Kummenti

Tal-Viżitaturi 


22 ta’ Ġunju 2008
Fleur-de-lys

Prosit tal-websajt li għandhekk u li dejjem iżżomm aġġornata. Aħna nidħlu fiha regolari biex naraw x'hemm ġdid.
Issa bħala kumitat tal-festa ta' Fleur-de-Lys għadna kif għamilna websajt u poġġejnieha online dan il-weekend. Xtaqna li tpoġġi link għas-sajt tagħna mill-website tiegħek. Aħna diġa poġġejna link mas-sajt tiegħek. L-indirizz tal-websajt tagħna huwa fleurdelysfesta.org.
Qiegħed nibgħatlek ukoll ritratti tal-vara tagħna biex tinkludihom fis-sezzjoni Arti - Statwi u Vari tal-Madonna tal-Karmnu.
Qiegħed nibgħatlek ukoll programm tal-festa (pdf) li għadna kemm ippubblikajna fl-okkazzjoni tal-festa ta' din is-sena li ser tkun iċċelebrata bejn it-28 ta' Ġunju u s-6 ta' Lulju 2008.
Jekk ikollok bżonn xi materjal fuq il-Fleur-de-Lys kellimna.
Thanks u Bless
John Mercieca

31 ta’ Lulju 2007
B'Kara

Prosit tal-Website. Fiha minn kollox. Il-Bambin ibierek ix-xogħol siewi li qed tagħmlu. Nixtieq nissuġġerixxi li l-Lectio Divina tal-Ħdud issir ukoll bil-Malti. B'hekk tkun tista’ issir ukoll fi gruppi ta' talb. Is-siltiet li hemm diġa’ bil-Malti huma tajbin ferm. Forsi jistgħu jsiru għal kull jum tas-sena. Naf li dan jirrikkjedi ħafna xogħol iżda jekk ix-xogħol jinqasam bejn ħafna dan jista' jkun possibli. Nitlob il-barka tiegħek.
Vincenza Vassallo

13 ta’ Lulju 2007
Toronto, Ontario, Canada

Patri Cilia, nixtieq nifraħlek - u lil dawk kollha li jaħdmu miegħek - għall-web site tassew informattiva tal-Provinċja Karmelitana Maltija.
Din hija l-ewwel darba li ltqajt mal-web site tagħkom, u xtaqt nuri l-aprezzament tiegħi kemm tad-disinn imma l-aktar tal-kontenut. M'hemmx għalfejn ngħidlek li l-indirizz tagħkom issa jagħmel sehem mill-indiċi tal-favoriti tiegħi, għaliex fi ħsiebi naqra sewwa l-pubblikazzjonijiet li tinkludi fid-"dawnloads".
Fuq nota personali, tassew ħadt pjaċir nerġgħa nisma' l-antifona ta' Antonio Nani, li jiena kantajt bosta drabi. Jien kont nagħmel sehem għal madwar tnax l-sena mill-kappella ta' Nani min nofs is-snin 50. Ħadt pjaċir minkejja li l-kwalita tar-recording xejn ma hija tajba...iżda fakkritni f'nanti li kient toqgħod eżatt quddiem il-bieb tal-knisja l-antika tal-Karmnu, il-Belt (xi dnub għamiltu li waqqajtuha!!), u fi ħbiebi li kont inkanta magħhom..il-Perit Spiteri, Pija Zammit, Turu Galea, u tant oħrjan. Jien u Andrew Sapiano biss għadna ħajjin....
Jiena nieħu ħsieb il-Bulletin ta' kull nhar ta' Ħadd tal-Parroċċa ta' San Pawl Appostlu f'Toronto, u iltqajt mal-web site tagħkom waqt li kont qed nagħmel riċerki biex inħejji l-bullettin tal-15-il-Ħadd. Sfortunatament, issa li bdejna s-sajf, il-bulletin nagħmluh f'paġna waħda biss...għalhekk, ftit kelli spazju biex nikteb aktar dwar il-festa tal-Madonnna tal-Karmnu. Qed nibgħatlek PDF tal-bullettin jekk jinteressak.
Inselli għalik ħafna,
Carmel (Lino) Spiteri

14 ta’ April 2007
Santa Venera

Dħalt bla ħsieb, ma konx naf li teżisti din l-informazjoni interessanti, ilni sigħat naqra, nisma’ u nara x'għoġbok tippreżenta f'isem il-Provinċja Karmelitana Maltija f'din il-websajt. Prosit. Kull min għandu għal qalbu l-imħabba lejn Ommna Marija Fjur tal-Karmelu, ma jistax ma jkunx jaf b'din il-websajt, għaldaqstant nissuġġerixxi aktar pubbliċità.
Charlie Scerri

10 ta’ Marzu 2007
New York, USA

Xtaqt ngħidlek kemm nieħu gost naqra l-website tal-Karmelitani f'Malta li inti ħloqt u qed tkompli tamministra u tkabbar. Ħafna drabi naqra dwar x'qed jiġri fil-Provinċji Karmelitani Maltin. Ninnota li hemm ħafna djalogu u kooperazzjoni mal-Karmelitani Skalzi: li hija xi ħaġa sabiħa ħafna.
John Baldacchino

12 ta’ Diċembru 2006
Santa Venera

Għażiż patri Anthony, it-tajjeb u s-sabiħ jiġbed dejjem. Il-websajt tagħna qegħda, kull ma tmur, tieħu xejra dejjem għall-aħjar. Qed ikun fiha tagħrif, xbihat u ħwejjeġ ta' nteress li jiġbdu lil dak li jkun iżurha darba wara l-oħra.
L-ispiritwalità qegħda tkun mogħtija l-importanza li jixirqilha.
Prosit, u Marija Omm il-Karmelu tkompli tgħinek u tbierek lilek u l-ħidma tiegħek.
patri Karm Ferrante, O.Carm.

26 ta’ Ġunju 2006
Reznovice, Reppubblika Ċeka

.... Nixtieq ukoll ngħidilkom Prosit u Grazzi għax tassew għoġobni issa li rnexxieli nsib fuq l-Internet il-Provinċja Karmelitana Maltija b’tant artikli, ritratti u notizji interessanti. Ladarba ninsab tant imbegħda napprezza ħafna aktar li nista’ nara x’qed isir. 
Inselli għalik u nirringrazzjak mill-ġdid mentri nitolbok biex issellili ħafna għal P. Provinċjal. Nifirħilkom ta’ kemm qed tmexxu ‘l quddiem il-Provinċja Maltija u nitlob u nawgura li aktar żgħażagħ jinġibdu lejn il-Karmelu ta’ Marija.
Sr. M. Carmen Cassar, O.Carm.

28 ta’ Diċembru 2005
Fgura

L-ewwel ħaġa prosit tal-website. Mirquma tajjeb ħafna. Suġġeriment li rrid nagħmel huwa dak li fis-sezzjoni ta' IL-KARMELU minn barra l-Lectio Divina tibda ġġib ukoll artiklu ieħor. Dan ikun wieħed differenti kull darba biex b'hekk kull min jidħol f'din is-sezzjoni jkun jista' jara f’hiex ikunu jikkonsistu l-artikli u b'hekk forsi jitħajjar jabbona fir-rivista.
Paċi u sliem.
Teddy Zahra

16 ta’ Diċembru 2005
Fgura

Proset tassew tax-xogħol li qed tagħmel f'din il-web site. Kien tassew pass għaqli li tagħmlu web site ta dan il-livell għax b'dan il-mod in-nies qed tara ix-xogħol kontinwu mill-Karmelitani. Illum il-ġurnata l-Mulej kapaċi wkoll jimraħ il-kelma tiegħu b'mod modern f'dan il-kas din il-web site. Kull min hu devot tal-Madonna tal-Karmnu tassew issiba nteressanti din il-web site. Proset mill-ġdid.
Christian Brincat

17 ta’ Novembru 2005
Balzan

Prosit tassew ta' din il-website. Vera għoġbitni. Keep it up. 
Fiha informazzjoni interessanti ħafna.
Therese Scerri

16 ta’ Settembru 2005
Fleur-de-lys

Għadni kif rajt Il-Leħen is-Sewwa u l-avviż dwar dan il-websajt u xtaqt nidħol biex insir naf lill-Karmelitani iżjed mill-qrib.
L-uniku kumment li xtaqt ngħaddilek huwa dwar ir-ritratti, b’mod partikulari dawk tal-kunventi. Għaliex jien minn Fleur-de-lys u f'dak ir-ritratt hemm xi affarijiet li tbiddlu minn dak iż-żmien li ttieħed dak ir-ritratt. Ma nafx jekk forsi kontux ser tibdluhom.... imma jien xtaqt ngħaddi dan il-kumment.
Mill-bqija prosit ħafna tal-layout u tal-kitba u l-artikli. Grazzi u prosit tassew.
Terence Spiteri

14 Settembru 2005
Fgura

Il-paċi miegħek!
Minn żmien għal żmien nieħu gost ngħati titwila lill-website tal-provinċja. Tassew kuntent bix-xogħol li qiegħed tagħmel għax tidher aġġornata ħafna anke fejn jidħlu attivitajiet.
Inżommok fit-talb tiegħi ħalli tkompli taqdi dan il-ministeru b'ferħ, ħeġġa u dedikazzjoni.
Gavril Flores

28 ta’ Lulju 2005
Fleur-de-Lys

PROSIT tassew għal din il-website. Fl-aħħar waslet wara ħafna xogħol :)) Konvint li jsir ħafna ġid minnha.  
P. Charlo` Camilleri, O.Carm.

13 ta’ Lulju 2005
Għawdex

Grazzi u Prosit. Dan l-aħħar bla ma ridt kelli niltaqa’ ma’ ħafna websites dwar il-Karmelu, għax għandi n-novena tal-Karmnu ġewwa l-Knisja tax-Xlendi Għawdex.
Ħadt pjaċir li bdejtu website għall-Malta.
Grazzi ta' l-Awguri.... sa dattant aħna fix-xahar nagħmlu l-festa tal-Madonna tal-Karmnu fil-Kappella ta' Ħamet. Fil-fatt illum hemm it-tridu. Quddiesa bi priedka ukoll.
Awguri u kompli. Dan huwa appostolat ieħor li bih nistgħu nilħqu nies li ma jagħmlux biss parti ta' ġewwa minn parroċċa, imma hemm tieqa miftuħa fuq id-dinja kollha. Il-ġid li jsir ma jkun jaf bih ħadd ħlief Alla waħdu, li f'idejh biss inħallu l-premju.
Dun Mikiel Borg

7 ta’ Lulju 2005
Fgura

F'isem il-komunita' Karmelitana tal-Fgura nixtiequ nifirħulek tal-website ferm sabiħa u interessatni li għamilt dwar il-provinċja. Tkun ħaġa sabiħa li kieku fil-website tagħmel informazzjoni dwar ir-reliġjużi kollha tal-provinċja u d-dettalji fejn wieħed jista’ jikkuntatjahom. Prosit.
P. Hermann Duncan, O.Carm.

7 ta’ Lulju 2005
La Paz, Bolivia

Prosit tal-website. Għamel kuraġġ u ibqa’ sus fuq il-website. Huwa xogħol prezzjuż.
P. Valerian Mercieca, O.Carm.

4 ta’ Lulju 2005
Mosta

Father, jiena u t-tfal qegħdin inżuru l-websajt tagħkom. Prosit! Qegħda tassew tajba. It-tifel ħa pjaċir jisma’ l-innu tal-Karmelitani. Ciao' u berikna.
Mario, Angela u Keith Camilleri

4 ta’ Lulju 2005
Sliema

Illum rajt il-website tal-Provinċja. Prosit u Grazzi tax-xogħol. Dan huwa mezz ieħor biex il-Provinċja Karmelitana Maltija tkun aġġornata maż-żmienijiet u tkun tista' twassal iktar tagħrif b'mod effiċċjenti u li jintlaħaq minn kulħadd. Awguri.
P. Michael Farrugia, O.Carm. 

4 ta’ Lulju 2005
Fleur-de-Lys

Għadni kif dħalt fil-website tal-provinċja. Prosit tassew mill-ġdid tax-xogħol. Website attraenti ħafna u mimli materjal utli u ta' interess. Żgur li jkun sors ta' informazzjoni dwar l-Ordni f'Malta għal ħafna nies, u, min jaf? forsi permezz tiegħu l-Mulej jolqot lil xi żagħżugħ biex jingħaqad magħna.
P. Ivan Scicluna, O.Carm.

4 ta’ Lulju 2005
Gżira

Fr. Charlo' Camilleri, O.Carm., għarrafni b'din il-website ġdida u dħalt mill-ewwel fiha. Hi interessanti ħafna u mimlija b'informazzjonijiet utli. Prosit u keep it up.
John Formosa, sdc

4 ta’ Lulju 2005
Tarija, Bolivia

PROSIT ħafna tal-Website tal-Provinċja.
P. Garvin Grech, O.Carm.

3 ta’ Lulju 2005
New York, Stati Uniti

Prosit tal-Website tal-Karmelitani! Mid-daqqa t'għajn li tajtha għoġbitni ħafna u nittama li jkollok kontribuzzjonijiet kontinwi fiha.
John Baldacchino

3 ta’ Lulju 2005
Sliema

Nifraħlek u nawguralek suċċess għax-xogħol fejjiedi lill-Poplu t’Alla ta’ żmienna. Jalla ssib inkoraġġiment tajjeb minn kulħadd.
P. Guido Micallef, O.Carm.

3 ta’ Lulju 2005
Sydney, Australja

Prosit tal-websajt ġdida tal-Provinċja Maltija! Żgur li se jintgħoġob u jkun utli għal ħafna!
P. Anthony Scerri, O.Carm.

2 ta’ Lulju 2005
Santa Venera

Prosit tal-Website li għamilt għall-Karmelitani. Għadni kif sibt ftit minuti biex nara x'fiha fuq fuq, u tidher interessanti u ta’ ċertu livell. Inkompli naraha darb’oħra.
Charles Bonnici

1 ta’ Lulju 2005
Sliema

Prosit ħafna tal-website. Biċċa xogħol tajba ħafna.
Fil-paġna ta' l-aħbarijiet tista' tagħmel użu mill-aħbarijiet li nibgħat kull ġimgħa, jekk ikun hemm xi ħaġa newsvalue għall-website.
Prosit mill-ġdid.
P. Maurice Abela, O.Carm.

1 ta’ Lulju 2005
Santa Venera

Prosit, illum rajt il-websajt il-ġdida. Prosit tassew, għoġbitni ħafna u grazzi.
P. Charlie Mallia, O.Carm.

1 July 2005
Fgura

Great web site! Congratulations on a job well done.
Personally I would have preferred the site to be in English, the other official language in Malta  and, after all, the de facto worldwide standard language. But other than that it is very good. Nice, clean presentation and lots to read. One hopes it will be kept up to date.
Once again, well done and keep up the good work. If I can ever be of help through my IT skills, please let me know, although from this web site I can see you do not need much help at all. :-))
Les Carbonaro

30 ta’ Ġunju 2005
Santa Venera

Prosit tal-website. Kif għidt int, huwa bidu tajjeb, anzi tajjeb ħafna. La tkun Malta nitkellmu dwar Il-Karmelu u l-website.
P. Jurgen Cucciardi, O.Carm.

30 ta’ Ġunju 2005
Mdina

Grazzi ta’ l-informazzjoni u prosit tassew ta’ l-idea u tax-xogħol li żgur hu ta’ importanza kbira. Nawguralek u fejn nista' nkun ta' għajnuna għarrafni.
P. Damian Cachia, O.Carm.

30 ta’ Ġunju 2005
Sliema

Prosit tassew tal-biċċa xogħol tajba li għamilt fil-website.
Il-festa t-tajba u awguri mill-qalb għax-xogħol siewi li qiegħed tagħmel.
Gavril Flores

30 ta’ Ġunju 2005
Sliema

Għadni kemm irċevejt l-email tiegħek u naturalment dħalt mal-ewwel fil-websajt. Grazzi minn qalbi u prosit tassew. Fiha ftit minn kollox u l-materjal huwa interessanti u ippreżentat tajjeb ħafna. Ħolma oħra seħħet! Grazzi mill-ġdid.
P. Alexander Vella, O.Carm.
Provinċjal


© Provinċja Karmelitana Sant'Elija, Malta.
Webmaster | Homepage