O Alla, Missier tagħna, Ibnek Ġesú qalilna:
Jekk trid tkun perfett, mur biegħ li għandek,
agħtih lill-fqar u mbagħad ejja u imxi warajja.
Agħti liż-żgħażagħ tagħna, qalb tħeġġeġ
bl-imħabba għal Kristu, biex iwieġbu bil-qalb
għas-sejħa tiegħu, u waqt li jgħixu f’għaqda
intima miegħu jagħtu ħajjithom għalik u għall-qadi
ta’ ħuthom il-bnedmin.
Għin lill-familji nsara biex ikunu skejjel ta’ l-
Evanġelju fejn l-ulied jisimgħu bla tfixkil leħen
Ibnek l-Għażiż u jimxu warajh b’qalb sħiħa
bħala reliġjużi fi ħdan l-Ordni Karmelitan. ħa
jwieġbu għas-sejħa tiegħek fuq l-eżempju ta’
Marija li qalet: Ara jiena l-qaddejja tal-Mulej,
ħa jsir minni skond kelmtek.
Dan nitolbuh f’isem Ibnek Ġesú Sidna, li
miegħek jgħix u jsaltan, flimkien ma’ l-Ispirtu
s-Santu, għal dejjem ta’ dejjem. Amen.