PersonaġġiQaddisin, Beati u Qaddejja t'Alla
“IT-TEŻOR TA’ MISSIRIJIETNA” 11. L-unika ġid hija l-grazzja u l-uiku deni huwa d-dnub. 12. Żomm il-preżenza ta’ Alla fil-ħsieb tiegħek u int tgħix perfett. 13. Huwa ngannat min jaħseb li hu xi ħaġa. 16. Min hu kurjuż u min hu lablabi jsib ruħu fejn ma ma jridx. 17. Sbieħ huma r-riġlejn ta’ dawk li jgħallmu l-ħwejjeġ tajba. 20. Min m’għandux l-indifferenza tas-suċċess ikun ifittex mhux lil Alla iżda lilu nnifsu. 25. Alla tal-bniedem huwa l-oġġett li jħobb. 37. X’inhuwa l-bniedem, waqt il-prova jingħaraf. 38. X’jaf min ma ġarrabx? 42. Kulma jressqek lejn Alla għożżu, u kulma jbiegħed minn Alla aħarbu. 44. Il-kwiet u l-imħabba huma s-sinjali ta’ Alla. 48. F’kull azzjoni aħseb dejjem x’jiġi wara. 49. Alla ħalaqna għalih mela m’hemmx mistrieħ għal min ma jfittxux. 50. Taqlibx moħħok, aħseb f’Alla u Alla jaħseb fik. 58. Uniku huwa l-oġġett tal-qalb: Alla. 61. Min jibża’ joqgħod attent u min joqgħod attent jgħix ħajja ordinata. 64. Dak tassew jemmen min jopra skond ma jemmen. 65. Impossibbli temmen f’Alla u ma tibżax minnu u ma tħobbux. 79. Alla jbierek ir-ruħ bl-ilma tal-paċi. 81. Xejn la tiddeċiedi waqt l-aġitazzjoni. 82. Taħsibx ħaġa oħra meta tkun qed tagħmel xi ħaġa. 91. Il-frott tas-siġar jidher waqt l-istaġun tiegħu, u l-bniedem waqt il-prova. 92. Żomm l-ordni u l-ordni żżomm lilek. 94. Il-qalb tal-bniedem hija profondità ta’ malizzja. 95. Min ma jimpurtahx la minn unuri u la minn disprezzi ssibu għandu f’qalbu paċi kbira. 101. Il-kwiet, id-dieta u l-ferħ isostnu s-saħħa tar-ruħ u tal-ġisem. 103. In-natura umana ma tafx tgħid biżżejjed f’dak li jkun jogħġobha. 107. Keċċi malajr ħsieb li jinkwetak. 117. Nobgħodu d-dnub u mhux lil min jagħmlu. 123. L-esperjenza hija l-majjistra tal-veru għerf. 140. Fittex dejjem parir u la tistrieħx fuq il-prudenza tiegħek. 145. Min ikun waħdu ma jkollux min jerfgħu jekk jaqa’. 165. Il-paċi u l-ġustizzja jitgħannqu flimkien. 171. Il-programm ta’ Kristu: manswetudni u umiltà. 175. Kulħadd huwa suġġett għall-ingann. 179. Alla jħaddan ma’ sidru bniedem umli u sogħbien. 184. Qaddsu lilkom infuskom u Alla jinqeda bikom. 197. Alla tagħna ħafif biex jaħfer lil min jikkonverti lejh. 220. Alla jieħu r-ruħ fis-solitudni u hemm jitkellem mal-qalb tagħha. 230. Huwa ngann li tippretendi tgħix mingħajr taħbit. 239. Is-salib jagħżilulek Alla u jibgħatulek f’ħinu u f’waqtu. 242. Il-vokazzjoni hija ħaġa ta’ idejn Alla. 251. Il-bniedem ma jieqaf qatt fil-kors tiegħu fl-istess stat. 254. Mhux dak li jogħġobna iżda dak li hu utli. 264. Ebda bniedem ma jiġi fid-dinja għalih innifsu biss. 267. M’huwiex ta’ Kristu min ma jħobbx il-bnedmin kollha. 268. Min jorbot qalbu mal-ħwejjeġ li jintemmu magħhom jintemm huwa wkoll. 276. Il-profezija ta’ Kristu fuq il-Knisja tiegħu: il-persekuzzjoni. 277. Tibdel ma’ ħadd u ma xejn il-paċi ta’ qalbek. 281. Isemmilek id-difetti tiegħek jew min iħobbok b’imħabba, jew min jobgħodok b’vendetta. 289. Ebda bniedem ma jibqa’ li jkun. 294. Il-ġustizzja tkabbar nazzjon u d-dnub jirrovina nazzjon. 295. Mhux il-politka iżda r-reliġjon tagħmel il-poplu feliċi. 297. Tant tkun tħobb ‘l Alla daqskemm tkun tħobb il-proxxmu. 301. Jekk inti tħenn, qalb Alla mhix inqas nobbli minn tiegħek. 302. Satana jħawwad, il-bniedem iħawwad, u Alla mit-taħwid tagħhom jeffwettwa l-ħsibijiet tiegħu. 308. Inti umli jekk int konvint fuq ix-xejn tiegħek qudiem Alla. 310. In-nisrani għandu jkollu f’sidru tliet qlub f’waħda: qalb tan-nar għal Alla, qalb tal-laħam għall-proxxmu, u qalb tal-bronz għalih innifsu. 313. Is-sawm itawwal il-ħajja, u l-ikel zejjed iqassarha. 358. Il-kultura tat-tfal hija anima tas-soċjetà. 364. L-istorja tal-bniedem hija li jitwieled, jgħix u jmut. 365. Iblah hu min jissieħeb mal-folol. 378. In-natura timxi bis-sensi u bir-raġuni. 389. Agħmilha u imxi ma’ l-imnikktin. 390. Unur kbir li żżur il-morda. 406. Alla jirtira minn dik ir-ruħ li ma tgħożżx is-silenzju. 412. Alla ma għamilx il-mewt. 413. Alla ma jifraħx bit-telfa tal-ħajjin. 416. Mhix qalb tajba dik li mhix għal kulħadd. 421. Is-swied il-qalb qatel bosta nies. 428. L-Ispirtu tas-Sinjur jimla’ kull lok. 442. Il-programm huwa li tiskot, li tbati u li topra. 443. Kollox fejn hu jibqa’ jekk ma tinżilx il-grazzja mis-sema. 460. Insa l-ġid li tagħmel, ftakar f’dak li tirċievi. 463. Kawża ta’ ferħ għalina meta nafu li aħna opra ta’ jdejn Alla. 465. Alla mhuwiex ’il bogħod minna. Anzi fih ninsabu, fih ngħixu u fih niċċaqalqu. 466. Alla jitkellem ma’ l-erwieħ sempliċi. 489. F’kull nisrani ilmaħ il-persuna ta’ Kristu. 491. Sinjal kbir li inti għall-ġenna meta f’sidrek tara qalb ħanina. 504. Min l-iktar jifhem iktar jaħfer. 505. Min joqgħod sewwa miegħu nnifsu joqgħod sewwa ma’ kulħadd. 506. Huwa ħabib ħażin min hu għadu tiegħu innifsu. 523. Il-vendetta ma tfejjaqx pjaga. 552. L-injuranza hija l-għajn ta’ kull ingann. 563. Għat-tagħlim tgħidx biżżejjed. 565. Tieqaf qatt fuq ħsieb wieħed. 566. Ħaġa wara l-oħra. 568. Kontra l-mard dieta, kwiet u ferħ. 569. Min iħobb ‘l Alla jaħseb u jitkellem fuqu spiss. 602. Insa lilek u ssib ’l Alla. 638. Il-ġustizzja bla ħniena hija malizzja. 644. Il-midinbin f’għajnejn il-ġusti oġġett ta’ ħniena. 671. Bosta jafu ħafna ħwejjeġ iżda ma jagħrfux lilhom infushom. 672. Min jgħix tajjeb jippriedka tajjeb. 681. Xejn ma tajtu lil Alla jekk għadek ma tajtux qalbek. 721. Dan hu għaref tassew min jieħu paċenzja dejjem u f’kollox. 741. Kollox mn’ Alla, u kollox permezz ta’ Alla, u kollox għal Alla. 791. Il-qdusija mhix f’erbat ijiem. 831. Igħallem tajjeb min isaħħaħ bl-eżempju, jirrepeti u jistaqsi. 862. Il-veru għani hu dak li ma jixtieq xejn. 866. Alla jitgħarras mar-ruħ billi jagħtiha ċ-ċurkett tal-fidi. 871. Xogħol għaqli tas-superjur huwa li jgħaqqad il-qlub f’qalb waħda. 923. Inti bniedem ma intix Alla, int laħam m’intix anġlu. 935. Il-bniedem jiflaħ meta hu ma’ Ġesù u xejn ma jiflaħ meta mhux ma’ Ġesù. 955. Kull mument ta’ ħajja huwa grazzja. 974. Itgħaxxaq b’Alla u Alla jagħtik kulma tixtieq. 979. Kulma jingħata mill-kbir Alla ma jistax ikun ċkejken. 983. Kollox jgħaddi u inti tgħaddi wkoll. 1013. Il-ktieb tal-qaddisin huwa l-kurċifiss. 1047. Iktar ma wieħed jafda f’Alla, aktar iġarrab it-tjieba mmensa tiegħu. 1069. Jekk ifaħħruk ma ssirx qaddis aktar milli int. 1070. Jekk imaqdruk ma tiċkinx akar milli int. 1089. Alla huwa l-veru direttur ta’ l-erwieħ. 1093. Il-qalb tal-bniedem b’ebda mod ma tista’ tistrieħ jekk mhux fl-oġġett tagħha li huwa Alla. 1095. L-imħabba perfetta tkeċċi barra l-biża’. 1099. M’hemmx paċenzja f’min iħobb. 1138. L-orazzjoni hija sinjal li hemm il-fidi u t-tama fil-bniedem. 1139. Lil Alla togħġob wisq l-orazzjoni tal-qalb. 1147. Fl-orazzjoni wieħed għandu jqis ruħu iben li jitratta ma’ missieru. 1153. It-tajbin jifirħu b’Alla u f’Alla, u jitgħaxxqu bil-verità. 1173. Agħraf sewwa lilek innifsek taħt xi ħaġa li togħġbok jew li ma togħġbokx. 1201. Deni jagħmel min hu għajjien u ma jistrieħx. 1208. Mhux Alla jħalli l-bniedem iżda l-bniedem iħalli ’l Alla. 1211. Kemm hu twajjeb il-bniedem jidher sewwa waqt is-slaleb. 1274. Hija volontà ta’ Alla li kull bniedem isir qaddis. 1279. Jimita ’l Alla biss min iħobb. 1283. Il-vera mħabba tat-proxxmu għandha tkun universali, diżinteressata u sinċiera. 1286. Alla jżomm bi ħbieb u servi tiegħu lill-foqra, l-umli u l-imżebilħin mid-dinja. 1288. Ir-ruħ li tagħraf lil Alla tintrabat ma’ xewqa kbira. 1293. Xejn la titgħaxxaq bik innifsek għax kull don tahulek Alla b’xejn. 1297. Unur u mhux mistħija li sservi l-proxxmu minħabba f’Ġesù Kristu. 1314. Il-veru don tal-maħbubin ta’ Alla hija l-grazzja. 1324. Imsejken hu min ma’ jkollux min imexxh tajjeb. 1336. Alla ma jnebbaħx ħwejjeġ inutli lanqas kontra l-verità jew kontra l-ġustizzja. 1354. Id-devozzjoni tikkonsisti fl-imitazzjoni. 1355. Alla jeżerċita l-ħniena tiegħu mal-miżerja tagħna. 1358. Jekk trid tkun taf x’inhu qiegħed jagħmel Alla, ngħidlek: qiegħed iħobb. 1359. L-għarajjes ta’ Ġesù Kristu għandhom l-istess sodda ta’ Ġesù: is-salib. 1360. Ħadd ma jaf kemm tiswa t-tbatija għax kieku kulħadd jokrob għaliha. 1365. Xejn ma jiswa t-tagħlim mingħajr riflessjoni. 1377. Kull missjoni mill-vokazzjoni ta’ Alla. 1378. Il-bniedem ħanin ibati hu biex ma jħallix lil min ibati. 1392. Qawwi qalbek u lesti ruħek biex tissaporti ħwejjeġ kbar. 1402. Alla ma jridx ħlief li jhenni l-qlub. 1423. Kulma jispiċċa maż-żmien huwa ħaġa ċkejkna u qasira. 1442. Ladarba hawn mhuwiex qagħdna aħna mela bħal frustieri u nies għas-safar. 1448. Il-lejl jistieden ir-ruħ għall-ġabra u għall-orazzjoni. 1451. Ebda ħaġa maħluqa ma tista’ timla l-qalb tal-bniedem. 1485. Alla jirtira minn min ma jikkultivax is-silenzju. 1583. Ir-regola tal-bniedem spiritwali hija l-fidi għarwiena. 1593. Ktieb tajjeb huwa veru teżor. 1608. Ir-risq tas-soċjetà joħroġ mill-kura fuq it-tfal. 1733. Ħabbib ta’ Alla hu dak li jsewwed qalbu għad-deni ta’ l-oħrajn u li jifraħ bil-qalb għall-ġid tagħhom. 1779. Għix biex titgħallem u titgħallem biex tgħix. 1976. Dawk li l-aktar ħabb Ġesù tahom lok fuq il-kalvarju maġenb is-salib tiegħu. 1994. L-aqwa merzz għall-perfezzjoni hija x-xewqa tagħha. 2009. Direttur tajjeb jgħin lid-diriġenti tiegħu bl-eżempju, bit-tagħlim, bl-eżami u fuq kollox bit-talb. 2022. L-għola grad ta’ mħabba hija x-xrwqa li tmut biex tingħaqad m’Alla. 2027. L-ispirtu tas-Sinjur Alla jimla’ d-dinja kollha. 2032. Il-qalb ta’ Alla dejjem tmur bil-ħlewwa u bl-imħabba. 2035. Dejjem umiltà, dejjem imħabba, dejjem ubbidjenza, dejjem sabar. 2049. It-talb mhux ħaġ’ oħra ħlief għaqda m’Alla. 2052. Ix-xjenza neċessarja għall-bniedem hi li jagħraf lilu nnifsu. 2058. In-natura umana tieħu gost tisma’ u tieħu gost tgħid l-izbalji tal-bniedem. 2116. Kull opra ta’ Alla hija mmarkata bis-salib. 2125. Bnidedem ta’ Alla mhux kuntent li jħobb l’Alla waħdu. 2145. Ibda bl-orazzjoni, kompli bl-orazzjoni u spiċċa bl-orazzjoni. 2149. In-nisrani għandu jbati, jiskot u jopra. 2165. It-talba ta’ spiss ta’ bniedem ġust hija; grazzi sinjur Alla, u aħfirli Sinjur Alla, u ddiriġini Sinjur Alla. |