GĦAN
Għax aħna kuntenti bil-vokazzjoni Karmelitana tagħna, nixtiequ naqsmu din l-esperjenza ma’ dawk kollha li niltaqgħu magħhom fil-ħajja tagħna. Wieħed mill-mezzi biex naqsmu din l-esperjenza hi l-Għaqda Vokazzjonijiet Karmelitani. L-għan ta’ din l-għaqda hu li tlaqqa’ tfal u żgħażagħ u tgħaqqadhom flimkien permezz ta’ bosta attivitajiet li jsiru fil-kunventi tagħna u f’postijiet oħra.
B’hekk, dawn it-tfal u ż-żgħażagħ jiġu mgħejjuna:
i) biex isiru jafu iktar lil Ġesù u jħobbuh aktar;
ii) biex isiru jafu iktar lilhom infushom;
iii) biex jinħoloq fihom sens t’apprezzament għall-ħajja reliġjuża Karmelitana.
B’hekk jiġu mgħejjunin biex jagħrfu iktar dak li Alla jixtieq minnhom.
ATTIVITAJIET
• Live ins għal gruppi differenti
• Esperjenzi ta' ħajja karmelitana
• Attivitajiet differenti, bħaċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa mat-tfal u maż-żagħżagħ
• Attivitajiet soċjali
KUNTATTI
Patri Jurgen Cucciardi O.Carm.
Kunvent tal-Karmnu,
Triq il-Parroċċa,
Sta Venera SVR 1261
Email: karmelitani@yahoo.com
Tel: 79200745 / 79554124