Fjur tal-Karmnu, gran Reġina,
Omm ta' Kristu wisq ħanin,
Itlob dejjem Int għalina
Li ninsabu midinbin.
Missierna, Sliema u Glorja.
B'Labtu tiegħek Int libbistna
Bħala uliedek maħbubin:
Agħmel magħna dak li wegħedtna
Meta tajtu lill-bnedmin.
Missierna, Sliema u Glorja.
Ftakar x'għidt lil Xmuni tiegħek
Meta tajtu dar-rigal,
Mela żommna dejjem miegħek
Mirfudin b'dan is-sinjal.
Missierna, Sliema u Glorja.
Kollox tajtna kull ma rridu
B'Labtu tiegħek tant sabiħ:
Tina ngawdu l-frott ta' ġidu
Biex nifirħu dejjem bih.
Missierna, Sliema u Glorja.
Kemm ħabbejtna o Sultana
Meta tajtna dan l-ilbies:
Fittex biħ inti salvana
Bħal uliedek il-għeħieħ.
Missierna, Sliema u Glorja.
Mit-tiġrif inti eħlisna
F'dan il-Labtu kif wegħidt;
Mill-infern ukoll ħarisna
U fil-ġenna ħudna dritt.
Missierna, Sliema u Glorja.
Isma' lilna Omm ħanina
Bħala wliedek imlibbsin:
Ifraħ inti dejjem bina
Biex insiru qaddisin.
Missierna, Sliema u Glorja.
Fjur tal-Karmnu, hena tagħna,
Ġmiel tas-Sema, Ġieħ ta' l-art,
O Marija, ieqaf magħna,
Li b'uliedek għoġbok ħtart.
O tal-Karmnu Omm ħanina,
Kull min talbek dejjem thenna;
Għax Int dejjem taħseb fina,
Lilna miegħek talla' l-Ġenna.
Bħala sħaba lil Elija
Sa minn kmieni għoġbok dhert;
Int bil-ħniena wisq mogħnija,
Kif f'did-dehra mort fissirt.
B'Labtu tiegħek Int libbistna,
Bħala uliedek maħbubin;
Agħmel magħna dak li wegħ'dtna,
Għaliex minnek magħżulin.
Ftakar dejjem fl-Ordni tiegħek,
Li ridt tagħni b'dar-rigal;
Bħal Tereża zommna miegħek
Haġa waħda b'das-sinjal.
Din il-Libsa tiswa b'tarka
Li toħroġna rebbiħin;
Itfa' fuqha fis kull barka,
Biex insiru qaddisin.
Mit-tiġrib kollu eħlisna
B'dan il-Labtu hekk sabiħ,
Mill-infern ukoll ħarisna,
Biex fis-Sema nagħtuk ġieh.
Lilek kollna kkonsagrati,
Aħna 'l Ibnek mogħtijin;
L'aħħar grazzja lilna agħti,
Li hekk nibqgħu magħqudin.
Sliem għalik Sultana ......