Rikjesta

Ta' Talb


LILL-FAMILJA KARMELITANA

Nitolbu .....Il-Kostituzzjonijiet ta’ l-Ordni tagħna, f’paragrafu 29, iħeġġu lil kull Karmelitan biex jgħix fuq l-eżempju tat-Trinità Qaddisa, l-għajn u l-mudell tal-fraternità tagħna. Il-vokazzjoni Karmelitana mhux biss tgħina ngħixu eqreb tal-komunjoni trinitarja imma wkoll timbuttana biex ninfetħu għall-bżonnijiet u l-imħabba tal-proxxmu.

Imħeġġin ukoll mill-ħajja ta’ talb u ta’ fraternità mgħixa mill-Profeta Elija u mill-Verġni Marija, il-mudelli tagħna, aħna nixtiequ noffru l-għajnuna spiritwali tagħna billi nitolbu għall-ħtiġijiet materjali u spiritwali tagħkom,  ta’ qrabatkom u ħbiebkom.

Nistiednu lill-membri kollha tal-Familja Karmelitana biex jissieħbu magħna r-reliġjuzi u jitolbu huma wkoll, personalment jew fil-laqgħat tagħhom, għal dawn ħutna fil-bżonn.


Nitolbu .....

Please pray for me. Please ask God to help me. I feel too lonely in these days. I feel I can't stand this solitude much longer. 'Thy will be done...' It's to hard to understand and accept. Please pray for me God, to keep standing close to me. Thanks. Amen. (Matteo Gatti)
------------
Nixtieq li titolbu għalina ż-żgħażagħ biex Alla jżomm idejh fuqna, biex nibnu relazjonijiet soddi u familji skond ir-rieda ta’ Alla, minkejja d-difikultajiet tal-ħajja li ninsabu fihom. (A.Gatt)
-------------
Jekk jogħġobkom, matul in-novena tal-Karmnu, itolbu biex fil-familja tagħna tikber il-fidi. (MC.Zammit)

-------------
Bħalissa l-familja tagħna tinsab għaddeja minn żmien diffiċli. Jien nipprova nifhem u nara x’inhu l-pjan t’Alla għalina imma xi kultant insibha diffiċli li naċċettah. Jekk jogħġobkom itolbu għalina. (G.Borg)


© Provinċja Karmelitana Sant'Elija, Malta.
Webmaster | Homepage