SpiritwalitàIl-KariżmaKONTEMPLAZZJONI, FRATERNITA', APPOSTOLAT
Fost l-Ordinijiet reliġjużi l-aktar magħrufa nsibu l-Agostinjani,
id-Dumnikani, il-Ġizwiti, is-Sależjani, il-Franġiskani u
l-Karmelitani. Il-Franġiskani huma maqsuma fi tliet Ordnijiet: Konventwali, Kapuċċini u Minuri, filwaqt li l-Karmelitani huma maqsumin fi tnejn: 1) l-Ordni Karmelitan imsejjaħ ta'
l-Antika Osservanza (jiġifieri l-Ordni tal-bidu) bl-isem uffiċċjali L-Ordni ta' l-Aħwa ta'
l-Imqaddsa Verġni Marija ta' l-Għolja tal-Karmelu, fil-qosor O.Carm., mill-kelmiet latini Ordinis Carmelitarum; u
2) l-Ordni tal-Karmelitani Skalzi bl-isem uffiċċjali L-Ordni ta'
l-Aħwa Skalzi ta' l-Imqaddsa Verġni Marija ta' l-Għolja tal-Karmelu, fil-qosor O.C.D., mill-kelmiet latini Ordinis Carmelitarum Discalceatorum.
Dawn ta' l-aħħar huma magħrufa wkoll bħala t-Tereżjani, għall-fundatriċi tagħhom il-Karmelitana Santa Tereża ta' Ġesù. Għalkemm fil-passat ir-relazzjonijiet bejn iż-żewġ Ordnijiet kienu xi ftit diffiċli, fil-preżent għandna relazzjonijiet fraterni inkoraġġanti, imsaħħin b'laqgħat, attivitajiet u proġetti komuni kemm fuq livell nazzjonali u wkoll internazzjonali.
Ta' min jgħid ukoll li barra dawn iż-żewġ Ordnijiet Karmelitani antiki, fil-Knisja jeżistu Kongregazzjonijiet oħra li jsejħu lilhom infushom Karmelitani għax jimxu fuq l-istess spirtu tal-Karmelu. Waħda minnhom, li f'Malta ma għandniex membri tagħha, hija l-Karmelitani ta' Marija Immakulata (CMI
- Carmelites of Mary Immaculate) imwaqqfa fl-Indja fl-1831.
Wara l-Konċilju Vatikan II il-Knisja bdiet tħares lejha nfisha bħala poplu magħżul, bħala merħla żgħira, bħala ħmira f'għaġna kbira, bil-missjoni li twassal il-messaġġ tas-Saltna ta' Alla mxandar Il-hajja komunitarja mfassla mir-Regula hija mibnija fuq l-ewwel komunità nisranija ta' Ġerusalemm. Il-Karmelitani, li kontinwament jgħixu fil-kontemplazzjoni, l-ewwel u qabel kollox 'l Alla jsibuh f'ħuthom stess. Imsaħħin mill-qawwa tiegħu huma jfittxu li jikbru flimkien u jaqsmu ma' xulxin il-valuri tal-fraternità f'kull mument ta' ħajjithom. Mal-wasla tiegħu fl-Ewropa, l-Ordni Karmelitan beda jifforma parti mill-Ordnijiet Mendikanti, jiġifieri mill-Ordnijiet ta' ħajja evanġelika u appostolika. Bħala fraternità kontemplattiva, il-Karmelitani jsibu wkoll il-preżenza ta' Alla fil-bnedmin ta' madwarhom u fil-ġrajjiet tagħhom ta' kuljum.
Għaldaqstant huma jħossuhom imsejħin biex bħal Kristu jwasslu l-Aħbar it-Tajba tas-salvazzjoni lill-bnedmin kollha. Hekk, ir-Regula Karmelitana, filwaqt li lil dawk li jħaddnuha u jgħixuha fuq l-eżempju ta' Elija u Marija tbiddlilhom ħajjithom u r-relazzjonijiet tagħhom m'Alla
u ma' ħuthom il-bnedmin, hija twassalhom biex jilħqu l-milja tagħhom fi Kristu. |