħajja reliġjuza, kif ukoll minħabba d-devozzjoni kbira li kellhom lejn il-Qalb ta’ Ġesù u ta’ Marija. Fis-17 ta’ Lulju 1794, wara li ġeddu l-wegħdiet tal-Professjoni Reliġjuża f’idejn Tereża ta’ Santu Wistin, flimkien magħha ġew maqtula f’Pariġi waqt li bdew ikantaw innijiet lil Alla u lill-Madonna.
20 ta’ Lulju
• Solennità ta’ Sant’ Elija Profeta, Missier l-Ordni u Protettur tal- Provinċja Karmelitana Maltija.
Fil-Kotba Mqaddsa Elija l-Profeta jidher bħala l-bniedem ta’ Alla li dejjem qagħad quddiem il-Mulej u ssielet bl-akbar ħeġġa għall-qima ta’ Alla veru u waħdieni. Huwa ħares id-drittijiet ta’ Alla quddiem il-poplu kollu f’taqbida kbira fuq l-Għolja tal-Karmel; u fuq il-muntanja Ħoreb ngħata l-esperjenza intima ta’ Alla l-Ħaj. L-ewwel irħieb, li fis-seklu tnax ġeddu l-għamla ta’ ħajja reliġjuża f’ġieħ il-Verġni Marija fuq l-Għolja tal-Karmel, imxew fuq it-tradizzjoni monastika billi ħarsu lejn dan il-Profeta kbir biex ifasslu ħajjithom fuq tiegħu, waqt li jagħtu qima speċjali lil Omm Alla. (Ara: 1, 2, 3, 4)
22 ta’ Lulju
• Ċelebrazzjoni tal-festa tal-Madonna tal-Karmnu fl-Imdina.
24 ta’ Lulju
• Tifkira tal-Beatu Ġwann Soreth, Saċerdot.
Twieled f’Caen fin-Normandija fl-1394 u f’żgħożitu daħal fl-Ordni Karmelitan. F’Pariġi ħa l-lawrja ta’ Duttur fit-Teoloġija; laħaq Prefett ta’ l-istudji u mbagħad Provinċjal ta’ Franza. Fl-1451 intgħażel Pirjol Ġenerali ta’ l-Ordni Karmelitan, u hekk baqa’ sa mewtu li ġrat f’Angers fl-1471. Ħadem ħafna biex ixerred u jġedded l-osservanza reliġjuża, kiteb kummentarju mill-isbaħ fuq ir-Regula, ġedded u xandar il-Kostituzzjonijiet fl-1462; għen ħafna fit-twaqqif tas-Sorijiet Karmelitani u fit-tixrid tat-Terz Ordni.
26 ta’ Lulju
• Tifkira ta’ Sant’Anna u S. Ġwakkin, ġenituri tal-Verġni Marija, Protetturi ta’ l-Ordni Karmelitan.
Skond tradizzjoni antika sa mis-seklu 2, dawn kienu l-ismijiet tal-ġenituri tal-Verġni Marija. Fis-seklu 6, Sant’Anna kienet ġa meqjuma fil-Lvant, u fis-seklu 10 l-kult tagħha xtered fil-Punent ukoll, waqt li dak ta’ S. Ġwakkin hu aktar riċenti. L-Ordni Karmelitan hu Ordni kollu kemm hu Marjan u mqiegħed taħt il-patroċinju tal-Verġni Marija. Għalhekk iqim ukoll lil Sant’Anna u San Ġwakkin bħala protetturi sekondarji tiegħu flimkien ma’ S. Ġużepp, li hu l-protettur prinċipali, minħabba li huma lkoll qraba tal-Verġni Marija.
27 ta’ Lulju
• Tifkira tal-Beatu Titu Brandsma, Saċerdot u Martri.
Twieled fir-raħal ta’ Bolsward fl-Olanda fl-1881. Daħal fl-Ordni Karmelitan, u fl-1905 ġie ordnat saċerdot. Wara li għallem liż-żgħażagħ ta’ art twelidu f’għadd ta’ skejjel, inħatar professur tal-filosofija u ta’ l-istorja tat-teoloġija mistika fl-Università Kattolika ta’ Nijmegen, li tagħha mbagħad laħaq ukoll Rettur Manifiku. Kien ħabrieki fil-ġurnaliżmu, hekk li fl-1935 l-Isqfijiet għażluh bħala Kunsillier għall-ġurnalisti kattoliċi ta’ l-Olanda. Dejjem imħejji biex igħin f’kollox u lil kulħadd, żamm ruħu fidil għat-tagħlim ta’ l-Evanġelju, l-aktar waqt l-okkupazzjoni nażista ta’ art twelidu. Tqabad kontra l-ideoloġija tan-nażi bit-tixrid ta’ l-istampa t-tajba, l-aktar biex iħares il-libertà ta’ l-iskejjel kattoliċi. Minħabba f’hekk ġie arrestat. Mibgħut f’ħabs wara ieħor, kull ħin kien ta’ faraġ u għajnuna lill-ħabsin sħabu, sakemm ħaduh lejn il-kamp ta’ konċentrament ta’ Dachau, fejn qatluh fis-26 ta’ Lulju 1942. (Ara)
• Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, Fleur-de-lys: Irtir tax-xahar għat-Terzjarji Karmelitani f’waħda mill-knejjes tal-Parroċċa.
29 ta’ Lulju
• Ċelebrazzjoni tal-festa tal-Madonna tal-Karmnu fil-Parroċċa tal-Balluta.
• Ċelebrazzjoni tal-festa ta’ Santa Venera fil-Parroċċa ta’ Santa Venera.
• Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu, Valletta: Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani rġiel.
AWISSU 2007
1 ta’ Awissu
• Knisja Parrokkjali tal-Madonna tal-Karmnu, il-Gżira: Laqgħa u Quddiesa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Knisja tal-Madonna s-Samra, il-Ħamrun: Fit-3.45pm Rużarju, Talb mir-Regula, Quddiesa u Konferenza għat-Terzjarji Karmelitani.
• Knisja tal-Madonna tal-Karmnu, l-Imdina: Fl-4.30pm Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Parroċċa ta’ Santa Katarina, iż-Żurrieq: Fil-5.00pm Laqgħa u Quddiesa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Knisja Parrokkjali ta’ San Ġużepp, l-Imsida: Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Knisja Parrokkjali ta’ Santa Venera, Santa Venera: Fil-5.15pm Għasar, Konferenza, Rużarju u Quddiesa għat-Terzjarji Karmelitani.
2 ta’ Awissu
• Kappella ta’ Casa San Pietro, Ħal Lija: Fit-8.00am Laqgħa u Quddiesa għat-Terzjarji Karmelitani.
3 ta’ Awissu
• Knisja Parrokkjali Kolleġġjata ta’ San Pawl, ir-Rabat: Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani fl-Oratorju tal-Karmnu.
5 ta’ Awissu
• Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, il-Balluta: Laqgħa u Quddiesa għall-irġiel u koppji Terzjarji Karmelitani fiċ-Ċentru Parrokkjali.
• Fl-okkażjoni ta’ għeluq is-700 sena mill-mewt ta’ Sant’Albert ta’ Trapani, Karmelitan, se ssir Quddiesa Solenni fil-knisja parrokkjali tal-Madonna tal-Karmnu fil-Fgura fis-6.30 p.m.
6 ta’ Awissu
• Knisja tal-Madonna tal-Ħerba, B’Kara: Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani: Fl-4.45pm Rużarju, Talb mir-Regula, Quddiesa u Konferenza.
• Parroċċa tal-Madonna tal-Grazzja, Ħaż-Żabbar: Fis-6.00pm Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, il-Balluta: Laqgħa u Quddiesa għan-nisa Terzjarji Karmelitani fiċ-Ċentru Parrokkjali.
7 ta’ Awissu
• Festa ta’ Sant’Albert ta’ Trapani, Saċerdot. Albertu twieled fit-13-il seklu fi Trapani, Sqallija. Ta’ età zgħira daħal fl-Ordni Karmelitan fejn kien magħruf għall-predikazzjoni u għall-mirakli tiegħu. Fl-1296 sar Provinċjal ta’ Sqallija u miet f’Messina madwar is-sena 1307. Għadda ħajja magħquda ma’ Alla bit-talb u b’ħajja ta’ safa. Matul din is-sena qegħdin isiru ċelebrazzjonijiet f’għeluq is-700 mill-mewt ta’ Sant’Albert, l-ewwel qaddis Karmelitan. (Ara)
• Kappella ta’ Santa Luċija, in-Naxxar: Laqgħa u Quddiesa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu, Valletta: Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani nisa.
9 ta’ Awissu
• Festa ta’ Santa Tereża Benedetta tas-Salib, Martri u Patruna ta’ l-Ewropa. Twieldet Breslau fit-12 ta’ Ottubru 1891 mill-familja Lhudija Stein u tawha l-isem ta’ Edith. Fittxet bl-akbar ħerqa l-verità fl-istudji għolja tal-Filosofija, imma sabitha fil-qari tal-Ktieb tal-Ħajja ta’ S. Tereża ta’ Ġesù. Fl-1922 tgħammdet fil-Knisja Kattolika u fl-1933 daħlet mal-Karmelitani Skalzi ta’ Cologne. Mietet martri għall-fidi nisranija fil-kamp ta’ konċentrament ta’ Auschwitz, fejn ġiet mitfugħa f’kamra tal-gass u maħruqa fid-9 ta’ Awissu 1942. Kienet offriet lilha nfisha bħala debħa għall-poplu ta’ Iżrael. Mara ta’ moħħ miftuħ, kif ukoll ta’ għerf kbir, ħalliet bosta kitbiet ta’ tagħlim mill-aqwa u ta’ spiritwalità għolja.
• Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, il-Fgura: Fis-7.00pm Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani.
10 ta’ Awissu
• Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, il-Fgura: Fid-9.00am Lectio Divina għat-Terzjarji Karmelitani.
12 ta’ Awissu
• Tifkira tal-Beatu Isidor Bakanja, Martri. Twieled bejn l-1880 u l-1890 f’Bokendela (Kongo), mit-tribù ta’ Boangi. Sa minn meta kien għadu tifel, biex jgħix kellu jaħdem fil-bini jew fl-għelieqi. Sar nisrani fl-1906. Waqt li kien qed jaħdem fl-għelieqi tal-kolonjalizzaturi f’Ikili, dak li kien qed iħaddmu pprojbielu li jikkonverti lil sħabu l-ħaddiema għar-reliġjon nisranija. Fit-22 ta’ April 1909, il-kap tal-ħaddiema, wara li neħħielu bl-herra l-Labtu tal-Madonna tal-Karmnu, li Isidoru kien iġib fuqu bħala sinjal tal-fidi nisranija tiegħu, tah xebgħa frosta għall-mewt. Konsegwenza tal-feriti li qala’ minħabba t-twemmin tiegħu, wara li ġarrhom bl-akbar rassenjazzjoni u maħfra lil min għamilhomlu, miet fil-15 ta’ Awissu ta’ l-istess sena. Kien beatifikat minn Ġwanni Pawlu II fl-24 ta’ April 1994.
13 ta’ Awissu
• Parroċċa ta’ Santa Katarina, iż-Żejtun: Fil-5.30pm Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani.
14 ta’ Awissu
• Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, Fleur-de-lys: Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani.
15 ta’ Awissu
• Solennità tal-Verġni Maddsa Marija Mtellgħa fis-Sema. Bi grazzja speċjali, Alla ried li dak li għad jiġri fl-aħħar jum lil dawk li jmutu fi Kristu, iseħħ sa mill-bidu tal-mewt tagħha f’dik li emmnet li jseħħ kull ma bagħat igħidilha l-Muelj. Huwa twemmin sod tal-Knisja, imwettaq bħala domma tal-fidi mill-Papa Piju XII fl-1 ta’ Novembru 1950, li l-Omm ta’ Alla Marija, Immakulata u dejjem Verġni, kellha mill-bidu tgawdi l-frott tal-fidwa ta’ Kristu, billi wara mewtha ma tarx it-taħsir ta’ ġisimha, iżda tkun meħuda bir-ruħ u l-ġisem fil-glorja tal-ġenna. F’Marija mtellgħa s-sema bir-ruħ u l-ġisem, aħna l-insara naraw rahan kbir ta’ tama mill-aktar qawwija li dak li Alla għamel ma’ l-ewwel nisranija għad ukoll jagħmlu magħna li bħalha nemmnu u ngħixu skond dak li ntqal lilna min-naħa tal-Mulej. (Ara 1, 2)
17 ta’ Awissu
• Tifkira tal-Beatu Anġlu Mazzinghi, Saċerdot.
Twieled f’Firenze (Italja), jew fl-inħawi tagħha, madwar is-sena 1386. Kien ta’ l-ewwel li mexa wara r-riforma msejħa “S. Maria delle Selve” fl-Ordni Karmelitan. Iktar minn darba ġie mlaħħaq Pirjol f’ħafna kunventi ta’ l-Ordni. Iddedika ħajtu għall-predikazzjoni tal-Kelma ta’ Alla. Miet f’Firenze fl-1438.
25 ta’ Awissu
• Tifkira tal-Beata Marija ta’ Ġesù Msallab, Verġni. Mariam Baouardy twieldet f’Abellin tal-Galilea, l-Art Imqaddsa, fil-5 ta’ Jannar 1846 minn familja kattolika ta’ rit grieg-melkita. Fl-1867 daħlet mas-sorijiet Karmelitani Skalzi tal-klawsura fil-belt ta’ Pau, Franza. Tlett snin wara kienet mibgħuta l-Indja flimkien ma’ xi sorijiet oħra biex iwaqqfu kunvent ġdid f’Mangalore. Fl-1872 Sor Marija ta’ Ġesù Msallab irritornat Franza minn fejn wara tliet snin marret ma’ grupp ieħor ta’ sorijiet biex iwaqqfu kunvent f’Betlem. Mietet fl-istess monasteru fis-26 ta’ Awissu 1878.Tibqa’ magħrufa għad-doni sopranaturali li kellha, b’mod speċjali għall-umiltà, id-devozzjoni lejn l-Ispirtu s-Santu u l-imħabba tagħha lejn il-Knisja u l-Papa.
26 ta’ Awissu
• Tifkira tal-Beatu Jacques Retouret, Saċerdot u Martri. Il-Beatu Jacques Retouret (1746-1794) jagħmel parti minn grupp ta’ 64 saċerdot, li jirrappreżentaw mijjiet ta’ saċerdoti u reliġjużi oħra, meħudin u mitfugħin bħall-annimali fuq vapuri mibdula f’ħabsijiet fil-bajja ta’ Rochefort, Franza, matul l-agħar żmien tar-Rivoluzzjoni Franċiza. Il-Beatu Jacques, meta sar jaf bil-falsità tal-ġurament lejn il-Kostituzzjoni Ċivili min-naħa tal-kleru, wera bil-miftuħ in-nuqqas ta’ qbil tiegħu mal-Kostituzzjoni l-ġdida bil-konsegwenza li ġie meqjus għadu tal-poplu li kien qdieh bħala reliġjuż osservanti u predikatur mill-aqwa fil-kunvent tiegħu ta’ Limoges. Wara tbatijiet l-aktar ħarxa u nuqqas ta’ għajnuna spiritwali, magħkus l-aktar minħabba l-bard, il-Beatu Jacques miet bl-pesta fis-26 ta’ Awissu 1794 u midfun fuq il-gżira ta’ Madame.
• Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu, Valletta: Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani rġiel.
30 ta’ Awissu
• Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, Fleur-de-lys: Irtir tax-xahar għat-Terzjarji Karmelitani f’waħda mill-knejjes tal-Parroċċa.
SETTEMBRU 2007
1 ta’ Settembru
• Tifkira ta’ Santa Tereża Margerita Redi tal-Qalb ta’ Ġesù, Verġni.
Twieldet fl-1747 f’Arezzo, it-Toskana (l-Italja), mill-familja nobbli Redi. Fl-1 ta’ Settembru 1764 daħlet fil-monasteru tas-sorijiet Karmelitani Skalzi f’Firenze. Għaddiet ħajjitha f’kontemplazzjoni kontinwa mnebbħa mill-kliem ta’ l-Appostlu Ġwanni: “Alla hu mħabba”. Kienet tħobb il-ħajja moħbija fl-imħabba lejn Alla u fil-penitenza. Imxiet fit-triq tal-perfezzjoni billi qdiet b’mod erojku u mingħajr waqfien lil ħutha s-sorijiet. Mietet f’Firenze fl-1770.
2 ta’ Settembru
• Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, il-Balluta: Laqgħa u Quddiesa għall-irġiel u koppji Terzjarji Karmelitani fiċ-Ċentru Parrokkjali.
3 ta’ Settembru
• Knisja tal-Madonna tal-Ħerba, B’Kara: Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani: Fl-4.45pm Rużarju, Talb mir-Regula, Quddiesa u Konferenza.
• Parroċċa tal-Madonna tal-Grazzja, Ħaż-Żabbar: Fis-6.00pm Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, il-Balluta: Laqgħa u Quddiesa għan-nisa Terzjarji Karmelitani fiċ-Ċentru Parrokkjali.
4 ta’ Settembru
• Kappella ta’ Santa Luċija, in-Naxxar: Laqgħa u Quddiesa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu, Valletta: Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani nisa.
5 ta’ Settembru
• Knisja Parrokkjali tal-Madonna tal-Karmnu, il-Gżira: Laqgħa u Quddiesa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Knisja tal-Madonna s-Samra, il-Ħamrun: Fit-3.45pm Rużarju, Talb mir-Regula, Quddiesa u Konferenza għat-Terzjarji Karmelitani.
• Knisja tal-Madonna tal-Karmnu, l-Imdina: Fl-4.30pm Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Parroċċa ta’ Santa Katarina, iż-Żurrieq: Fil-5.00pm Laqgħa u Quddiesa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Knisja Parrokkjali ta’ San Ġużepp, l-Imsida: Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Knisja Parrokkjali ta’ Santa Venera, Santa Venera: Fil-5.15pm Għasar, Konferenza, Rużarju u Quddiesa għat-Terzjarji Karmelitani.
6 ta’ Settembru
• Kappella ta’ Casa San Pietro, Ħal Lija: Fit-8.00am Laqgħa u Quddiesa għat-Terzjarji Karmelitani.
7 ta’ Settembru
• Knisja Parrokkjali Kolleġġjata ta’ San Pawl, ir-Rabat: Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani fl-Oratorju tal-Karmnu.
10 ta’ Settembru
• Parroċċa ta’ Santa Katarina, iż-Żejtun: Fil-5.30pm Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani.
11 ta’ Settembru
• Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, Fleur-de-lys: Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani.
13 ta’ Settembru
• Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, il-Fgura: Fis-7.00pm Lectio Divina għat-Terzjarji Karmelitani.
14 ta’ Settembru
• Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, il-Fgura: Fid-9.00am Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani.
17 ta’ Settembru
• Festa ta’ Sant’Albert ta’ Ġerusalemm, Isqof u Leġislatur.
Twieled madwar is-seklu tnax f’Castel Gualtieri, l-Italja ta’ Fuq. Talab li jkun magħdud fost il-Kanonċi Regulari ta’ Santa Croce di Mortara fejn fl-1180 laħaq Pirjol. Erba’ snin wara ġie mibgħut bħala Patrijarka f’Ġerusalemm fejn, bil-kelma u bl-eżempju, wera ruħu bħala ragħaj għat-tixrid tal-paċi. Matul iż-żmien tal-Patrijarkat tiegħu, jiġifieri mill-1206 sa l-1214, hu kiteb għall-eremiti li kienu jinsabu fuq l-għolja tal-Karmelu, ir-Regula (ara 1,2,3). Ġie maqtul fl-14 ta’ Settembru 1214.
27 ta’ Settembru
• Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, Fleur-de-lys: Irtir tax-xahar għat-Terzjarji Karmelitani f’waħda mill-knejjes tal-Parroċċa.
30 ta’ Settembru
• Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu, Valletta: Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani rġiel.
OTTUBRU 2007
1 ta’ Ottubru
• Festa ta’ Santa Tereża tal-Bambin Ġesù, Verġni u Duttur tal-Knisja.
Twieldet f’Alençon, Franza, fl-1873. Ta’ età żgħira daħlet fil-monasteru ta’ Lisieux fejn għexet b’mod waħdieni l-umiltà u t-tagħlim evenġeliku u wriet fiduċja kbira f’Alla. Kienet tisħaq mingħajr waqfien dwar il-virtù fuq in-novizzi, permezz tal-kelma u ta’ l-eżempju. Mietet fit-30 ta’ Settembru tas-sena 1897, toffri ħajjitha għall-qdusija ta’ l-insara u tal-membri tal-Ġisem Mistiku ta’ Kristu. (Ara)
• Knisja tal-Madonna tal-Ħerba, B’Kara: Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani: Fl-4.45pm Rużarju, Talb mir-Regula, Quddiesa u Konferenza.
• Parroċċa tal-Madonna tal-Grazzja, Ħaż-Żabbar: Fis-6.00pm Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, il-Balluta: Laqgħa u Quddiesa għan-nisa Terzjarji Karmelitani fiċ-Ċentru Parrokkjali.
• Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, il-Fgura: Fl-okkażjoni tal-Ġublew Karmelitan 2007 se ssir konferenza bit-tema Il-Familja Karmelitana: ftit storja.
2 ta’ Ottubru
• Kappella ta’ Santa Luċija, in-Naxxar: Laqgħa u Quddiesa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu, Valletta: Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani nisa.
• Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, il-Balluta: Fl-okkażjoni tal-Ġublew Karmelitan 2007 se ssir konferenza bit-tema Il-Familja Karmelitana: ftit storja.
3 ta’ Ottubru
• Knisja Parrokkjali tal-Madonna tal-Karmnu, il-Gżira: Laqgħa u Quddiesa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Knisja tal-Madonna s-Samra, il-Ħamrun: Fit-3.45pm Rużarju, Talb mir-Regula, Quddiesa u Konferenza għat-Terzjarji Karmelitani.
• Knisja tal-Madonna tal-Karmnu, l-Imdina: Fl-4.30pm Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Parroċċa ta’ Santa Katarina, iż-Żurrieq: Fil-5.00pm Laqgħa u Quddiesa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Knisja Parrokkjali ta’ San Ġużepp, l-Imsida: Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Knisja Parrokkjali ta’ Santa Venera, Santa Venera: Fil-5.15pm Għasar, Konferenza, Rużarju u Quddiesa għat-Terzjarji Karmelitani.
4 ta’ Ottubru
• Kappella ta’ Casa San Pietro, Ħal Lija: Fit-8.00am Laqgħa u Quddiesa għat-Terzjarji Karmelitani.
5 ta’ Ottubru
• Knisja Parrokkjali Kolleġġjata ta’ San Pawl, ir-Rabat: Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani fl-Oratorju tal-Karmnu.
6 ta’ Ottubru
• Knisja Parrokkjali ta’ Santa Venera: Fl-okkażjoni tal-Ġublew Karmelitan 2007 se ssir ċelebrazzjoni għat-tfal.
7 ta’ Ottubru
● Tifkira tal-Verġni Mqaddsa Marija tar-Rużarju.
Din il-festa riedha l-Papa San Piju V b’radd ta’ ħajr lill-Madonna tar-rebħa ta’ l-insara fuq it-Torok fil-battalja navali f’Lepanto fis-sena 1571. Minkejja li t-Torok kienu mirbuħin f’Malta fl-1565, iżda l-qawwiet Torok kienu għadhom b’saħħithom biex jheddu l-Ewropa tal-Punent. Għalhekk il-Papa ħeġġeġ is-slaten insara biex jiġbru flotta qawwija biex jeqirdu l-flotta Torka. Il-Papa ried jafda r-rebħa f’idejn il-Madonna u għalhekk ried li l-fratellanzi tar-Rużarju f’Ruma jiċċelebraw b’solennità kbira dik is-sena l-festa tar-Rużarju li kienet issir fl-ewwel Ħadd ta’ Ottubru. Dik is-sena il-Papa ħa sehem fil-purċissjoni u, mnebbaħ mis-sema, ħabbar ir-rebħa ta’ l-insara u ried li tibqa’ mfakkra kull sena din il-grazzja kbira li l-Omm ta’ Alla qalgħet mingħand Binha Ġesù għall-poplu nisrani.
Il-Papa Girgor XIII bl-ittra Appostolika Monet Apostolus ta’ l-1 ta’ April 1573 ried li f’kull knisja fejn kien hemm kappella jew altar tar-Rużarju tibda ssir il-festa tal-Madonna tar-Rużarju. Il-Papa Klement XI ta permess biex il-festa ssir fl-artijiet kollha ta’ Spanja u f’għadd ta’ pajjiżi oħra. Il-Papa Klement XII daħħal il-festa fil-Kalendarju tal-Knisja Universali. Il-Papa San Piju X iffissa d-data tal-festa fis-7 ta’ Ottubru, jum li fih seħħet ir-rebħa ta’ Lepanto.
F’bosta knejjes f’Malta nsibu diversi fratellanzi tar-Rużarju u artali ddedikati lil Madonna taħt dan it-titlu. Fl-1571 meta seħħet il-battalja ta’ Lepanto, fil-Knisja tal-Lunzjata tal-Birgu kien diġa’ hemm fratellanza tar-Rużarju. (Ara)
• Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, il-Balluta: Laqgħa u Quddiesa għall-irġiel u koppji Terzjarji Karmelitani fiċ-Ċentru Parrokkjali.
8 ta’ Ottubru
• Parroċċa ta’ Santa Katarina, iż-Żejtun: Fil-5.30pm Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, Fleur-de-Lys: Fl-okkażjoni tal-Ġublew Karmelitan 2007 se ssir konferenza bit-tema Il-Familja Karmelitana: ftit storja.
9 ta’ Ottubru
• Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, Fleur-de-lys: Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani.
10 ta’ Ottubru
• Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, il-Fgura: Fl-okkażjoni tal-Ġublew Karmelitan 2007 se ssir konferenza bit-tema Il-Familja Karmelitana: ftit storja.
12 ta’ Ottubru
• Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, il-Balluta: Fl-okkażjoni tal-Ġublew Karmelitan 2007 se ssir konferenza bit-tema Ir-Regola Karmelitana.
14 ta’ Ottubru
• Festa tal-Madonna tal-Karmnu fil-Knisja Parrokkjali ta’ Santa Venera.
In-novena bi tħejjija għall-festa tibda fil-4 ta’ Ottubru. Matul dawn il-jiem se jkun hemm diversi ċelebrazzjoniijet. Il-festa tilħaq il-qofol tagħha l-Ħadd, 14 ta’ Ottubru. Fil-għaxija, il-Provinċjal, P. Alexander Vella, imexxi Quddiesa Solenni u wara jsir pellegrinaġġ bl-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu.
15 ta’ Ottubru
• Festa ta’ Santa Tereża ta’ Ġesù, Verġni u Duttur tal-Knisja.
Twieldet f’Avila, Spanja, fl-1515. Daħlet fl-Ordni Karmelitan fejn għamlet passi kbar fit-triq tal-perfezzjoni u kellha rivelazzjonijiet mistiċi. Ħadmet ħafna għar-riforma ta’ l-Ordni, u wara li sofriet bosta tbatijiet, irnexxielha b’kuraġġ kbir tegħleb kull diffikultà. Kitbet ħafna opri ta’ tagħlim għoli mgħejjuna mill-istess esperjenza personali li kellha. Mietet f’Alba de Tormes fl-1582. (Ara)
• Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, Fleur-de-Lys: Fl-okkażjoni tal-Ġublew Karmelitan 2007 se ssir konferenza bit-tema Ir-Regola Karmelitana.
16 ta’ Ottubru
• Parroċċa ta’ Santa Venera: Fl-okkażjoni tal-Ġublew Karmelitan 2007 se ssir konferenza bit-tema Il-Familja Karmelitana: ftit storja.
17 ta’ Ottubru
• Santwarju ta’ Santa Tereża, Birkirkara: Kungress tat-Terzjarji Karmelitani u tas-Sekulari Tereżjani.
• Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, il-Fgura: Fl-okkażjoni tal-Ġublew Karmelitan 2007 se ssir konferenza bit-tema Imsejħin biex ningħaqdu ma’ Alla u ninbidlu fih.
19 ta’ Ottubru
• Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, il-Balluta: Fl-okkażjoni tal-Ġublew Karmelitan 2007 se ssir konferenza bit-tema Imsejħin biex ningħaqdu ma’ Alla u ninbidlu fih.
22 ta’ Ottubru
• Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, Fleur-de-Lys: Fl-okkażjoni tal-Ġublew Karmelitan 2007 se ssir konferenza bit-tema Imsejħin biex ningħaqdu ma’ Alla u ninbidlu fih.
23 ta’ Ottubru
• Parroċċa ta’ Santa Venera: Fl-okkażjoni tal-Ġublew Karmelitan 2007 se ssir konferenza bit-tema Ir-Regola Karmelitana.
24 ta’ Ottubru
• Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, il-Fgura: Fl-okkażjoni tal-Ġublew Karmelitan 2007 se ssir konferenza bit-tema ... permezz tat-talb.
25 ta’ Ottubru
• Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, Fleur-de-lys: Irtir tax-xahar għat-Terzjarji Karmelitani f’waħda mill-knejjes tal-Parroċċa.
26 ta’ Ottubru
• Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, il-Fgura: Fis-7.00pm Lectio Divina għat-Terzjarji Karmelitani.
• Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, il-Balluta: Fl-okkażjoni tal-Ġublew Karmelitan 2007 se ssir konferenza bit-tema ... permezz tat-talb.
28 ta’ Ottubru
• Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu, Valletta: Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani rġiel.
29 ta’ Ottubru
• Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, Fleur-de-Lys: Fl-okkażjoni tal-Ġublew Karmelitan 2007 se ssir konferenza bit-tema ... permezz tat-talb.
30 ta’ Ottubru
• Parroċċa ta’ Santa Venera: Fl-okkażjoni tal-Ġublew Karmelitan 2007 se ssir konferenza bit-tema Imsejħin biex ningħaqdu ma’ Alla u ninbidlu fih.
31 ta’ Ottubru
• Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, il-Fgura: Fl-okkażjoni tal-Ġublew Karmelitan 2007 se ssir konferenza bit-tema ... għall-bini tal-Knisja.
NOVEMBRU 2007
1-30 ta’ Novembru
• Matul ix-xahar ta’ Novembru l-kannierja tal-Knisja tal-Karmnu fl-Imdina se tkun miftuha:
- mill-1 sa l-4 ta' Novembru mis-7.00am sas-6.00pm;
- kull nhar ta' Ħadd mis-6.00am sad-9.00am;
- kull nhar ta’ Erbgħa mis-7.00am sas-6.00pm;
- il-Ġimgħa 2 ta’ Novembru jkun hemm Quddiesa fil-5.30pm;
- kull nhar ta' Tnejn jkun hemm Quddiesa fil-5.30pm.
• Kappella ta’ Casa San Pietro, Ħal Lija: Fit-8.00am Laqgħa u Quddiesa għat-Terzjarji Karmelitani.
2 ta’ Novembru
• Knisja Parrokkjali Kolleġġjata ta’ San Pawl, ir-Rabat: Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani fl-Oratorju tal-Karmnu.
4 ta’ Novembru
• Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, il-Balluta: Laqgħa u Quddiesa għall-irġiel u koppji Terzjarji Karmelitani fiċ-Ċentru Parrokkjali.
5 ta’ Novembru
• Tifkira tal-Beata Franġiska D’Amboise, Reliġjuża.
Twieldet fis-sena 1427, x’aktarx f’Thouars, Franza. Wara l-mewt ta’ żewġha, Pietru II, Duka tal-Bretanja, hija kellha taħditiet spiritwali mal-Beatu Ġwanni Soreth, Ġeneral tal-Karmelitani. Fuq parir tiegħu libset l-abitu ta’ l-Ordni u daħlet soru fil-monasteru ta’ Nantes fejn għaddiet parti kbira minn ħajjitha. Bħala superjura ħadmet bis-sħiħ għall-formazzjoni ta’ ħutha s-sorijiet. Hija meqjusa bħala l-fundattriċi tas-sorijiet Karmelitani fi Franza. Mietet fis-sena 1485.
• Knisja tal-Madonna tal-Ħerba, B’Kara: Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani: Fl-4.45pm Rużarju, Talb mir-Regula, Quddiesa u Konferenza.
• Parroċċa tal-Madonna tal-Grazzja, Ħaż-Żabbar: Fis-6.00pm Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, il-Balluta: Laqgħa u Quddiesa għan-nisa Terzjarji Karmelitani fiċ-Ċentru Parrokkjali.
• Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, Fleur-de-Lys: Fl-okkażjoni tal-Ġublew Karmelitan 2007 se ssir konferenza bit-tema ... għall-bini tal-Knisja.
6 ta’ Novembru
• Tifkira tal-Beatu Nonju Alvarez Pereira, Reliġjuż.
Twieled fis-sena 1360 u għal ħafna snin ħadem għall-indipendenza tal-Portugal sakemm laħaq il-quċċata tal-karriera militari tiegħu fl-Ordni tal-Kavallieri ta’ Malta. Wara li mietet martu, fl-1423 daħal reliġjuż Karmelitan fil-kunvent imwaqqaf minnu stess f’Lisbona. Ried igħaddi ħajtu jaqdi u jservi lill-oħrajn. Ħa l-isem ta’ Fra Nonju ta’ Santa Marija u miet fl-istess kunvent fl-1431. Ta eżempju lil kulħadd ta’ ħajja ta’ talb, penitenza u devozzjoni filjali lejn il-Verġni Marija.
• Kappella ta’ Santa Luċija, in-Naxxar: Laqgħa u Quddiesa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu, Valletta: Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani nisa.
7 ta’ Novembru
• Knisja Parrokkjali tal-Madonna tal-Karmnu, il-Gżira: Laqgħa u Quddiesa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Knisja tal-Madonna s-Samra, il-Ħamrun: Fit-3.45pm Rużarju, Talb mir-Regula, Quddiesa u Konferenza għat-Terzjarji Karmelitani.
• Knisja tal-Madonna tal-Karmnu, l-Imdina: Fil-5.00pm Laqgħa dwar l-ispiritwalità Karmelitana.
• Parroċċa ta’ Santa Katarina, iż-Żurrieq: Fil-5.00pm Laqgħa u Quddiesa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Knisja Parrokkjali ta’ San Ġużepp, l-Imsida: Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Knisja Parrokkjali ta’ Santa Venera, Santa Venera: Fil-5.15pm Għasar, Konferenza, Rużarju u Quddiesa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, il-Balluta: Fl-okkażjoni tal-Ġublew Karmelitan 2007 se ssir konferenza bit-tema ... għall-bini tal-Knisja.
• Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, il-Fgura: Fl-okkażjoni tal-Ġublew Karmelitan 2007 se ssir konferenza bit-tema ... fuq l-eżempju ta’ Marija, Elija, u l-Qaddisin Karmelitani.
8 ta’ Novembru
• Tifkira tal-Beata Eliżabetta tat-Trinità, Verġni.
Eliżabetta Catez tat-Trinità twieldet fl-1880 fid-djoċesi ta’ Bourges, Franza. Fl-1901 daħlet fil-monasteru tas-sorijiet Karmelitani Skalzi ta’ Dijon. Hemmhekk għamlet il-professjoni reliġjuża fl-1903 u fl-1906 ittajret “lejn id-dawl, l-imħabba u l-ħajja” ta’ l-Għarus Divin tagħha. Għarfet tadura lil Alla fl-ispirtu u l-verità tant li ħajjitha kienet “tifħir u glorja” lit-Trinità Qaddisa preżenti f’ruħha u li hija għarfet tħobb ukoll fil-waqtiet ta’ dlam ġewwieni u mard qalil. Fil-misteru ta’ l-inabitazzjoni divina hija sabet “is-sema fl-art”: din kienet il-karizma speċjali u l-missjoni tagħha għall-Knisja. (Ara)
9 ta’ Novembru
• Ċentru Familja Karmelitana, Fleur-de-Lys: Fl-okkażjoni tal-Ġublew Karmelitan 2007 se ssir ċelebrazzjoni għaż-żgħażagħ u l-adoloxxenti fis-7.30 p.m.
13 ta’ Novembru
• Tifkira tal-Beata Marija Tereża Scrilli, Verġni.
Marija Tereża twieldet fil-15 ta’ Mejju 1825 fir-raħal ta’ Montevarchi (Arezzo), fl-Italja. Saret Terzjarja Karmelitana u bdiet taħdem għall-edukazzjoni tat-tfajliet fqar tar-raħal tagħha. Fl-1854 hija waqqfet Kongregazzjoni tas-Sorijiet (Istituto di Nostra Signora del Carmelo) li kienet affiljata ma' l-Ordni Karmelitan fil-31 ta' Marzu 1929. Il-ħidma ta' Suor Marija Tereża ħalliet frott kbir għax illum il-Kongregazzjoni tagħha tinsab preżenti fl-Istati Uniti, Kanada, Polonja, Indja, Brażil u fir-Reppubblika Ċeka. Il-Fundatriċi mietet fl-14 ta’ Novembru 1889 u kienet dikjaratha Beata fit-8 ta’ Ottubru 2006.
• Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, Fleur-de-lys: Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani.
• Parroċċa ta’ Santa Venera: Fl-okkażjoni tal-Ġublew Karmelitan 2007 se ssir konferenza bit-tema ... għall-bini tal-Knisja.
• Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, Fleur-de-Lys: Fl-okkażjoni tal-Ġublew Karmelitan 2007 se ssir konferenza bit-tema ... fuq l-eżempju ta’ Marija, Elija, u l-Qaddisin Karmelitani.
14 ta’ Novembru
• Festa tal-Qaddisin kollha ta’ l-Ordni Karmelitan.
Nifirħu llum fil-Mulej, aħna u nagħmlu l-festa tal-Qaddisin kollha ta’ l-Ordni Karmelitan, li taħt il-ħarsien tal-Verġni Marija, Fjur tal-Karmelu u Sultana ħanina, imxew bil-ħeffa fit-triq tal-perfezzjoni u llum qed isaltnu għal dejjem fis-sema. Bil-festa tagħhom jifirħu l-Anġli u jfaħħru l-Iben ta’ Alla.
• Knisja tal-Madonna tal-Karmnu, l-Imdina: Fil-5.00pm Laqgħa dwar l-ispiritwalità Karmelitana.
15 ta’ Novembru
• Tifkira ta’ l-Aħwa kollha mejtin ta’ l-Ordni Karmelitan.
Imqanqlin mill-imħabba għal Kristu u l-qima lejn l-Omm maħbuba ta’ Alla, l-Aħwa tal-Familja Karmelitana jkomplu jgħixu f’dik l-imħabba fraterna, kemm fit-taqbida tagħhom għal Kristu fuq din l-art, kif ukoll waqt li qed jistennew id-dehra glorjuża tal-Mulej wara l-mixja tagħhom fuq din l-art. Għalhekk, l-Ordni Karmelitan, magħqud fit-talb, jirrikmanda l-aħwa rġiel u nisa reliġjużi mejtin kollha lill-ħniena ta’ Alla biex bl-interċessjoni tal-Verġni Marija, rahan ta’ tama u hena ċerta, jilqagħhom fost il-Kori glorjużi ta’ l-Anġli.
16 ta’ Novembru
• Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, il-Balluta: Fl-okkażjoni tal-Ġublew Karmelitan 2007 se ssir konferenza bit-tema ... fuq l-eżempju ta’ Marija, Elija, u l-Qaddisin Karmelitani.
19 ta’ Novembru
• Tifkira ta’ San Rafel Kalinowski ta’ S. Ġużepp, Saċerdot.
Rafel Kalinowski twieled minn ġenituri Pollakki fil-belt ta’ Vilnius fis-sena 1835. Wara żmien fil-ħajja militari ħa sehem fir-rewwixta ta’ pajjiżu. Fis-sena 1864 kien ikkundannat għal 10 snin xogħol iebes fis-Siberja. Fis-sena 1877 daħal fl-Ordni tal-Karmelitani Skalzi u fl-1882 kien ordnat saċerdot. Mexxa ‘il quddiem il-Karmelu Tereżjan fil-Polonja, ħadem bla heda u bl-akbar heġġa għall-għaqda tal-knejjes u fis-Sagrament tar-Rikonċiljazzjoni u d-Direzzjoni Spiritwali. Miet f’Wadowice fl-1907.
20 ta’ Novembru
• Parroċċa ta’ Santa Venera: Fl-okkażjoni tal-Ġublew Karmelitan 2007 se ssir konferenza bit-tema ... fuq l-eżempju ta’ Marija, Elija, u l-Qaddisin Karmelitani.
21 ta’ Novembru
● Tifkira tal-Preżentazzjoni tal-Verġni Mqaddsa Marija fit-Tempju.
Din il-festa tiċċelebra l-konsagrazzjoni tal-Verġni Marija lil Alla li sa minn ċkunitha tatu lilha nfisha kollha kemm hi mqanqla mill-Ispirtu s-Santu, li mlieha bil-grazzja tiegħu fit-tnissil tagħha bla tebgħa. Hija festa li taf il-bidu tagħha fil-festa tad-dedikazzjoni ta’ knisja ġdida f’ġieħ il-Madonna li nbniet f’Ġerusalemm qrib it-Tempju tal-Lhud fis-sena 543. Minkejja li din il-bażilka ilha mġarrfa l-mijiet tas-snin, il-festa nżammet bħala tifkira fil-kalendarju liturġiku tal-Knisja Latina, minħabba li hi festa kbira fil-knejjes kollha tal-Lvant, sa mis-seklu VII.
Il-festa daħlet fil-Knisja Latina fis-sena 1371 mill-Papa Girgor XI, wara li ħajru l-ambaxxatur tiegħu f’Ċipru, Philippe de Maizieres, meta qallu b’liema solennità kienet tiġi ċċelebrata f’Ċipru. Għall-ewwel kienu jiċċelebrawha biss il-Franġiskani Minuri, imma ma damitx ma tkun iċċelebrata wkoll fil-Kurja tal-Papa, li dak iż-żmien kienet f’Avignon.
Meta l-festa daħlet fil-Kalendarju tal-Knisja Latina t-tifkira tad-dedikazzjoni tal-bażilka tal-Madonna f’Ġerusalemm kienet ġà ntesiet għal kollox u l-Knisja Biżantina kienet tfakkar il-ġrajja tal-Preżentazzjoni tal-Verġni Marija fit-Tempju kif jirrakkontaha l-Evanġelju Apokrifu ta’ San Ġakbu.
25 ta’ Novembru
• Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu, Valletta: Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani rġiel.
26 ta’ Novembru
• Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu, Valletta: Mil-lum sal-Ġimgħa 30 ta’ Novembru jsiru l-eżerċizzi għat-Terzjarji Karmelitani, li fl-okkażjoni tal-Ġublew Karmelitan 2007 se jieħdu l-forma ta’ kors qasir fl-ispiritwalità Karmelitana. Dan il-kors huwa miftuħ għal kulħadd.
27 ta’ Novembru
• Il-Verġni Mqaddsa Marija tal-Midalja Mirakoluża
Il-bidu tal-Midalja Mirakoluża kienu id-dehriet li kellha S. Katarina Labourè, soru tal-karità ta’ San Vinċenz. Kienet il-Madonna li wrietha kif kellha tkun id-domna, u mit-30 ta’ Ġunju 1832 id-domna xterdet malajr f’kullimkien u saru ħafna mirakli u konverżjonijiet, l-aktar magħrufin dawk ta’ l-aħwa Ratisbonne, żewġ Lhud li mbagħad tul ħajjithom kollha ħabirku għall-konversjoni tal-Lhud. San Ġorġ Preca, Terzjarju Karmelitan u fundatur tas-Soċjetà tal-MUSEUM, xerred kemm felaħ id-devozzjoni lejn il-Midalja Mirakoluża bil-fomm u bil-kitba. Ried ukoll li l-kappella ta’ l-istess Soċjetà, fi Blata l-Bajda, tkun dedikata lilha.
29 ta’ Novembru
• Beati Dijonisju tan-Natività u Redent tas-Salib, Reliġjużi u Martri.
Dijonisju tan-Nattività, saċerdot, fis-seklu Pietru Berthelot, twieled f’Honfleur, Fran |