IR-RUŻARJU
Il-Misteri tal-Ferħ
(Jingħadu nhar ta’ Tnejn u nhar ta’ Sibt)
1. Meta l-Anġlu Gabrijel ħabbar lil Sidtna Marija li kellha tkun Omm Alla.
2. Meta Sidtna Marija marret iżżur lill-qariba tagħha Santa Eliżabetta.
3. Meta Sidna Ġesù Kristu twieled fil-għar ta' Betlehem.
4. Meta Sidtna Marija ppreżentat lil Binha Ġesù fit-Tempju.
5. Meta Sidtna Marija tilfet lil Binha Ġesù u wara tlett ijiem sabitu fit-Tempju jiddisputa mad-dutturi.
Il-Misteri tad-Dawl
(Jingħadu nhar ta’ Ħamis)
1. Meta Sidna Ġesù Kristu tgħammed fix-Xmara Ġordan.
2. Meta Sidna Ġesù Kristu wera min hu fit-tieġ ta' Kana.
3. Meta Sidna Ġesù Kristu ħabbar is-Saltna ta' Alla u sejjaħ għall-indiema.
4. Meta Sidna Ġesù Kristu tbiddel quddiem l-Appostli fuq il-muntanja Tabor.
5. Meta Sidna Ġesù Kristu waqqaf l-Ewkaristija, it-tifkira tal-Misteru ta' l-Għid.
Il-Misteri tat-Tbatija
(Jingħadu nhar ta’ Tlieta u nhar ta’ Ġimgħa)
1. Meta Sidna Ġesù Kristu għamel l-orazzjoni fl-ort u għereq l-għaraq tad-demm.
2. Meta Sidna Ġesù Kristu kien marbut mal-kolonna u flaġellawh.
3. Meta Sidna Ġesù Kristu kien inkurunat bix-xewk.
4. Meta Sidna Ġesù Kristu kien mgħobbi bis-salib mingħand Pilatu sal-Kalvarju.
5. Meta Sidna Ġesù Kristu kien mislub fuq is-salib u wara tliet sigħat ta' agunija miet.
Il-Misteri tal-Glorja
(Jingħadu nhar ta’ Erbgħa u nhar ta’ Ħadd)
1. Meta Sidna Ġesù Kristu qam minn bejn l-imwiet.
2. Meta Sidna Ġesù Kristu tela' s-sema.
3. Meta Sidna Ġesù Kristu bagħat l-Ispirtu s-Santu fuq l-Appostli.
4. Meta Sidtna Marija ġiet imtella' s-sema bir-ruħ u l-ġisem.
5. Meta Sidtna Marija ġiet inkurunata mit-Trinita' Mqaddsa.
Bidu tar-Rużarju
Fl-isem tal-Missier, u ta' l-Iben, u ta' l-Ispirtu s-Santu. Amen.
Alla tagħna, isma' t-talb tagħna, eħles għinna u ieqaf magħna.
Glorja lill-Missier, u lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu.
Kif kien mill-bidu, issa u dejjem, u jibqa' għal dejjem ta' dejjem. Amen.
Marija Santissima, uri li inti Ommna; għalik jisma' t-talb tagħna;
Ġesù li twieled għalina u ried ikun Ibnek bħalna.
O Ġesù tiegħi, aħfrilna dnubietna, ħarisna min-nar ta' l-Infern;
ħu l-Ġenna l-erwieħ kollha, u għin lil dawk li l-aktar jenħtieġu l-ħniena tiegħek.
Nikkonsidraw nikkontemplaw meta .......
Missierna, 10 Slimiet u Glorja.
Marija Santissima, uri li inti Ommna; ......
O Ġesù tiegħi, aħfrilna dnubietna, .......
Fi tmiem il-ħames posti tar-ruzarju, tingħad:
- is-Salve Regina,
- Missierna, Sliema u Glorja skond il-fehma tal-Papa,
- Missierna, Sliema u "Agħtihom, O Mulej ....." għall-Erwieħ
tal-Purgatorju,
- il-Litanija u t-talba ta' l-għeluq.
Litanija - 1
Mulej, ħniena |
Mulej, ħniena |
Kristu, ħniena |
Kristu, ħniena |
Mulej, ħniena |
Mulej, ħniena |
Kristu, ismagħna |
Kristu, ismagħna |
Kristu, ilqa' t-talb tagħna |
Kristu, ilqa' t-talb tagħna |
Missier Etern Alla |
Ħenn għalina |
Iben Alla li fdejt id-dinja |
Ħenn għalina |
Spirtu Mqaddes Alla |
Ħenn għalina |
Trinita' Mqaddsa Alla wieħed |
Ħenn għalina |
Imqaddsa Marija |
Itlob għalina |
Imqaddsa Omm Alla |
Itlob għalina |
Imqaddsa xebba tax-xbejbiet |
Itlob għalina |
Omm ta' Kristu |
Itlob għalina |
Omm il-Knisja |
Itlob għalina |
Omm tal-grazzja t'Alla |
Itlob għalina |
Omm l-iżjed safja |
Itlob għalina |
Omm l-iżjed nadifa |
Itlob għalina |
Omm u xebba |
Itlob għalina |
Omm bla tebgħa |
Itlob għalina |
Omm li tistħoqq l-imħabba |
Itlob għalina |
Omm tal-għaġeb |
Itlob għalina |
Omm tal-parir it-tajjeb |
Itlob għalina |
Omm ta' min ħalaqna |
Itlob għalina |
Omm ta' min salvana |
Itlob għalina |
Omm u ġmiel tal-Karmelu |
Itlob għalina |
Xebba kollok għaqal |
Itlob għalina |
Xebba li tistħoqq kull qima |
Itlob għalina |
Xebba li tistħoqq kull foħrija |
Itlob għalina |
Xebba kollok setgħa |
Itlob għalina |
Xebba kollok ħniena |
Itlob għalina |
Xebba dejjem marbuta ma' Alla |
Itlob għalina |
Xebba fjur tal-Karmelu |
Itlob għalina |
Mera tal-qdusija |
Itlob għalina |
Tron tal-għerf |
Itlob għalina |
Bidu tal-ferħ tagħna |
Itlob għalina |
Għamara ta' l-Ispirtu s-Santu |
Itlob għalina |
Għamara ta' kull grazzja |
Itlob għalina |
Għamara ta' kull tjieba |
Itlob għalina |
Warda mistika |
Itlob għalina |
Torri ta' David |
Itlob għalina |
Torri ta' l-avorju |
Itlob għalina |
Dar tad-deheb |
Itlob għalina |
Arka tar-Rabta l-Ġdida |
Itlob għalina |
Bieb tas-sema |
Itlob għalina |
Kewkba ta' filgħodu |
Itlob għalina |
Saħħa tal-morda |
Itlob għalina |
Kenn tal-midinbin |
Itlob għalina |
Faraġ ta' l-imniktin |
Itlob għalina |
Għajnuna ta' l-insara |
Itlob għalina |
Patruna tal-Karmelitani |
Itlob għalina |
Sultana ta' l-Anġli |
Itlob għalina |
Sultana tal-Patrijarki |
Itlob għalina |
Sultana tal-Profeti |
Itlob għalina |
Sultana ta' l-Appostli |
Itlob għalina |
Sultana tal-Martri |
Itlob għalina |
Sultana tal-Konfessuri |
Itlob għalina |
Sultana tal-Verġni |
Itlob għalina |
Sultana tal-Qaddisin kollha |
Itlob għalina |
Sultana mnissla mingħajr l-ewwel tebgħa |
Itlob għalina |
Sultana mtellgħa s-sema |
Itlob għalina |
Sultana tar-Ruzarju Mqaddes |
Itlob għalina |
Sultana tal-Paċi |
Itlob għalina |
Tama tal-Karmelitani kollha |
Itlob għalina |
Ħaruf t'Alla li tneħħi d-dnubiet tad-dinja,
Aħfrilna, nitolbuk Mulej.
Ħaruf t'Alla li tneħħi d-dnubiet tad-dinja,
Ismagħna, nitolbuk Mulej.
Ħaruf t'Alla li tneħħi d-dnubiet tad-dinja,
Ħenn għalina.
Talba
(matul is-sena)
O Alla, int ridt li mat-tħabbira ta' l-Anġlu, l-Iben tiegħek isir bniedem fil-ġuf tal-Verġni Mqaddsa Marija, agħtina nitolbuk, lilna li nistqarruha Omm Alla, li nkunu megħjunin mit-talb tagħha. Bl-istess Kristu Sidna. Amen.
(fi zmien l-Għid)
O Alla, li bil-qawmien mill-imwiet ta' Ibnek Ġesù Kristu Sidna, għogbok tferraħ id-dinja; agħtina nitolbuk li b'Ommu l-Verġni Marija, niksbu l-ferħ tal-ħajja ta' dejjem. Bi Kristu Sidna. Amen.
Litanija - 2
Mulej, ħniena |
Mulej, ħniena |
Kristu, ħniena |
Kristu, ħniena |
Mulej, ħniena |
Mulej, ħniena |
Omm Alla |
Itlob għalina |
Omm il-Kelma |
Itlob għalina |
Omm dawk kollha li jemmnu |
Itlob għalina |
Omm il-Karmelu |
Itlob għalina |
Verġni mdella mill-Ispirtu |
Itlob għalina |
Verġni ta' qalb ġdida |
Itlob għalina |
Verġni l-aktar safja |
Itlob għalina |
Verġni li żżomm il-Kelma f'qalbha |
Itlob għalina |
Verġni li tfittex 'l Għerf |
Itlob għalina |
Verġni mgħallma mill-Għerf |
Itlob għalina |
Mara ferħana fil-Qawmien ta' Binha |
Itlob għalina |
Mara li titlob |
Itlob għalina |
Mara li tgħix f'nofs ħutha |
Itlob għalina |
Mara li ġġib il-għaqda |
Itlob għalina |
Mara attenta għall-ħtiġijiet tagħna |
Itlob għalina |
Dixxiplu tal-Mulej |
Itlob għalina |
Dixxiplu tal-Għerf |
Itlob għalina |
Arka tas-Salvazzjoni |
Itlob għalina |
Xbieha tal-Knisja |
Itlob għalina |
Xbieha perfetta tal-Karmelu |
Itlob għalina |
Oħtna fit-triq tal-fidi |
Itlob għalina |
Għalliema tal-fiduċja f'Ġesù |
Itlob għalina |
Għalliema tal-imħabba fraterna |
Itlob għalina |
Għalliema fil-qadi ta' xulxin |
Itlob għalina |
Patruna tal-Karmelitani |
Itlob għalina |
| |
|
Ħaruf ta' Alla li twelidt minn Marija |
Ħenn għalina |
Ħaruf ta' Alla li twelidt minn Marija |
Ħenn għalina |
Ħaruf ta' Alla li twelidt minn Marija |
Agħtina l-paci |
Talba
O Alla, li zejjint lill-Ordni tal-Karmelu bl-isem glorjuz ta' l-Imqaddsa Verġni Marija, Omm Ibnek, agħtina li, mirfudin bil-għajnuna tagħha, naslu sal-quċċata ta' l-għolja li hu Kristu l-Mulej Alla, li miegħek igħix u jsaltan flimkien ma' l-Ispirtu s-Santu, għal dejjem ta' dejjem. Amen.
Litanija - 3
Mulej, ħniena |
Mulej, ħniena |
Kristu, ħniena |
Kristu, ħniena |
Mulej, ħniena |
Mulej, ħniena |
Missierna, li inti fis-smewwiet, Alla tagħna |
Ħenn għalina |
Iben, Feddej tad-dinja, Alla tagħna |
Ħenn għalina |
Spirtu Qaddis, Alla tagħna |
Ħenn għalina |
Trinita' Qaddisa, Alla wieħed |
Ħenn għalina |
Imqaddsa Marija |
Itlob għalina |
Imqaddsa Omm Alla |
Itlob għalina |
Omm ta' Kristu |
Itlob għalina |
Omm u Verġni |
Itlob għalina |
Omm li tistħoqq l-imħabba |
Itlob għalina |
Omm l-aktar ħelwa |
Itlob għalina |
Omm u Sinjura tal-Karmelu |
Itlob għalina |
Omm li tisma' lil uliedha |
Itlob għalina |
Omm li tħenn għal uliedha |
Itlob għalina |
Omm li tfarraġna f'dan l-eżilju |
Itlob għalina |
Omm li tħarisna fis-siegħa ta' mewtna |
Itlob għalina |
Verġni l-aktar safja |
Itlob għalina |
Verġni Immakulata |
Itlob għalina |
Verġni li tisma' l-Kelma t'Alla |
Itlob għalina |
Verġni Karmelitana |
Itlob għalina |
Patruna ħelwa tagħna |
Itlob għalina |
Protettriċi qawwija tagħna |
Itlob għalina |
Oħtna għaziza Għalliema għarfa tagħna |
Itlob għalina |
Kewkba mistika tal-Karmelu |
Itlob għalina |
Fjur tal-Karmelu |
Itlob għalina |
Dielja għammiela |
Itlob għalina |
Dija tas-sema |
Itlob għalina |
Kewkba tal-baħar |
Itlob għalina |
Dawl fil-lejl tar-ruħ |
Itlob għalina |
Xitla ta' Ġesse |
Itlob għalina |
Ġilju qalb ix-xewk |
Itlob għalina |
Art fejn jgħmmar Alla |
Itlob għalina |
Mimlija bil-grazzja |
Itlob għalina |
Għarusa magħżula t'Alla |
Itlob għalina |
Għamara ta' l-Iben t'Alla |
Itlob għalina |
Triq li twassalna l-ġenna |
Itlob għalina |
Gwida li twassalna għand Kristu |
Itlob għalina |
Bieb u muftieħ tas-sema |
Itlob għalina |
Ġmiel tal-Karmelu |
Itlob għalina |
Warda mfewwħa |
Itlob għalina |
Mudell tal-Karmelitani |
Itlob għalina |
Mudell tal-kontemplattivi |
Itlob għalina |
Xita li ssaqqi l-art bil-għatx |
Itlob għalina |
Sħaba ċkejkna tielgħa mill-bahar |
Itlob għalina |
Armatura kontra l-qawwa tal-ħażen |
Itlob għalina |
Tarka tas-salvazzjoni |
Itlob għalina |
Elmu tat-tama |
Itlob għalina |
Mediċina għad-dnub tagħna |
Itlob għalina |
Avukata tagħna |
Itlob għalina |
Qawwa tagħna kontra l-ħbit ta' l-għadu |
Itlob għalina |
Sultana tal-qaddisin Karmelitani |
Itlob għalina |
Sultana tal-martri Karmelitani |
Itlob għalina |
Sultana tal-mistiċi Karmelitani |
Itlob għalina |
Sultana tal-ħolqien kollu |
Itlob għalina |
Ħaruf t'Alla li tneħħi d-dnubiet tad-dinja,
Aħfrilna, nitolbuk Mulej.
Ħaruf t'Alla li tneħħi d-dnubiet tad-dinja,
Ismagħna, nitolbuk Mulej.
Ħaruf t'Alla li tneħħi d-dnubiet tad-dinja,
Ħenn għalina.
Talba
Ikunilna ta' għajnuna, nitolbuk, Mulej, it-talb tal-glorjuża Verġni Marija, Omm u Sultana tal-Karmelu, biex, bil-għajnuna tal-ħarsien tagħha, jistħoqqilna naslu għand Kristu, li hu l-perfezzjoni vera tagħna. Li hu Alla, u miegħek igħix u jsaltan, flimkien ma' l-Ispirtu s-Santu, għal dejjem ta' dejjem. Amen.