PersonaġġiQaddisin, Beati u Qaddejja t'AllaIT-TRIQ TAS-SALIB mill-Beatu Titu Brandsma, O.Carm. Il-Beatu Titu Brandsma, Karmelitan Olandiż, kiteb il-ħsibijiet ta’ din il-Via Sagra fl-1942 meta kien fil-ħabs ta’ Scheveningen, il-Ġermanja. Għal seba’ ġimgħat kien miżmum fiċ-ċella numru 577 li kienet ta’ żewġ metri kobor! Kienu joħorġuh biss biex jinterrogawh. Kien arrestat u maqtul min-Nazi minħabba l-ħidma tiegħu favur il-Knisja Kattolika. F’din il-Via Sagra għandna xhieda ċara ta’ l-għaqda tiegħu mar-rieda ta’ Alla u ta’ l-imħabba li kellu lejn Ommna Marija.
Qari mill-Evanġelju ta’ San Mark O Ġesù, il-poplu li f’nofsu għaddejt tagħmel il-ġid, ħallas l-imħabba tiegħek bl-ingratitudni u bl-inġustizzja, u għajjat: “Sallbu!” Imma int sofrejt aktar meta Pilatu, bl-iskuża li ried jagħmel ħaqq - bħallikieku hu kien innoċenti jew li ma seta’ jagħmel xejn quddiem dik l-għajta – minkejja li ddikjara li ma sab fik ebda ħtija, ikkundannak għall-mewt l-aktar kiefra u ta’ mistħija: dik tas-salib. Imma inti batejt u bqajt sieket. O Marija, dik l-għajta kiefra tal-poplu u dik is-sentenza inġusta ta’ Pilatu nifdulek qalbek bħal sejf ta’ niket. Imma int ukoll, bħal Ibnek Ġesù, bqajt tbati fis-skiet. O Ġesù ta’ qalb ħelwa u umli,
Qari mill-Evanġelju ta’ San Mattew O Ġesù, x’kuraġġ hemm moħbi quddiem it-tbatija u fit-tgħannieqa tiegħek mas-Salib, li b’kefrija qegħdulek fuq spallejk biex fuqu jsammruk u joqtluk! Inti għannaqtu għall-imħabba tiegħek lejja, biex hekk tpatti għal dnubieti u ttaffi t-tbatijiet tiegħi. O Marija, x’għafsa ta’ qalb ħassejt, meta s-salib tqil u tal-biża’ tqiegħed fuq spallejn Ibnek. O Ġesù ta’ qalb ħelwa u umli,
Qari mill-Evanġelju ta’ San Mattew O Ġesù, quddiem id-dgħufija tagħna, u mifnija mid-diżgrazzji li jkidduna, inti ridt tagħtina eżempju ta’ kuraġġ. X’umiljazzjoni kellha tkun għalik, is-Sid tas-sema u l-art, li ma kontx kapaċi ġġorr salibek bi kburija u b’qawwa, imma li taqa’ tul it-triq. O Marija, min jaf xi tbatija ħassejt, meta rajt lil Ibnek hekk umiljat, li jċedi taħt is-salib. Kemm batejt meta rajt li ħadd ma għenu, minflok qajmuh bl-herra u ġagħluh jieħu mill-ġdid fuq spallejh is-salib! O Ġesù ta’ qalb ħelwa u umli,
Qari mill-Evanġelju ta’ San Luqa O Ġesù, x’dulur kiefer ieħor ġarrabt meta bla ma ridt, kellek tħalli lill-għażiża Ommok taqsam miegħek it-tbatijiet, li int aċċettajt minħabba fina. Min jaf kemm xtaqt teħlisha minn dawn id-duluri ġodda. Imma dawn kellhom iservu għall-qdusija u l-glorja tagħha: u ridt li jkunu sinjal għal Ġwanni u għalina biex nersqu lejk, l-Imgħallem divin tagħna. O Marija, għalkemm kien diffiċli għalik, imħabbtek ġagħlitek timxi l-istess triq tas-salib li għadda minnha Ibnek, u mħabbtek kaxkret magħha lil Ġwanni wkoll. O Ġesù ta’ qalb ħelwa u umli,
Qari mill-Evanġelju ta’ San Luqa O Ġesù, x’dulur u x’umiljazzjoni, li wieħed barrani kien imġiegħel jgħinek, filwaqt li dawk li jħobbuk, bħalma kien Ġwanni - li żgur, kieku seta’, kien lest li jġġor is-salib tiegħek - ma tħallewx jersqu lejk! Lil min nixbah jien, lil Xmun jew lil Ġwanni? O Marija, kemm tbatija kellek iġġarrab meta s-suldati, bl-għan li jaraw lil Ibnek jasal ħaj sa fuq is-salib, m’aċċettawx l-għajnuna ta’ dixxiplu, iżda ġagħalu jgħinu wieħed barrani. O Ġesù ta’ qalb ħelwa u umli,
Qari mill-ktieb tal-Profeta Isaija O Ġesù, x’ġentilezza wrejt tul it-triq tas-salib, meta bħala tifkira ta’ tbatijietek inti stampajt il-Wiċċ divin tiegħek fuq il-velu li bih il-mara twajba naddfet lill-Wiċċ qaddis tiegħek. Jalla din ix-xbieha tibqa’ mnaqqxa f’moħħi, biex dejjem inżomm quddiem għajnejja t-tbatijiet tiegħek bħala eżempju. O Marija, x’teżor kellu jkun għalik dan il-velu mqaddes! B’liema ħniena inti kkontemplajtu, u x’kuraġġ u x’qawwa tatek din it-tifkira tat-tbatijiet ta’ Ibnek. O Ġesù ta’ qalb ħelwa u umli,
Qari mill-Evanġelju ta’ San Ġwann O Ġesù, ma kienx biżżejjed għall-għedewwa tiegħek li taħt it-toqol tas-salib inti taqa’ darba biss, sabiex ikunu jistgħu jħarsu lejk bi tmaqdir fin-nuqqas ta’ ħila tiegħek. O Marija, kemm qsim il-qalb għan-nuqqas ta’ għajnuna murija ma’ Ibnek l-għażiż. Żgur li ħarist madwarek, biex tara jekk xi ħadd riedx jieħu fuq spallejh it-toqol kbir tas-salib, u bħaċ-Ċirinew, titolbu jerfa’ l-piż kollu. O Ġesù ta’ qalb ħelwa u umli,
Qari mill-Evanġelju ta’ San Luqa O Ġesù, il-kliem li inti għedt lin-nisa li tħassruk tul it-triq tas-salib, tgħidu lili wkoll: “Mhux lili ibku, iżda ibku lilkom infuskom u lil uliedkom, għaliex jekk dan kollu qegħdin jagħmluh liz-zokk aħdar, x’sejjer jiġri miz-zokk niexef?” Qed niftakar ukoll il-kliem l-ieħor: “Mhux min jgħid Mulej, Mulej, jidħol fis-saltna tas-sema, iżda min jagħmel ir-rieda ta’ Missieri, li huwa fis-sema”. Mhux biżżejjed li jien nitħassar it-tbatijiet tiegħek, jeħtieġ ukoll nieħu sehem miegħek, u b’qalb ġeneruża naċċetta minn idejk in-niket u l-provi li inti tibgħatli, u nġorrhom f’għaqda sħiħa miegħek. Inti d-dielja, aħna l-friegħi: jekk ma nibqgħux magħqudin Miegħek, ninxfu u ma nkunu niswew għal xejn. O Marija, inti mhux biss urejt ħniena, imma mxejt ma’ Ibnek it-triq kollha tas-salib: ħu lili wkoll miegħek. O Ġesù ta’ qalb ħelwa u umli,
Qari mill-Evanġelju ta’ San Ġwann O Ġesù, bit-tliet waqgħat tiegħek taħt is-salib, inti ridt tpatti għat-tliet ċaħdiet ta’ l-appostlu tiegħek, li kien jaħseb li huwa qawwi, u għall-waqgħat imtennija tagħna fid-dnub. Inti wrejtna wkoll li wżajt il-ftit saħħa li kien baqagħlek biex tasal sal-quċċata ta’ l-għolja tal-martirju. Fis-salib, u fit-tbatijiet li tibgħatilna, int tgħallimna nagħmlu ħilitna kollha ħalli naqdu d-dmirijiet li l-ħniena tiegħek fdatilna f’idejna, u biex kull darba li aħna naqtgħu qalbna u nogħtru, inħarsu lejn il-waqgħat tiegħek taħt is-salib u minnhom nieħdu l-qawwa li jkollna bżonn. O Marija, int kont xhieda ta’ kif Ibnek uża’ sa l-aħħar ħiltu kollha; għinna nħarsu lejh meta t-twettiq tad-dmirijiet ta’ ħajjitna jsiru tqal wisq biex iġorruhom. O Ġesù ta’ qalb ħelwa u umli,
Qari mill-Evanġelju ta’ San Ġwann O Ġesù, kif irnexxielek tixrob il-kalċi tat-tbatija sal-qiegħ, b’rieda sħiħa li tkun mislub ma’ l-għuda iebsa tas-Salib, imneżża’ minn kollox! Għażilt il-kalċi tal-morr u warrabt ix-xarba li riedu jagħtuk biex itaffulek it-tbatijiet. O Marija, żgur li qalbek kienet mimlija b’qawwa speċjali fit-tbatija tiegħek ma’ Ibnek, filwaqt li rajtu mneżża’ minn ħwejġu kollha, jirrifjuta x-xorb li bih seta’ jnaqqas is-sensibilità tiegħu għall-uġiegħ. Kemm kien qawwi għalik dan l-eżempju biex quddiem din il-kefrija kollha inti tibqa’ magħquda miegħu. O Ġesù ta’ qalb ħelwa u umli,
Qari mill-Evanġelju ta’ San Mattew Meta waslu f'post jgħidulu Golgota, jiġifieri post il-Qorriegħa, tawh jixrob inbid b'taħlita morra; hu daqu, imma ma riedx jixorbu. Imbagħad sallbuh, u qassmu ħwejġu bejniethom billi tellgħuhom bix-xorti, u nxteħtu bil-qiegħda u qagħdu hemm għassa tiegħu. U qegħdulu fuq rasu l-kawża tal-kundanna tiegħu, li kienet tgħid hekk, 'Dan hu Ġesù, is-sultan tal-Lhud.' Imbagħad miegħu sallbu żewġ ħallelin, wieħed fuq il-lemin u l-ieħor fuq ix-xellug. (Mt 27,33-38) O Ġesù, kellha tkun ħaġa tassew tal-biża’ għalik li tkun mislub ma’ l-għuda tas-salib b’imsiemer hekk ħorox, biex imdendel minn dawn il-feriti, tmut bil-mod il-mod. O Marija, is-sejf tad-dulur imħabbar minn Xmun nifidlek qalbek, l-aktar meta smajt id-daqqiet kiefra tal-martell, li bihom il-qattiela nifdu l-idejn u r-riġlejn ta’ l-Iben divin tiegħek u waħħluh mas-salib. O Ġesù ta’ qalb ħelwa u umli,
Qari mill-Evanġelju ta’ San Mattew O Ġesù, għalina huwa misteru li ma nistgħux nifhmuh, kif inti, fi tmiem il-ħidma tiegħek, ridt tmut għalina u tidħol fis-saltna tal-mewt bħallikieku l-missjoni kollha tiegħek kienet falliment, bħallikieku ħajtek kollha kienet bla fejda, hekk li fid-deher kienet rebħa għall-għedewwa tiegħek. O Marija, min jaf x’ħassejt meta rajt it-tmiem tal-missjoni ta’ Ibnek, li tarah imut quddiem għajnejk bl-aktar mewta kiefra u ta’ mistħija, ukoll jekk il-fidi tiegħek kienet tgħidlek il-kuntrarju: li Huwa kellu jirbħilna l-ħajja mill-ġdid proprju permezz ta’ din it-triq. O Ġesù ta’ qalb ħelwa u umli,
Qari mill-Evanġelju ta’ San Ġwann O Ġesù, x’eżempju tajt lil Ommok wara mewtek, meta ħallejt il-ġisem mejjet tiegħek jitqiegħed fi ħdanha. Dan kellu jżidilha d-dulur tagħha u wkoll jagħmilha ħaġa waħda mad-dulur u t-tbatijiet tiegħek, imma fl-istess ħin Inti mlejtha bil-qawwa tiegħek biex imbagħad tkun tista’ tagħmilha ‘Sultana tal-Martri’. O Marija, Omm tad-duluri, meta l-Knisja tikkontemplak bil-ġisem ta’ Ġesù fi ħdanek, tpoġġi fuq fommok dawn il-kelmiet: “O intom, li għaddejjin minn hawn, araw jekk hemmx dulur bħal tiegħi!” Għallimni nikkontempla miegħek il-Ġisem ta’ Ibnek divin, biex magħkom inġorr it-tbatijiet tiegħi. O Ġesù ta’ qalb ħelwa u umli,
Qari mill-Evanġelju ta’ San Mattew O Ġesù, filwaqt li l-poplu Lhudi kien qiegħed iħejji kollox biex jiċċelebra l-festa ta’ l-Għid u jfakkar il-ħelsien tiegħu minn taħt il-qawwa tal-Fargħun, int kont tinsab mejjet, magħluq f’qabar ġdid. Imma fil-moħbi ta’ l-art, int kont qed tħejji l-akbar ħelsien mill-qawwa tal-mewt u tal-ħażen għall-poplu l-ġdid tiegħek! O Marija, min jaf kif inqasmet qalbek meta ħadulek lil Ibnek minn ħdanek u għalquh fil-qabar! Omm l-aktar twajba, ieqaf miegħi meta jasal il-waqt li jien ukoll ikolli ninfired mill-għeżież tiegħi biex minn din id-dinja ngħaddi għall-ħelsien tassew li ġabilna Ibnek l-għażiż. O Ġesù ta’ qalb ħelwa u umli, * Il-ħsibijiet spiritwali ta’ dan l-istazjon m’humiex tal-Beatu Titu Brandsma minħabba li kien maqtul qabel temm jikteb din il-Via Sagra. TALBA TA’ L-AĦĦAR Nadurawk, o Ġesù, u nberkuk, Missierna, Sliema u Glorja skond il-fehmiet tal-Papa għar-rebħ ta’ l-indulġenzi. Nitolbu: O Alla ħanin li tista’ kollox, int li fdejtna bil-passjoni mqaddsa ta’ Ibnek Ġesù Kristu, żomm sħiħa fina l-opra tal-ħniena tiegħek biex ngħixu dejjem fidili lejk, bl-istess Kristu Sidna. Amen. Għall-Power Point Presentation ta' din il-Via Sagra ara l-paġna Download. |