Personaġġi
Qaddisin, Beati u Qaddejja t'Alla
QUDDIEM XBIEHA TA' ĠESÙ FIĊ-ĊELLA TIEGĦI
mill-Beatu Titu Brandsma, O.Carm.
Ġesù,
kull meta nħares lejk
inħoss li tħobbni,
li tqisni l-egħżeż fost il-ħbieb,
u nħoss li nħobbok
bħala l-akbar ġid li għandi.
Jien naf, Mulej,
li mħabbtek titlob kuraġġ u tbatija,
iżda t-tbatija hi t-triq waħdanija
li twassal fid-dija
tal-glorja tiegħek.
Mulej, jekk f'qalbi
niket jiżdied ma' niket
inqisu rigal sabiħ tiegħek,
għaliex jagħmilni nixbhek
u jgħaqqadni Miegħek.
Ħallini waħdi f'din iċ-ċella kiesħa;
m'għandi bżonn ħadd ħliefek,
ma nibżax noqgħod waħdi
għaliex, Int, ħdejja.
Ibqa' hawn, Ġesù, tħallinix waħdi:
kull fejn tgħix Int, Mulej,
kollox ħafif... kollox sabiħ!

Kopja tat-talba originali miktuba minn P.Titu
fit-12 ta' Frar 1942,
fil-ħabs ta' Scheveningen.
|